350 likes | 549 Views
IL-LAJĊI FIL-PARROĊĊA OPPORTUNITÁ JEW PIŻ?. MIS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI. FL-ACCOUNTS NISTAQSU … … dawn asset jew liability ? … x’valur nett għandhom ? … jiswew xi ħaga ? … nistgħu nieħdu xi ħaġa minnhom ? … fihom xi użu jew we write them off ?. FI KLIEM IEĦOR ….
E N D
IL-LAJĊI FIL-PARROĊĊA OPPORTUNITÁ JEW PIŻ? MIS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI
FL-ACCOUNTS NISTAQSU … … dawn asset jew liability ? … x’valur nett għandhom ? … jiswew xi ħaga ? … nistgħu nieħdu xi ħaġa minnhom ? … fihom xi użu jew we write them off ?
FI KLIEM IEĦOR … Aħna lil-lajċi nemmnu fihom? Dawn opportunitá jew piż fil-parroċċi tagħna? Għandna fiduċja fihom?
IMMA MILL-BANDA L-OĦRA … IL-LAJĊI GĦANDHOM FIDUĊJA FIHOM INFUSHOM ? “Jekk ma jkollnix qassis magħna l-laqgħa ma ssirx.” “Aħna ma nafux inwieġbu ċerti domandi li jsaqsuna.” “Meta jiġu x-Xhieda ta’ Jehova, jħabbtulna ngħidulhom, li m’aħniex interessati.” Imma jien nistaqsi, “Jekk ġew ikellmuna fuq Kristu, kif inwieġbu li m’aħniex interessati ? M’aħniex interessati jew m’aħniex kapaċi inwieġbu ?
ATTITUDNIJIET KOMUNI TORT TA’ NUQQAS TA’ FIDUĊJA sottomissjoni lejn il-qassis jew il-kappillan. sostituzzjoni fil-ħidma tal-qassis. Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 22 u 23. SFORTUNATAMENT … dawn l-attitudnijiet dwar il-lajċimhumiex komuni biss fost il-lajċi, imma wkoll fost numru ta’ saċerdoti u xi kappillani.
KIEKU KELLNA Ċ-ĊANS NAGĦŻLU Manager tajjeb jagħżel l-aħjar nies fl-istaff tiegħu … kwalifikati... b’ċertifikati tajba ... b’esperjenza ... persuni ta’inizjattiva ... ta’kuraġġ ... Imma l-Mulej ma jagħzilx lil min huwa kwalifikat iżda jikkwalifika lil min jagħżel.
IMMA L-IMGĦALLEM ... Minkejja li kellu kull ċans li jagħżel, għażilhom ... bla kwalifiċi u bla ċertifikati, bla esperjenza, bla inizjattiva, bla kuraġġ. Anzi fuq il-finanzi, l-uniku qasam li kellu persuna ta’ esperjenza ‘l min ipoġġi, Mattew, flok poġġa lilu, qiegħed lil xi ħadd ieħor ... u għamillu fjask. Minflok dan kollu. nefaħ fihom l-Ispirtu tiegħu. U hekk dak kollu li kien tiegħu sar tagħhom.
B’DAWN IL-PERSUNI Kien b’dawn il-persuni li ried jaħdem hu. U hu b’dawn il-persuni li qed jurina li trid taħdem il-Knisja llum. “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken.” L-IMGĦALLEM EMMEN FIHOM ... u għax emmen fihom... fihom investa dak kollu li kellu.
NINVESTU FIL-LAJĊI ninvestu l-ħin, ninvestu r-riżorsi, ninvestu l-flus, ninvestu l-imħabba, imma fuq kollox ninvestu l-fiduċja. Nemmnu fihom aħna biex huma jemmnu fihom infushom.
NUQQAS TA’ FIDUĊJA FIL-LAJĊI Huwa fatt li numru ta’ saċerdoti jew kappillani m’għandhomx fiduċja fil-lajċi. Huwa fatt li xi saċerdoti jew kappillani ma għandhom fiduċja f’ħadd ħlief fihom infushom. Huwa fatt li xi saċerdoti jew kappillani lil-lajċi jużawhom u daqshekk. Għal oħrajn il-lajċi huwa oġġett ta’ missjoni imma mhux sħab fil-missjoni.
