430 likes | 693 Views
Is-Sena Litur ġika. Unit 3 : Il-Kalendarju Lezzjoni 4. Il- ġ rajjiet ta’ Ġ esù matul is-sena. Biex niftakru fil- ġ rajjiet il-kbar ta’ Ġ esù, a ħ na l-insara nie ħ du ż - ż mien ta’ sena. Fost il- ġ rajjiet infakkru:. Meta twieled fl-g ħ ar ta’ Betlehem. Meta wera ruħu lill-Maġi.
E N D
Is-Sena Liturġika Unit 3: Il-Kalendarju Lezzjoni 4
Il-ġrajjiet ta’ Ġesù matul is-sena. Biex niftakru fil-ġrajjiet il-kbar ta’ Ġesù, aħna l-insara nieħdu ż-żmien ta’ sena. Fost il-ġrajjiet infakkru:
Meta bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja.
Permezz ta’ dawn il-ġrajjiet, Ġesù ta l-akbar qima lil Alla. Ġesù jkun magħna biex bħalu u miegħu nagħtu tifħir lil Alla permezz ta’ dawn il-festi.
Is-sena tal-Knisja Is-sena tal-Knisja jew is-Sena Liturġika hija maqsuma f’ ħames taqsimiet kbar. Dawn ifakkruna fil-ġrajjiet importanti fil-ħajja ta’ Ġesù.
Żmien l-Avvent Jibda erbat Iħdud qabel il-Milied. Huwa żmien ta’ preparazzjoni għall-miġja ta’ Ġesù.
Nużaw il-kulur vjola li jfisser li l-Avvent hu żmien ta’ tħejjija.
Żmien l-Avvent Waħda mill-festi li niċċelebraw dan iż-żmien hija l-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru.
Żmien il-Milied Dan iż-żmien jiġi eżatt wara l-Avvent. F’dan iż-żmien nifirħu bil-miġja ta’ Ġesu’ fostna bħala tarbija.
Jintuża l-kulur abjad tad-dawl għax Ġesù twieled Biex ikun ix-xemx li ddawwal Il-ħajja tagħna.
Żmien il-Milied Fi żmien il-Milied niċċelebraw il-festa tal-Epifanija, meta Ġesù wera ruħu lill-Maġi. Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel Ħadd ta’ Jannar.
Żmien ir-Randan Wara ftit Ħdud jibda r-Randan. Ir-Randan huwa erbgħin jum ta’ penitenza u preparazzjoni għall-Għid il-Kbir.
Nużaw il-kulur vjola li huwa l-lewn tal-penitenza.
Żmien ir-Randan Fi żmien ir-Randan tiġi l-festa ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu. Festi oħra li niċċelebraw fir-Randan huma:
Żmien il-Għid Żmien il-Għid huwa żmien ta’ ferħ u festa għax fih nithennew bil-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt. Dan iż-żmien idum 50 jum.
Matulu nużaw il-kulur abjad li jfisser il-ferħ li għandna nħossu f’dan iż- żmien.
Żmien il-Għid L-Għid il-Kbir jiftaħ Żmien il-Għid. Festi oħra li niċċelebraw f’dan iż-żmien huma:
Għid il-Ħamsin (Inżul l-Ispirtu s-Santu fuq il-Knisja)
Żmien Matul is-Sena Din hija l-itwal taqsima tas-sena tal-Knisja. Matul dan iż-żmien naħsbu fuq it-tagħlim u l-mirakli li għamel Ġesù biex insiru aktar nixbhuh.
Matul dan iż-żmien jintuża l-kulur aħdar, il-lewn tal-ħajja u li jfisser it-tama.
Żmien Matul is-Sena F’dan iż-żmien jiġu ċċelebrati numru ta’ festi lill-Madonna u lill-qaddisin. Fost dawn insemmu:
San Pietru u San Pawl (29 ta’ Ġunju)