340 likes | 574 Views
www.ofm.org.mt. ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI. 14-il Ħadd Matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Żakkarija Żakk 9, 9-10. DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!.
E N D
www.ofm.org.mt ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI 14-il Ħadd Matul is-Sena A
DAN JGĦID IL-MULEJ: Imtela bil-hena, bint Sijon; agħjat bil-ferħ, bint Ġerusalemm!
Ara, s-sultan tiegħek ġej għandek; huwa ġust u rebbieħ, umli u riekeb fuq ħmar, fuq felu ta’ ħmara.
Hu jeqred il-karru minn Efrajm u ż-żiemel minn Ġerusalemm; jinqered il-qaws tal-gwerra.
Hu jxandar il-paci lill-ġnus, il-ħakma tiegħu tkun minn baħar sa baħar, u mix-xmara sat-trufijiet ta’ l-art.
SALM RESPONSORJALISalm 144Inbierek ismek għal dejjem, Mulej.
Ngħollik, Alla tiegħi, sultan,u nbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem.Kull jum inbierkek u nfaħħar ismek għal dejjem ta’ dejjem.
Il-Mulej tajjeb u ħanin,idum biex jagħdab u kollu tjieba.Twajjeb il-Mulej ma’ kulħadd,u ħnientu akbar minn kull ma għamel.
Kull ma għamilt iroddlok ħajr, Mulej,u ħbiebek iberkuk:is-sebħ tas-saltna tiegħek ixandru,fuq is-setgħa tiegħek jitkellmu.
Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.Iwieżen il-Mulej kull min se jaqa’,u jqajjem ’l kull min imil.
IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 9. 11-13
Ħuti: Intom ma tgħixux skond il-ġisem, imma skond l-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.
Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu.
Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom, dak stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem
għall-ħajja wkoll il-ġisem tagħkom li jmut, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu tiegħu li jgħammar fikom.
Hekk mela, ħuti, aħna midjunin, imma mhux mal-ġisem biex ngħixu skond il-ġisem.
Għax jekk tgħixu skond il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu bl-Ispirtu l-għemil tal-ġisem, tgħixu.
Hallelujah. HalleluljahInfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,li wrejt il-misteri tas-saltna liċ-ċkejkninHallelujah
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem,
u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek.
Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben ħlief il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier ħlief l-Iben u dak li l-Iben irid jgħarrafhulu.
Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.
Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għax jiena ta’ qalb ħelwa w umli, u intom issibu mistrieħ għal ruħkom.
www.ofm.org.mt ĠESỪ TA’ QALB ĦELWA U UMLI 14-il Ħadd Matul is-Sena A