SFIDUĊJA REĊIPROKA Sfortunatament ... il-problema spiss tkun reċiproka, għaliex numru ta’ lajċi m’għandhomx fiduċja fil-kappillani tagħhom… u dan huwa ħażin. Ħażin għaliex mal-kappillan spiss jitilfu il-fiduċja fil-Knisja wkoll.
L-UNIVERS MA JDURX MAGĦNA 400 sena ilu Galileo qal li l-Univers ma jdurx magħna. Illum hawn min għadu jemmen l-istess... li huwa ċ-ċentru u kollox idur fuqu. Mhux management tajjeb li kollox jkun jiddependi minni. Mhux management tajjeb li malli nispiċċa jiena jispiċċa kollox miegħi. Mhux management tajjeb li kull meta jinbidel il-kappillan, fil-parroċċa jsir terrimot.
ATTITUDNIJIET ĠODDA Minflok l-attitudnijiet tas-sottomissjoni u sostituzzjoni, is-Sinodu Djoċesan jisħaq dwar… ATTITUDNI TA’ KOLLABORAZZJONI fejn flimkien infittxu dak li jrid Alla minna. ATTITUDNI PROFETIKA fejn lkoll kemm aħna nistaqsu u nixxenqu għat-tiġdid fil-Knisja. Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 24 u 25.
IS-SINODU DWAR “IL-LAJĊI U L-PARROĊĊA” “Is-sehem il-kbir tal-lajċi impenjati fil-ħidma tal-Knisja normalment jingħata fil-parroċċa.” Din hija dik il-biċċa tal-għalqa li fiha l-Mulej qed isejjaħli biex naħdem. Allura b’liema dritt il-kappillan ma jaċċettanix ?
PARTEĊIPAZZJONI U KORRESPONSABITÀ “Biex il-parroċċa taqdi l-missjoni tagħha, irridu nagħmlu ħilitna biex nagħmluha komunità fejn il-parteċipazzjoni u l-korresponsabiltà jkunu l-binarji ta’ l-iżvilupp tagħha fid-direzzjoni t-tajba.” “Parroċċa tiddependi ħafna mill-preżenza attiva tal-lajċi. Ma nistgħux nitkellmu minn komunità parrokkjali fejn il-lajċi sempliċiment jesegwixxu l-ordnijiet.” Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 19.
ID-DNUB TAL-ATTIVIŻMU “M’hemmx dubju li fil-parroċċi tagħna għandna ħafna inizjattivi u għandna ħafna involviment tal-lajċi. Biss ta’ min jara kemm dan kollu qed jibni l-komunità.” Sinodu ... Dokument, “Lajċi Nsara”, 19. Jista’ jkun li nqbadna f’ċirku dejjem jikber ta’ attivitajiet li mhux qed jħallulna ċans nieqfu nirriflettu. Imma aħna x’irridu? Fejn irridu naslu? Jista’ jkun li l-għaqdiet, il-kummissjonijiet u l-lajci ta’ madwarna qed jiġrilhom bħalna huma wkoll?
IL-K.P.P. Wasal il-waqt li nirrevedu ir-rwol veru tal-K.P.P. fil-parroċċa ? Illum f’ħafna parroċċi fejn hemm KPP jaħdem ... aktarx li d-diskussjoni tkun dwar l-attivitajiet li qed nagħmlu. Kemm qed issir riflessjoni vera u matura dwar fejn irridu naslu bħala parroċċa ?
