1 / 38

Xi tfisser tkun favur il-Ħajja?

Xi tfisser tkun favur il-Ħajja?. Tkun favur il-ħarsien sħiħ ta’ KULL ħajja umana ta’ kwalunkwe età, post fejn tgħix - jiġifieri kullimkien, fażi ta’ żvilupp, qagħda fisika jew dehra. Mit-tnissil sal-mewt naturali. What are semantics ?. Xi tfisser is-SEMANTIKA?

chloe
Download Presentation

Xi tfisser tkun favur il-Ħajja?

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Xi tfisser tkun favur il-Ħajja? Tkun favur il-ħarsien sħiħ ta’ KULL ħajja umana ta’ kwalunkwe età, post fejn tgħix - jiġifieri kullimkien, fażi ta’ żvilupp, qagħda fisika jew dehra. Mit-tnissil sal-mewt naturali.

  2. What are semantics ? Xi tfisser is-SEMANTIKA? Fi ftit kliem tfisser tispjega anke permezz ta’ logħob ta’ kliem biex tiddefinixxi l-verità (jew tostora) ħalli tbiddel il-perċezzjonijiet tan-nies. Eżempju: Dak mhu xejn għajr fetu, għalhekk mhux tarbija. Il-kelma stess fetus ġejja mill-Latin tfisser tfajjel ċkejken! Dawk favur l-abort iħobbu jużaw il-kelma fetu biex jevitaw jużaw il-kelma tarbija jew baby.

  3. Is-SEMANTIKA jew logħob bid-diskors hija l-arma preferita ta’ dawk favur l-abort Jien miniex favur l-abort imma li “in-nisa jagħżlu huma” Din “għażla fqira” jew “għażla ta’ ġifa” għas-sempliċi fatt li d-dgħajjef qed ikun mgħaffeġ minn min hu bsaħħtu. Dak ċappa laħam jew embrijun Il-kelma embrijun ma tbiddilx il-realtà li quddiemna għandna ħajja umana u mhux ta’ xi annimal.

  4. Aktar logħob bid-diskors Dik biċċa prodott wara l-konċepiment Aħna lkoll kemm aħna prodotti ta’ wara l-konċepiment anke jekk imdaħħlin fiż-żmien! Dik ċappa laħam – qatta ċelloli Huwa xjentifikament żbaljat tgħid li l-embrijun mhux uman minħabba l-età tenera fl-iżvilupp tiegħu. Qiesek qed tgħid tarbija mhix tifel jew tifla.

  5. Arġumenti tipiċi favur l-abort Dik it-tarbija ma ridnihiex Imbilli dik it-tarbija ma riduhiex ma jfissirx li hija inqas prezzjusa mill-bqija tat-trabi l-oħra kollha tad-dinja. Tarbija ma tagħżilhiex bħal ma tagħżel burger mill-menu!

  6. Arġumenti tipiċi favur l-abort L-omm kienet stuprata! Hawn xi ħadd favur l-istupru hawnhekk? Issa ħa nistaqsi jiena lilkom!

  7. L-embrijun hu l-istupratur? • L-embrijun għandu DNA tiegħu uman? • Il-ġenetika tiegħu ġejja mill-omm ukoll minbarra tal-missier? • Hawn xi ħadd minkom jaqbel li jekk ommu jew missieru jagħmlu reat intom uliedu għandkom teħlu intom magħhom? • Għandek teħel il-ħabs jekk missierek jagħmel xi reat qabel ma inti stess kont teżisti?

  8. L-istupru u l-abort It-tarbija hija dejjem innoċenti. Il-mara tista taħseb li jekk tneħħi t-tarbija se ddewwi l-ħsara li saret fuq ġisimha. Imma jiġrilha li mbagħad ikollha ssaqqaf wiċċha mat-trawma li qatlet it-tarbija. It-tarbija hija TAGĦHA wkoll u mhux TIEGĦU biss

  9. L-istupru u l-abort Dawk li jappoġjaw l-abort jagħmlu hekk għax bosta drabi jħossuhom skomdi jew ma jkunux jafu jagħtu faraġ lin-nisa li ġew stuprati. Jista jkun huma stess ikunu preġudikati kontra dawk il-vittmi stess bħallikieku “tort tagħhom li ġralhom hekk”

  10. X’tgħid ir-riċerka dwar l-abort u l-istupru “Ħafna min-nisa li wettqu l-abort għamlu hekk għax ħasbu li din kienet l-uniku għażla li setgħu jagħmlu. Aktar minn 80% tagħhom jgħidu li iddispjaċihom ferm li għamlu dik l-għażla.” Bil-maqlub dawk li ddeċidew (88% tan-nisa) li jwasslu t-tqala sal-aħħar iħossu li għamlu l-aħjar għażla. Ħaġa tal-għaġeb li dawk in-nisa li kienu għadhom imweġgħin minħabba l-istupru, ħadd minnhom ma ddispjaċiha li waslet għat-twelid jonkella li ma għażlux l-abort. Minflok huma bdew jaraw dik it-tarbija bħala mezz kif ifiequ fil-ħajja tagħhom. Dr David Reardon – Victims and Victors (The Eliot Institute)

  11. Raġunijiet miġjuba favur l-abort Id-deformità Lingwaġġ ta’ tmaqdir jibdel il-perċezzjonijiet tagħna imma ma jibdel qatt id-dritt tat-tarbija li tkun maħbuba u mħarsa. Bosta drabi t-tobba jiżbaljaw fid-dianjosi tagħhom Għandna ħafna ipokresija fis-soċjetà. Illum noffru bosta servizz għall-persuni bi bżonnijiet speċjali bħal parkeġġi u lifts. Imma fl-istess nifs ngħidu li huma piż.

  12. Id-deformità Każ ta’ veru – kieku inti tagħmel abort? Il-missier marid bis-sifillide (syphilis) Il-mara marida bit-tuberkolosi. Minn erba t’itfal, l-ewwel għama, it-tieni miet, it-tielet trux w imbikkem w ir-raba marid bit-tuberkolosi. Il-mara reġgħet ħarġet tqila. Taħseb li għandu jsir abort? Forsi? Iva?

  13. Prosit – għadek kif qtilt lil Beethoven

  14. L-argumenti tipiċi favur l-abort It-tarbija mhux se tgħix waħedha Iva dan hu minnu sa l-ewwel 24 ġimgħa. Imma dan jgħodd ukoll għal tarbija mwielda – tal-inqas sakemm tikber aktar Aktar kemm il-ħajja tat-tarbija tiddependi fuq l-omm, ikbar huwa d-dover tagħna li nipproteġu l-ħajja anke bil-liġijiet.

  15. L-argumenti tipiċi favur l-abortDik mhix persuna Id-definizzjoni ta’ persuna ssir bil-partċipazzjoni tal-ispeċi umana u mhux kemm żviluppatx jew le. Anke jekk ċkejkna dik hija persuna importanti. Segwu dawn l-istampi miegħi:

More Related