1 / 27

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1 5b – 2,9

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1 5b – 2,9. Dalwaqt, ftit ieħor biss u nimla dan it-tempju bil-glorja. Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-seba’ xahar, fil-wieħed u għoxrin tax-xahar, ġiet il-kelma tal-Mulej permezz ta’ Ħaggaj, il-profeta, u qallu: “Isa, mur kellem lil.

yama
Download Presentation

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1 5b – 2,9

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktiebtal-ProfetaĦaggaj. Ħag1, 15b – 2,9 • Dalwaqt, ftit ieħor biss u nimla dan it-tempju bil-glorja.

  2. Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-seba’ xahar, fil-wieħed u għoxrin tax-xahar, ġiet il-kelma tal-Mulej permezz ta’ Ħaggaj, il-profeta, u qallu: “Isa, mur kellem lil

  3. Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’ Ġuda, u lil Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u lill-bqija tal-poplu, u għidilhom: Min għad baqa’ fostkom li ra dan

  4. it-tempju fil-glorja li kellu qabel? U issa kif qegħdin tarawh? F’għajnejkom mhux forsi qisu xejn? • Imma issa qawwi qalbek, Żerubbabel, oraklu • tal-Mulej, qawwi qalbek,

  5. Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir; qawwi qalbek, poplu tal-pajjiż, oraklu tal-Mulej. Aqbdu aħdmu, għax jiena magħkom, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.

  6. Il-kelma li biha ntrabbat magħkom fi ħruġkom mill-Eġittu, u l-ispirtu tiegħi, jibqgħu f’nofskom: la tibżgħux. Għax hekk jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Dalwaqt,

  7. ftit ieħor biss, u jiena nheżżeż is-smewwiet u l-baħar u l-blat, u nqanqal il-ġnus kollha, u l-ġid kollu tal-popli jiġi kollu hawn, u nimla dan it-tempju bil-glorja, jgħid

  8. il-Mulej tal-eżerċti. Tiegħi l-fidda u tiegħi d-deheb, oraklu tal-Mulej tal-eżerċti. Il-glorja tal-aħħar ta’ dan it-tempju tkun akbar minn ta’ qabel, jgħid

  9. il-Mulej tal-eżerċti; u f’dan il-post jiena nagħti s-sliem.” Oraklu tal-Mulej tal-eżerċti.

  10. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  11. Salm Responsorjali R:/ Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi

  12. Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej, u min-nies bla tieba ddefendi l-kawża tiegħi; min-nies qarrieqa u ħżiena eħlisni.

  13. R:/ Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi

  14. Inti l-kenn tiegħi, o Alla; għaliex warrabtni? Għax għandi ngħix imdejjaq taħt it-tagħkis tal-għadu?

  15. R:/ Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi

  16. Ibgħat id-dawl tiegħek u s-sewwa tiegħek; huma jmexxuni: iwassluni sal-għolja mqaddsa tiegħek u sal-għerejjex tiegħek.

  17. R:/ Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi

  18. U nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla, ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi. U rroddlok ħajr biċ-ċetra, o Alla, Alla tiegħi.

  19. R:/ Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi

  20. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Bin il-bniedem ġie biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra. Hallelujah, Hallelujah

  21. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq9, 18-22 • R:/ GlorjalilekMulej Inti l-Messija ta’ Alla. Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna.

  22. Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu:

  23. “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?”

  24. Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Imbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan. U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-Bniedem

  25. ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.”

  26. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  27. ĦSIEB

More Related