VALURI … Fil-KPP, kemm qed nagħmlu riflessjoni matura u serja dwar il-VALURI li rridu nħaddnu aħna u nwasslu għand l-oħrajn ? Komunjoni Formazzjoni Djalogu Qadi Solidarjetà Evanġelizzazzjoni
IL-VALURI MHUX INVENZJONI TAS-SINODU Dawn ilhom hemm sa mill-bidu tal-Knisja. Biżżejjed naqraw mill-ġdid l-Atti tal-Appostli. Qed insiru kull ma jmur Knisja, li f’ħafna aspetti tixbaħ ħafna lil dik ta’ l-ewwel insara... Imma hemm differenza bażika … FID-DIREZZJONI LI MIEXJA FIHA IS-SOĊJETÀ … Qabel mill-paganeżmu għall-Kristjaneżmu... iżda llum bil-maqlub.
L-ISTESS IMMA DIFFERENTI L-istess għax ... qed insiru reliġjon tal-minoranza, reliġjon distinta mill-kultura, fidi ta’ konvinzjoni mhux tal-okkażżjoni, spiss joħduha kontrina minħabba f’dak li nemmnu, insara li qegħdin fid-dinja imma mhux tad-dinja. Imma differenti għax … l-ewwel insara ħadu dak li kien pagan u għamluħ nisrani. illum qed joħdulna dak li hu nisrani u jagħmluh pagan. serqulna Jum il-Mulej … imma x’ma serqulniex ? il-milied, il-festi, il-valuri, il-knejjes li saru mużewijiet ? serquhom huma jew ċedejna għalihom aħna ?
FEJN QEGĦEDNIHOM IL-VALURI? ? Matul dawn l-aħħar snin, kemm ħarġu dokumenti mill-Arċidjocesi Wiċċ Diġitali - Żwieg u Familja - Knisja Inklussiva – il-Pjan Pastorali - Qatt kien hemm dokument diskuss daqs dak tal-festi Dawn huma l-preokkupazzjonijiet tal-poplu tagħna, il- festi?
URĠENTI ĦAFNA FORMAZZJONI … soda u dejjiema - umana, spiritwali, duttrinali. KOMUNJONI … vertikali u orizzontali - bażata fuq valuri nsara. RIFLESSJONI ... kontinwa - dwar dak li kollu li qed nagħmlu jew infasslu.
LEJN GĦEMMAWS U LURA Għemmaws hija l-Knisja li tbegħdet minn Ġersusalemm għaliex ... beżgħet mis-salib u mill-kalvarju, tilfet kull tama fl-Imgħallem tagħha u fil-Komunita’ li ħalliet warajha, il-viżjoni li kellha mhux bilfors dik ta’ l-Imgħallem, mhux dejjem fehmet il-Kelma mħabbra lilha. U l-Knisja tagħna llum tixbaħ lil dik ta’ Għemmaws ?
OTTIMIŻMU ANKE LLUM Għaliex aktar ma nitbiegħed minn Ġerusalemm, aktar qed noqrob lejn Għemmaws. U aktar ma noqrob lejn Għemmaws, aktar qed noqrob lejn il-mument li nerġa ngħaraf lil Mulej. U allura l-mument li fih li naqbad triqti lura lejn Ġerusalemm u lejn il-Komunità. BASTA TRIQITNA NIMXUHA MIEGĦU
FORMAZZJONI FIL-KELMA"Fissrilhom kull ma kien hemm fl-Iskrittura fuqu." (Lq 24 :27) Fejn il-Kotba Mqaddsa jsiru f’ħajjitna Kelma Ħajja. Fejn ikun l-Imgħallem innifsu li jfissrilna x’hemm miktub fuqu. Fejn huwa u jkellimna, qalbna terġa’ titħeġġeġ u t-tama tinbet mill-ġdid. Mhux daqstant studju tal-Bibbja, daqskemm laqgħa ħajja ma’ l-Imgħallem.
KOMUNITÁ TA’ QADI"Huma ġegħluh jibqa' magħhom u qalulu: "Ibqa' magħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum ġa wasal biex jintemm." (Lq 24 :28) Fejn kull attività u kull pjan jinbet minn, u jkun immirat lejn il-bżonn li nkunu qaddejja. Fejn kull struttura tal-parroċċa, u mhux biss il-Kumm. Djakonija, teżisti biex taqdi. Fejn is-solidarjetà ta’ bejnietna tkun xhieda ħajja tat-twemmin li nħaddnu.
