1 / 31

Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 2 , 1-8

Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 2 , 1-8. Jekk is-sultan jidhirlu li hi ħaġa sewwa, nixtieq li jibgħatni f’art missirijieti ħalli nerġa’ nibniha. Fix-xahar ta’ Nisan tas-sena għoxrin tas-saltna

cayla
Download Presentation

Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Ne ħ 2 , 1-8

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb ta' Neħemija Neħ2, 1-8 Jekk is-sultan jidhirlu li hi ħaġa sewwa, nixtieq li jibgħatni f’art missirijieti ħalli nerġa’ nibniha.

  2. Fix-xahar ta’ Nisan tas-sena għoxrin tas-saltna ta’ Artasersi, is-sultan kellu l-inbid quddiemu, u jien ħadt l-inbid u newwilthulu. Qatt ma kont

  3. wiċċi mqarras quddiemu. U hu qalli: “Għaliex int wiċċek imqarras? Marid m’intix: għalhekk dan tiegħek mhuwiex ħlief swied il-qalb.”

  4. Imbagħad jien bżajt ħafna; imma weġibt lis-sultan: “Sultan jalla tgħix għal dejjem! Għax m’għandix inqarras wiċċi meta l-belt fejn hemm l-oqbra ta’

  5. missirijieti hi ħerba waħda u l-bibien tagħha maħruqa bin-nar?” Qalli mbagħad is-sultan: “X’inhu li qiegħed titlobni?” Jien tlabt lil Alla

  6. tas-smewwiet, u weġibt lis-sultan: • “Jekk is-sultan jidhirlu li hi ħaġa sewwa u jekk • il-qaddej tiegħek jogħġob • lis-sultan, nixtieq li tibgħatni f’art Ġuda,

  7. fil-belt fejn hemm l-oqbra ta’ missirijieti, ħalli nerġa’ nibniha.” Imbagħad, bis-sultana bilqiegħda maġenbu, is-sultan staqsieni: “Kemm iddum il-mawra

  8. tiegħek? Kemm iddum ma terġa’ lura?” U meta jien tajtu ż-żmien, is-sultan għoġbu jibgħatni. Jien għalhekk għedt lis-sultan: “Jekk is-sultan jogħġbu,

  9. ħa jagħtini ittri għall-gvernaturi tan-naħa l-oħra tal-Ewfrat, biex iħalluni ngħaddi min naħa għall-oħra sa ma nasal f’art Ġuda. Ħa jagħtini wkoll ittra

  10. għal Asaf, li jieħu ħsieb il-foresti tas-sultan, biex jagħtini injam għat-travi fid-daħliet tal-fortizza li tħares it-tempju, tas-swar tal-belt, u tad-dar fejn se noqgħod.”

  11. U s-sultan tani dan kollu, għax id Alla tiegħi kienet ħanina miegħi.

  12. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  13. Salm Responsorjali R:/ Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik Ġerusalemm

  14. F’xatt ix-xmajjar ta’ Babilonja, hemm qgħadna bilqiegħda u bkejna, aħna u niftakru f’Sijon. Mas-siġar tal-luq tagħha, dendilna ċ-ċetri tagħna.

  15. R:/ Jeħillilsieni mas-saqafta’ ħalqi, jekkma niftakarxfikĠerusalemm

  16. Għax hemm, dawk li jassruna, talbuna ngħannulhom xi għanja;

  17. dawk li hemm għakksuna stennew minna għana ta’ ferħ: “Għannulna mill-għana ta’ Sijon!”

  18. R:/ Jeħillilsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarxfikĠerusalemm

  19. Kif nistgħu ngħannu l-għana tal-Mulej f’art barranija? Tibbiesli idi l-leminija, jekk qatt ninsa lilek, Ġerusalemm!

  20. R:/ Jeħillilsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarxfikĠerusalemm

  21. Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, jekk ma nżommx ’il Ġerusalemm ’il fuq minn kull ferħ tiegħi!

  22. R:/ Jeħillilsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarxfikĠerusalemm

  23. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Minħabba fi Kristu ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lilu, u nkun ninsab fih. Hallelujah, Hallelujah

  24. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq9, 57-62 • R:/ GlorjalilekMulej Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.

  25. F’dakiż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom

  26. l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu:

  27. “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom;

  28. iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil tad-dar.”

  29. Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura mhuwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.”

  30. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  31. ĦSIEB

More Related