260 likes | 546 Views
Qari mill-I ttra ta’ San Pawl A ppostlu lir-Rumani . Rum 4 , 1- 8. Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja. Għeżież, xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem? Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa
E N D
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani. Rum4, 1-8 Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja.
Għeżież, xi ngħidu, mela, li sab Abraham, il-missier tagħna skont il-ġisem? Li kieku Abraham kien iġġustifikat bis-saħħa tal-opri, kien ikollu biex jiftaħar; imma mhux
quddiem Alla! Għax xi tgħid l-Iskrittura? Tgħid li Abraham emmen lil Alla u kien magħdud lilu b’ġustizzja. Il-ħlas lil min jaħdem ma jingħaddlux bi pjaċir,
immab’dejn; iżda min bla ma jagħmel opri, jemmen lil Alla li jiġġustifika lil min hu ħażin, din il-fidi tiegħu tingħaddlu b’ġustizzja. Hekk wkoll David jgħid kemm hu
hieni l-bniedem li Alla jqisu b’ġustmingħajr l-opri: “Hienja dawk li dnubiethom maħfura, u li ħtijiethom mgħottija.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Mulej, int kenn għalija
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura, li għandu d-dnub tiegħu mistur!
Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej, u ma għandu ebda qerq f’qalbu!
Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-ħażen tiegħi ma ħbejthulekx.
Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.” U int ħfirtli l-ħazen tad-dnub tiegħi.
R:/ Mulej, intkenn għalija
Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej; għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja!
R:/ Mulej, intkenn għalija
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ħa tkun, Mulej, it-tieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama tagħna. Hallelujah, Hallelujah
Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq12, 1-7 • GlorjalilekMulej Sax-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud.
F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kullħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesù qabad jgħid l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom
mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kulma tkunu għedtu
fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kulma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut. Dan ngħidilkom, ħbieb
tiegħi, tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisemu mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iżjed. Ħa nurikom jien minn min għandkom tibżgħu; ibżgħu minn dak li, wara li jkun
qatlek, għandu s-setgħa jixħtek ġol-infern.Iva, ngħidilkom, minn dan ibżgħu. Ħames għasafar tal-bejt mhux żewġ soldi jinbiegħu? U anqas wieħed
minnhom ma hu minsi quddiem Alla. U intom, sax-xagħarta’ raskom, kollu magħdud. Xejn la tibżgħu, għax intom aktar minn ħafna għasafar tal-bejt tiswew.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu