1 / 28

Ż jara fir- razzett

Ż jara fir- razzett. Mark u Li s a marru ġ urnata għand iz-zijiet tal-papa fil-kampanja. Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom. Ftit wara ġiet ukoll il-kelba flimkien mal-ġeru tagħha. Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħ bil-ferħ malli sema’ t-tfal.

tacita
Download Presentation

Ż jara fir- razzett

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Żjara fir-razzett

  2. Mark u Lisa marru ġurnata għand iz-zijiet tal-papa fil-kampanja. Malli waslu z-ziju Ġanni u z-zija Marija ħarġu jifirħu bihom.

  3. Ftit wara ġiet ukoll il-kelba flimkien mal-ġeru tagħha. Ben, il-kelb taz-ziju ħareġ jiġri jinbaħ bil-ferħ malli sema’ t-tfal.

  4. Mark u Lisa marru jaraw iż-żiemel ħiereġ mill-istalla. X’ħin ra lit-tfal beda jiżher bil-ferħ.

  5. Ftit wara, ħarġu ukoll id-debba u l-mohor.

  6. Fil-maqjel kien hemm il-ħnieżer. Mhux qażquż wieħed kien hemm, imma erbgħa! Wieħed minnhom ma tantx ħa gost u tgħidx kemm beda jagħmel storbju.

  7. It-tiġieġ ħarġu mill-gallinar. Is-serduk beda jidden ukoll ! Lisa bdiet tilgħab b’fellus żgħir iżda t-tiġieġa ma ħaditx gost u bdiet tqaqi.

  8. Imma imbagħad ħareġ il-barri u beżgħu minnu . . . L-għoġol ma beżax u ġie ħdejn ommu jiekol it-tiben. Fil-mandra raw iz-zija Marija taħleb il-baqra.

  9. Mark u Lisa ittawlu fil-kamra tal-fniek. Kif raw lit-tfal, iż-żrameġ ħarbu u staħbew fit-tiben.

  10. Mark mar jgħin liz-ziju jagħti t-tiben lin-nagħaġ. Il-muntun ġera wara l-mutur. Lisa ħadet gost tilgħab mal-ħaruf.

  11. Il-bodbod ġie jiekol minn fuq il-karru. Huma taw jieklu wkoll lil mogħoż. Il-gidi ġie jiġri wara missieru.

  12. Lisa għenet liz-zija ġġorr il-ħamrija għall-qsari. Il-felu ġie jiġri wara ommu. Wara nofsinhar Mark rikeb il-ħmara.

  13. Il-qattus u l-qattusa kienu fil-bitħa għax-xemx . Lisa melset l-ferħ iżda l-qattusa ma tantx ħadet gost u bdiet tnewwaħ.

  14. Filgħaxija ġew għalihom il-mama’ u l-papa’. Mark u Lisa ħadu gost ħafna u ma xtaqux jitilqu minn ħdejn l-annimali iżda kontra qalbhom kellhom imorru lura lejn id-dar.

  15. Ċaw tfal !

  16. Ħa naraw x'niftakru, tfal !

  17. Kelb żgħir huwa gidi jew ġeru

  18. L-għoġol huwa l-ferħ tal- baqra jew mogħża ?

  19. Min iqaqi: l-għasfur jew it-tigiega ?

  20. Min jiżher? iż-żiemel jew il-ħmar ?

  21. Min jinħaq? Il-baqra jew il-ħmar?

  22. Min jagħmel dan il-ħoss? Il-baqra jew il-ħanżir ?

  23. Min jorqod fil-gallinar? il-mogħoż jew it-tiġieġ ?

  24. Missier il-ħaruf huwa: l-muntun jew il-bodbod ?

  25. Il-gidi huwa l-ferħ: tan-nagħġa jew tal-mogħża ?

  26. Il-felu huwa l-ferħ: tal-ħmara jew tal-baqra ?

  27. Min jagħmel dan il-ħoss? Il-fellus jew is-serduk ?

  28. Bravi tfal !

More Related