170 likes | 472 Views
IL-MILIED VERU. Tommy's Window Slideshow. ♫ Ixgħel l- ispeakers !. AGĦFAS BIEX TQALLEB. KLIEM TA’ VIRGINIA BRANDT BERG traduzzjoni ta’ Francesco Pio Attard. Ħafna nies ma jistgħux jifhmu kif Alla seta’ jinżel u jilbes il-ġisem ta’ bniedem, imma Hu ġie.
E N D
IL-MILIED VERU Tommy's Window Slideshow ♫ Ixgħel l-ispeakers! AGĦFAS BIEX TQALLEB KLIEM TA’ VIRGINIA BRANDT BERG traduzzjoni ta’ Francesco Pio Attard
Ħafna niesma jistgħux jifhmu kif Allaseta’ jinżel u jilbes il-ġisem ta’ bniedem, imma Hu ġie.
Din m’hix xi ħaġa daqshekk stramba għalija. Filfatt faċli nemmnu dan, għax kuljum nara lil Ġesù jitwieled fil-qlub tal-bnedmin.
Hu jiġi biex jgħix fil-qlub u jibdel il-ħajjiet, u għalija dak miraklu kbir – li Hu jista’ jista’ jitwieled f’qalbek u f’qalbi u jgħix hemm f’qalbna, biex hekk isir ħaġa waħda magħna.
Il-Kelma ta’ Alla tgħid li Ġesù ikun jissejjaħ “ta’ l-għaġeb”.
“Għax tweldina tifel, ingħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh… Kunsillier ta’ l-Għaġeb, Alla Setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-Sliem”. Isaija 9:5
Ta’ l-għaġeb hu ismu għax ta’ l-għaġeb kien f’ħajtu, għaddej jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan. Atti 10:38
Ta’ l-għaġeb il-mewt tiegħu, għax miet għalija u għalik, biex aħna jkollna l-ħajja ta’ dejjem. 1 Pietru 2:24; 1 Ġwanni 4:9
Ta’ l-għaġeb il-qawmien tiegħu, għax hu qam mill-imwiet, biex aħna wkoll inqumu. 1 Korintin 15:20-21
U ta’ l-għaġeb issa fil-ħajja tiegħu wara l-mewt, għax hu jgħix biex jidħol għalina. Lhud 7:25
M’hux biżżejjed li Ġesù, is-Sultan tas-slaten, twieled f’Betlehem,taħt il-kewkba li ħabbret il-miġja tiegħu.Qabel ma joqgħod fuq it-tron tiegħu, huwa jrid jitwieled fil-qalb tiegħek.
Ġesù, il-Feddej, qatt ma jista’ jidħol minn bieb jekk dan ma jinfetaħlux minn ġewwa.Hekk tgħid il-Kelma tal-Mulej:“Lil dawk li laqgħuh tahom is-setgħa li jsiru wlied Alla”. Ġwanni 1:12 Sa tħallih jidħol ġo qalbek?
Jekk għadek ma rċivejtx l-isbaħ rigal ta’ Alla, Ġesù, tista’ issa billi titlob din it-talba: Grazzi, Ġesù, talli ġejt fid-dinja u għixt bħal wieħed minna, talli għaddejt mit-tbatija ta’ dawk il-ħwejjeġ kollha li aħna ngħaddu minnhom biex jien nista’ nsir naf l-imħabba ta’ Missieri tas-sema. Grazzi talli mitt għalija, biex tirrikonċiljani miegħu u jkolli l-ħajja ta’ dejjem fil-Ġenna. Issa jiena nilqgħek bħala l-Feddej tiegħi. Aħfirli n-nuqqasijiet kollha li għamilt, u għinni nsir nafek u nħobbok b’mod profond u personali. Amen.
Jalla s-Sliem tal-Mulej Ġesù jimla lil qalbkom u lil ħsiebkom dan il-Milied u dejjem. Il-mużika ta’ din il-preżentazzjoni: “There is Born a Child”. Biex tniżżel il-mużika u l-kliem, kif ukoll iktar preżentazzjonijiet bil-Power Point, agħfas hawn: www.tommyswindow.com