340 likes | 550 Views
www.ofm.org.mt. IKEL BIX-XABA’ 18-il Ħadd Matul is-Sena A. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 55, 1-3. DAN JGĦID IL-MULEJ: Intom li bikom il-għatx, ejjew għall-ilma;. intom ukoll li ma għandkomx flus, ejjew ixtru u kulu b’xejn, inbid u ħalib bla ħlas.
E N D
www.ofm.org.mt IKEL BIX-XABA’18-il Ħadd Matul is-Sena A
DAN JGĦID IL-MULEJ:Intom li bikom il-għatx, ejjew għall-ilma;
intom ukoll li magħandkomx flus,ejjew ixtru u kulu b’xejn,inbid u ħalib bla ħlas.
Għaliex taħlu fluskom f’dak li mhux ħobżu ġidkom f’dak li ma jxebbax?
Isimgħu minni u tieklu tajjeb,u ruħkom titpaxxa b’ikel bnin.Agħtuni widen u ersqu lejja,isimgħu u tieħdu r-ruħ.
Nagħmel patt magħkom għal dejjem,skond il-wegħdiet li mħabbti għamlet lil David.
SALM RESPONSORJALISalm 144Mulej, inti ttaffi x-xewqat tagħna.
Il-Mulej tajjeb u ħanin,idum biex jagħdab u kollu tjieba.Twajjeb il-Mulej ma’ kulħadd,u ħnientu akbar minn kull ma għamel.
Għajnejn kulħadd fik jittamaw, Mulej,u inti f’waqthom tagħtihom jieklu:int tiftaħ idek,u ttaffi x-xewqa ta’ kull min jgħix.
Ġust il-Mulej fl-imġiba tiegħu kollha,twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.Qrib il-Mulej lejn kull min isejjaħlu,lejn kull min isejjaħlu fis-sewwa.
IT-2 QARIQari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 8, 35.37-39
ĦUTI: Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? Taħbit, dwejjaq, persekuzzjoni, ġuħ, għera, tiġrib, xabla?
Imma f’dan kollu aħna noħorġu tassew rebbieħa, bis-saħħa ta’ dak li ħabbna.
Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien ta’ issa u la li ġej, la s-setgħat,
la l-għoli u anqas il-fond, u ebda hliqa oħra, ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla fi Kristu Ġesù Sidna.
Hallelujah. Halleluljah.Jekk xi ħadd iħobbni, iħares kelmti, jgħid il-Mulej;u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu.Hallelujah.
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Meta sema’ l-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, Ġesù telaq minn hemm bid-dgħajsa u marwaħdu f’post imwarrab.
Imma n-nies semgħu fejn mar, u telqu warajh bil-mixi mill-ibliet. X’ħin niżel l-art mid-dgħajsa ra kotra kbira ta’ nies u tħassarhom u fejqilhom il-morda tagħhom.
X’ħin sar filgħaxija d-dixxipli tiegħu resqu lejh u qalulu: “Dan post imwarrab, u l-ħin għamel sewwa.
Ibgħathom in-nies, ħa jmorru fl-irħula jixtru x’jieklu.” Imma Ġesù qalilhom: “Ma għandhomx għalfejn imorru; agħtuhom intom x’jieklu.”
U huma qalulu: “Hawn ma għandniex ħlief ħames ħobżiet u zewġ ħutiet.” “Ġibuhomli hawn,” qalilhom.
Imbagħad ordna lin-nies biex joqogħdu bilqiegħda fuq il-ħaxix, ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet,
refa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u tahom lid-dixxipli, u d-dixxipli newluhom lin-nies.
U kulħadd kiel u xaba’: u ġabru l-bċejjeċ li fadal u mlew bihom tnax-il qoffa.
U kienu madwar ħamest elef raġel dawk li kielu, barra min-nisa u t-tfal.
www.ofm.org.mt IKEL BIX-XABA’18-il Ħadd Matul is-Sena A