480 likes | 2.94k Views
It-Trasport f’Malta. Fi Żmien il-Ħakma Ngliża (1800-1964) Xogħol għall-Form 4 Ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen biex tara l-kumplament tas-slides Tony Pace. Il-Kaless. Il-kaless kien il-mezz ta’ trasport użat mis-sinjuri fl-antik. Il-kaless kien miġbud minn żiemel
E N D
It-Trasport f’Malta • Fi Żmien il-Ħakma Ngliża (1800-1964) • Xogħol għall-Form 4 • Ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen biex tara l-kumplament tas-slides • Tony Pace
Il-Kaless • Il-kaless kien il-mezz ta’ trasport użat mis-sinjuri fl-antik. • Il-kaless kien miġbud minn żiemel • Il-kaless baqa’ jintuża sat-tmiem tas-seklu 19.
Żewġ tipi ta’ kaless • Il-Kaless daħal fil-Gżejjer Maltin fi Żmien il-Kavallieri
L-Omnibus • L-ewwel mezz ta’ trasport pubbliku f’Malta kien l-OMNIBUS. • L-Omnibus daħal f’Malta fi Żmien il-Ħakma Ngliża.
Xi fatti dwar l-Omnibus • Beda jintuża fl-1856 • L-Omnibus kien miġbud miż-żwiemel • Kienu jirkbu xi 14-il ruħ fuqu • Kien jasal mill-Belt sa Ħal-Lija • Ġie estiż għall-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan u Tas-Sliema. • L-Omnibus kien irħas mill-kaless imma baqa’ għoli għall-foqra
Rotot ta’ l-OMNIBUS • Is-servizz ta’ l-Omnibus, l-ewwel trasport pubbliku, baqa’ limitat ħafna.
It-tren jew ferrovija • Magħruf ukoll bħala il-VAPUR TA’ L-ART. • Jidher ħiereġ mill-mina taħt Putirjal
Xi fatti dwar it-tren • Beda jaħdem f’Malta fl-1883 • Kien jaħdem bil-faħam • Kien jieħdok mill-Belt sar-Rabat u iktar tard l-Imdina • Il-pjanijiet biex is-servizz tat-tren jibda jasal sa Mosta, Żebbuġ u Sliema, qatt ma seħħew.
It-tren • L-istazzjon tal-ferrovija ta’ taħt l-Imdina (ritratt fuq) • Mina magħluqa fis-swar ta’ Portes des Bombes (Furjana) minn fejn kienet toħroġ il-ferrovija
It-TRAMM • It-TRAMM beda jaħdem f’Malta fl-1903. • Kien jaħdem bl-elettriku. • L-Electric Tram Company kienet tħaddem it-tramm f’Malta. • Bħall-ferrovija kien jimxi fuq linji tal-ħadid. • It-tramm għamel kompetizzjoni lill-ferrovija.
Il-LIFT • Wieħed seta’ jaqbad lanċa minn Bormla, jinżel ix-xatt tal-Belt u jitla’ bil-LIFT. • Il-Lift kien jaħdem bid-dawl elettriku. • Il-Lift kien itellgħek il-Barrakka ta’ Fuq.
Vantaġġi tal-LIFT u tal-LANEĊ • Fil-Port il-Kbir kien hemm servizz tal-laneċ • Il-Lift ġie mdaħħal f’Malta biex iħaffef it-Trasport mit-Tarzna għall-Belt Valletta • Kieku jerġgħu jidħlu daż-żewġ servizzi llum, tonqos il-problema tat-tniġġis ta’ l-arja.
Il-Karozzi • Għall-bidu kienu magħrufa bħala light-cars. • Il-karozzi daħlu f’Malta fil-bidu tas-Seklu 20. • Bil-karozza stajt tmur kullimkien, mhux l-Imdina jew Tas-Sliema biss.
Il-karozza • Intużat għall-ewwel darba f’Malta waqt iż-żjara tar-Re Dwardu VII fl-1909 • Intużat minflok il-karozzella
Ix-Xarabank • Magħrufa wkoll bħala IL-KAROZZA TAL-LINJA. • Daħlet f’Malta fl-1905 • Ix-xarabank ikkumnikat l-irħula Maltin kollha mal-Belt Valletta u bejniethom
Tal-Linja • Tal-linja litteralment qatlu lit-tramm u lill-ferrovija. • Tal-linja bdew iħalltu lin-nies ta’ l-ibliet man-nies ta’ l-irħula.
Trasport • Fl-antik tal-linja kienu miżbugħa kuluri differenti skond ir-rotta. • Illum jinżebgħu kollha sofor • Ir-rotta tkun indikata min-numru li jkollhom fuqhom.
Trasport f’Malta Tmiem {home}