260 likes | 453 Views
Xi tfisser għal l-Organiżazzjonijiet mhux Governattivi s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar U l-Esklużjoni Soċjali?. IRENE SCHEMBRI President - APF MALTA. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion.
E N D
Xi tfisser għal l-Organiżazzjonijiet mhux Governattivi s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar U l-Esklużjoni Soċjali? IRENE SCHEMBRI President - APF MALTA Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Fl-ewwel Kumitat Esekuttiv tal-APF Malta (Anti Poverty Forum, Malta) hemm rappreżentanza ta’ organiżazzjonijiet magħrufa sewwa għax-xogħol fejjieda li ilhom jagħmlu matul is-snin. Dawn huma: Caritas DISCERN Ejjew Għandi Jesuit Centre for Faith and Justice Malta Society of the Blind National Council for the Elderly Richmond Foundation SOS Malta Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-APF Malta tagħmel parti minn 27 networks nazzjonali ta’ għaqdiet u gruppi volontarji mifruxin ma’ l-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea u l-għan prinċipali ta’ dawn in-networks hu li jikkumbattu kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-APF Malta temmen li l-ġid nazzjonali ta’ pajjiż għandu jkun mifrux b’mod xieraq, li l-opportunitajiet ta’ xogħol produttiv għandu jkun miftuħ għal kullħadd, li kull pajjiż għandu jkollu livell għoli ta’ protezzjoni soċjali u li verament juri li qed jikkumbatti d-diskriminazzjoni. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-APF Malta tinsisti li faqar u esklużjoni soċjali huma ksur tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u allura falliment fil-proċess sabiex id-dinjita’ umana tiġi rrispettata u protetta. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-APF Malta hija preżentament komposta minn 46 għaqdiet volontarji. Ġiet imwaqqfa uffiċjalment fis-26 ta’ Novembru 2004, u hi reġistrata mall-Kummissjoni ta’ Organiżazzjonijiet Volontariji f’Malta. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-APF Malta tifforma parti mill-European Anti-Poverty Network(EAPN), li din tgawdi status konsultattiv fil-Kunsill ta’ l-Ewropa u hija founding member tal-Platform of European Social NGOs. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Il-launching tas-Sena Ewropea 2010. • Panel Discussion li ser issir fis-7 ta’ April waqt il-Focus Week Nazzjonali li f’pajjiżna ser tkun bejn il-5 ta’ April u l-11 ta’ April. Għal dan il-Panel Discussion ser jiġi Malta d-Direttur tal-Anti Poverty Network ta’ Brussels, is-Sur Fintan Farell li ser jitkellem dwar il-faqar fl-Ewropa. F’din l-attivita’ ser jieħdu sehem persuni li jbagħtu l-faqar. Ser jigi ippreżentat ukoll studju dwar il-faqar f’Malta. • F’Novembru ser tiġi organizzata Round Table Conference dwar il-Faqar u l-Esklużjoni Socjali. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Irridu niftakkru li propju din is-sena 2010, l-Unjoni Ewropea kellha tieħu l-passi kollha mportanti u neċessarji sabiex il-faqar u l-eskluzzjoni soċjali jistgħu jispiċċaw darba għal dejjem. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-Unjoni Ewropea hi waħda miż-żoni sinjuri fid-dinja, iżda sfortunatament 17% taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea għandhom limitazzjoni ta’ riżorsi b'tali mod li huma ma jistgħux jixtru l-affarijiet bażiċi. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
L-għarfien tad-drittijiet Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Il-qsim ta’ parteċipazzjoni u responsabbiltà Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Li l-politika tkun konsistenti Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Eurostat qalet li fl-2008, 13% tal-popolazzjoni f’Malta kienet ikkunsidrata bħala “materjalment fil-bzonn” li jfisser, li dawn kellhom diffikultajiet sabiex isibu tlieta minn lista ta’ disa’ oġġetti essenzjali. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Eurostat qed titlob ċertu azzjoni minn Malta. Aħna nħossu li għandu jkun hemm reviżżjoni tas-servizzi soċjali li pajjiżna qed joffri u speċjalment minn għandu dritt għalihom u min attwalment qed igawdi minnhom. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Impenn Ġenwin Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
It-twemmin fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea huwa dak ta’ Solidarjeta’. Ghalina l-Organiżazzjonijiet non-Governattivi l-kelma Solidarjeta’ tfisser li min għandu jrid jgħin lil min m’għandux. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Kullħadd għandu jingħata l-mezzi neċessarji sabiex igawdi w jagħti s-sehem sħiħ fil-proċess ekonomiku w soċjali tal-pajjiż. Meta nibnu soċjeta’ iktar inklussiva f’Malta, nkunu qed insaħħu l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, f’dak li huwa stabilita’ ekonomika, impiegi aħjar u formazzjoni soċjali iktar maqgħuda. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Nawgura li din is-sena 2010 tħalli r-riżultati mixtieqa bis-saħħa tal-parteċipazzjoni attiva tagħna ‘lkoll. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Grazzi. Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Xi tfisser għal l-Organiżazzjonijiet mhux Governattivi s-Sena Ewropea għall-Ġlieda kontra l-Faqar U l-Esklużjoni Soċjali? Leonid McKay Viċi-President - APF MALTA Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Il-kuntest soċjali u ekonomiku tas-Sena 2010 Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
X’għandu jkun l-oġġettiv tas-sena Ewropea kontra l-Faqar? Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
X'inhu l-faqar? Profil tal-Fqir Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Perċezzjonijiet Żbaljati tal-Faqar Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion
Ilqa l-Sfida, Ġib il-Faqar fix-Xejn! Co-funded from 2010 European Year For Combating Poverty And Social Exclusion