PARROĊĊA EWKARISTIKA"Għarfuh fil-qsim tal-ħobż." (Lq 24 :35) Fejn il-Qsim tal-Ħobż jkun dik l-esperjenza li … twassalna biex nagħrfu lil Ġesú l-Imgħallem tagħna f’kull persuna li niltaqgħu magħha, li terġa tqarribna lura lejn dik il-Komunitá li tlaqna minna, u nagħtu xhieda fost ħutna tal-laqgħa li kellna miegħu.
DAN KOLLU MHUX XOGĦOL IL-KAPPILLAN WAĦDU Din hija l-missjoni tal-Komunità Nisranija kollha - saċerdoti u lajċi. Mhix il-missjoni tal-kappillan waħdu... Il-lajċi mhumiex hemm biex jgħinu lill-kappillan fit-twettiq tal-vokazzjoni tiegħu ... imma biex huma wkoll iwieġbu għal sejħa personali li saret lilhom. Mhumiex helpers… imma co-workers. Jiena ċert li dan intom tafu kollu... IMMA ĦAFNA MIL-LAJĊI MA JAFUHX U JEĦTIEĠ NGĦIDUHULHOM.
BIEX IL-LAJĊI MA JKUNUX PIŻ, IMMA JSIRU OPPORTUNITÀ Ninvolvuhom, b’mod li l-missjoni jħossuha tagħhom ukoll. Ninvestu fil-formazzjoni tagħhom, anke jekk isiru aħjar minna. Fejn meħtieġ, inkunu lesti li niżbru f’ħinu u bil-għaqal. Naċċettaw li bħalna għandhom limitazzjonijiet u għalhekk jiżbaljaw. Nagħmlulhom kuraġġ u Nuruhom apprezzament. Niftħu għajnejna għall-kwestjonijiet ta’ bejniethom. Nirrispettaw l-individwalità tagħhom. Nkunu lest li l-aħħar kelma mhux bilfors tkun dejjem tagħna. Naċċettaw il-kritika u ma nkunux dejjem lesti b’xi difiża. Nħarrġuhom biex ma’ kull problema li jressqu, jipproponu soluzjoni. Naħdmu magħhom bħala tim, imma nittrattaw magħhom ta’ individwi. Nħobbuhom u Nafdawhom. Nitolbu għalihom u Nitolbu magħhom.
KRIŻI TA’ IDENTITÀOpportunità fil-Parroċċa 1. “Intom, il-lajċi ...” - eskużjoni tagħhom infushom. 2. “Aħna l-lajċi ...” - esklużjoni ta’ l-oħrajn. Iżda mhix biss kriżi ta’ identità individwali ... Imma hija fuq kollox kriżi ta’ identità kollettiva ... bħala Parroċċa, bħala Komunità, bħala Knisja. Mhux biss, “Min jien?” ... Imma wkoll, “Min aħna?” Kif nirrelata mhux biss ma’ l-Imgħallem, imma wkoll mal-aħwa.
L-ISTESS BĦAL F’GĦEMMAWS 1. Id-dixxipli li telqu mill-komunità taċ-Ċenaklu biex marru lura lejn il-ħajja antika tagħhom, eskludew lilhom infushom mill-komunità. 2. Id-dixxipli li baqgħu msakkra ġewwa ċ-Ċenaklu, magħluqa fihom infushom u eskludew lil dawk li telqu. It-tnejn li huma ħtieġu d-dehra ta’ Ġesù f’ħajjithom. It-tnejn li huma kellhom bżonn ix-xhieda tal-oħrajn.
OPPORTUNITÁ GĦAL XULXIN Jekk inkunu KOMUNITÁ WAĦDA, flimkien insiru għal xulxin OPPORTUNITÁ, anke jekk kultant jkollna nerfgħu l-PIŻ ta’ wieħed lil l-ieħor.