1 / 25

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl A ppostlu lir-Rumani . Rum 8 , 31b - 39

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl A ppostlu lir-Rumani . Rum 8 , 31b - 39. Ebda ħliqa ma tista’ qatt tifridna mill-imħabba ta’ Alla li deħret fi Kristu Ġesù Sidna.

zilya
Download Presentation

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl A ppostlu lir-Rumani . Rum 8 , 31b - 39

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani. Rum8, 31b-39 Ebda ħliqa ma tista’ qatt tifridna mill-imħabba ta’ Alla li deħret fi Kristu Ġesù Sidna.

  2. Għeżież, Jekk Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna? Hu, li anqas lil Ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?

  3. Min se jakkuża l-magħżulin ta’ Alla? Alla stess hu dak li jiġġustifikahom. Min se jikkundannahom? Kristu Ġesù li miet, jew aħjar, li qam mill-imwiet, jinsab

  4. fuq il-lemin ta’ Alla, hu li jidħol għalina! Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? It-taħbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?

  5. B]alma hu miktub: “Minħabba fik il-jum kollu jikkundannawna għall-mewt; jgħodduna bħal nagħaġ għall-qatla.” Imma f’dan kollu aħna aktar minn rebbieħa

  6. bis-saħħa ta’ dak li ħabbna. G]ax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda

  7. ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.

  8. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  9. Salm Responsorjali R:/ Salvani, Mulej, fit-tieba tiegħek

  10. Int, Mulej Sidi, aqbeż għalija f’ġieħ ismek, eħlisni fil-ħniena u t-tieba tiegħek.

  11. Għax jiena msejken u fqajjar, u qalbi muġugħa ġewwa fija.

  12. R:/ Salvani, Mulej, fit-tiebatiegħek

  13. Għinni, Mulej, Alla tiegħi; salvani fit-tieba tiegħek. Ħa jagħraf li dan hu għemil tiegħek, li dan, Mulej, int għamiltu.

  14. R:/ Salvani, Mulej, fit-tiebatiegħek

  15. Niżżi ħajr ħafna lill-Mulej, f’gemgħa kbira ta’nies infaħħru. Għax hu joqgħod fuq il-lemin tal-fqajjar, biex isalvah minn dawk li jaqtgħuhielu għall-mewt.

  16. R:/ Salvani, Mulej, fit-tiebatiegħek

  17. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Imbierek is-Sultan, li ġej f’isem il-Mulej! Sliem fis-sema, u glorja fil-għoli tas-smewwiet. Hallelujah, Hallelujah

  18. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq13, 31-35 • R:/ Glorjalilek • Mulej Ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.

  19. Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.” U hu qalilhom: “Morru għidulu li dak il-volpi: <Ara, jiena

  20. nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax

  21. ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.> Ġerusalemm, Ġerusalemm, Int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla; kemm ridt

  22. niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx! Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba! U ngħidilkom, li

  23. m’intomx se terġgħu tarawni sa dakinhar li tgħidu: <imbierek min ġej f’isem il-Mulej!>”

  24. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  25. ĦSIEB

More Related