1 / 73

ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

www.ofm.org.mt. ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX. L- EWWEL QARI Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu Eż 17, 3-7. F’dak iż-żmien: Il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè, u qal:. “Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu? Biex toqtol lilna u ’l uliedna u l-bhejjem tagħna bil-għatx?”.

Download Presentation

ĠESÙ KRISTU: ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt ĠESÙ KRISTU:ILMA LI JAQTA’ L-GĦATX

  2. L-EWWEL QARIQari mill-Ktieb ta’ l-EżoduEż 17, 3-7

  3. F’dak iż-żmien: Il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè, u qal:

  4. “Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu? Biex toqtol lilna u ’l uliedna u l-bhejjem tagħna bil-għatx?”

  5. Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: “X’se nagħmel lil dan il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni.”

  6. Il-Mulej qal lil Mosè: “Għaddi minn quddiem il-poplu, u ħu miegħek xi wħud mix-xjuħ ta’ Israel;

  7. ħu f’idejk il-ħatar li bih kont drabt ix-xmara Nil, u mur.

  8. Arani, jien noqgħod hemm quddiemek, fuq il-blat fil-Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ minnu l-ilma, u jixrob il-poplu.”

  9. U Mosè hekk għamel quddiem ix-xjuħ ta’ Israel. U l-post semmewh Massah u Meribah,

  10. għax hemm tlewmu wlied Israel u ġarrbu lill-Mulej meta qalu: “Il-Mulej fostna jew le?”

  11. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  12. SALM RESPONSORJALISalm 94Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

  13. Ejjew, ħa nfaħħru bil-hena l-Mulej,ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!Nidhru quddiemu b’għana ta’ radd-il-ħajr,ngħannulu b’agħjat ta’ ferħ.

  14. R/.Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

  15. Ejjew inqimuh mixħutin fl-art,għarkobbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna,għaliex hu Alla tagħna,u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-ngħaġ tiegħu.

  16. R/.Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

  17. Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!“La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,bħal dak in-nhar f’Massah, fid-deżert,meta ġarrbuni missirijietkom,ippruvawni għalkemm egħmili raw.”

  18. R/.Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom.

  19. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 5, 1-2, 5-8

  20. Ħuti: Issa li għandna l-ġustifikazzjoni bil-fidi, għandna s-sliem ma’ Alla

  21. permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, li bih nidħlu għal din il-grazzja li fiha ninsabu issa.

  22. Aħna niftaħru minħabba fit-tama li għandna li għad niksbu l-glorja ta’ Alla.

  23. U t-tama ma tqarraqx bina, għaliex l-imħabba ta’ Alla ssawbet fina permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.

  24. Meta kien il-waqt, u aħna konna għadna bla saħħa, Kristu miet għal dawk li kienu bla Alla.

  25. Wieħed bilkemm imut għal bniedem ġust, għad li wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed tajjeb.

  26. Iżda Alla wera mħabbtu lejna meta Kristu miet għalina, aħna li konna għadna midinbin.

  27. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  28. Glorja u tifħir lilek, Kristu!Mulej, inti tassew is-Salvatur tad-dinja;agħtini l-ilma tal-ħajja,biex ma jeħodnix il-għatx.Glorja u tifħir lilek, Kristu!

  29. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San ĠwannĠw 4, 5-42

  30. F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’belt tas-Samarija jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakob

  31. kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakob.

  32. Kien il-ħabta ta’ nofs in-nhar, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir.

  33. Dak il-ħin waslet mara mis-Samarija timla l-ilma, u Ġesù talabha: “Agħtini nixrob.”

  34. – Għax id-dixxipli kienu marru l-belt biex jixtru x’jieklu. – Il-mara mis-Samarija qaltlu:

  35. “Kif! Int Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?”

  36. Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani. U Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li talbek jixrob,

  37. kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj.” Hi qaltlu: “Sidi, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond?

  38. Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakob li tana dan il-bir li minnu xorob hu u miegħu wliedu u l-imrieħel tiegħu?”

  39. Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa jagħtih il-għatx;

  40. imma kull min jixrob mill-ilma li nagħtih jien ma jkun qatt bil-għatx.

  41. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tnixxi ilma li jasal sal-ħajja ta’ dejjem.”

  42. Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sidi, biex ma jeħodnix il-għatx, anqas ma noqgħod ġejja u sejra nimla l-ilma.”

  43. Qalilha l-Mulej: “Mur sejjaħ ’il żewġek u erġa’ ejja hawn.”

  44. Wieġbet il-mara u qatlu: “Ma għandix żewġi.” Qalilha Ġesù: “Tajjeb qiegħda tgħid, ‘Ma għandix żewġi.’

  45. Inti żżewwiġt ħames darbiet, imma r-raġel li għandek miegħek bħalissa mhuwiex żewġek. Weġibt is-sewwa.” Qatlu l-mara:

  46. “Int profeta, Sidi, milli qiegħda nara. Missirijietna kienu jinxteħtu jqimu ’l Alla fuq din il-muntanja;

  47. imma intom tgħidu li l-post fejn wieħed għandu jqim ’l Alla jinsab f’Ġerusalem.” Qalilha Ġesù:

  48. “Emminni, mara: jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja tinxteħtu tqimuh lill-Missier,

  49. anqas f’Ġerusalem. Intom tqimu ’l dak li ma tafuhx; aħna nqimu ’l dak li nafuh, għax is-salvazzjoni mill-Lhud.

  50. Imma jiġi żmien, anzi ġa huwa issa, meta dawk li tassew iqimu lill-Missier jibdew iqimuh fl-ispirtu u l-verità.

More Related