180 likes | 367 Views
Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. L-isem u t-titlu tal-kelliem. Data | Titlu tal-avveniment. Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. Tajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.
E N D
Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskjiKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa L-isem u t-titlu tal-kelliem Data| Titlu tal-avveniment Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. Tajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.
Skala tal-problema Għalfejn huma importanti s-sigurtàu s-saħħa? • Tajbin għan-negozju, għall-ħaddiema u għas-soċjetà sħiħa • Titjib sinifikanti madwar l-UE matul l-aħħar deċennji, iżda… • Kull sena, aktar minn 5,500 persuna jitilfu ħajjithom minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol • 159,000 imutu minħabba mard relatat max-xogħol (stima tal-ILO) • Spiża ta’ € 490 biljun għall-ekonomija tal-UE
Benefiċċji ta’ sigurtà u saħħa tajbin • Jonqsu r-riskji u l-ispejjeż • Rati aktar baxxi ta’ liv u dawran tal-impjegati • Inqas inċidenti • Spejjeż aktar baxxi tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti • Żieda fil-produttività • Tnaqqis fit-theddida ta’ azzjoni legali • Reputazzjoni aħjar fost il-klijenti, il-fornituri u l-investituri
Aħjar prevenzjoni milli kura Il-prevenzjoni hija l-pedament tal-approċċ tal-Ewropa għall-ġestjoni tar-riskji. Il-prevenzjoni tikkonċerna l-ġestjoni tar-riskji relatati max-xogħol bl-għan aħħari li jiġi eliminat u jonqos in-numru ta’ inċidenti u mard okkupazzjonali relatati max-xogħol.
Xi tfisser prevenzjoni fil-prattika? • Il-maniġers u l-ħaddiema jaħdmu flimkien sabiex jiġu evitati r-riskji • Il-maniġers u l-ħaddiema għandhom ir-responsabilità primarja • Madanakollu….. il-parteċipazzjoni attiva tal-ħaddiema hija vitali sabiex tirnexxi
Prinċipji bażiċi tal-prevenzjoni tar-riskji • Jiġu evitati r-riskji • Evalwazzjoni tar-riskji li ma jistgħux jiġu evitati • Ġlieda kontrihom direttament fis-sors • Adattament tax-xogħol għall-individwu • Adattament għall-progress tekniku • Bidla ta’ dak li hu perikoluż ma’ dak li mhuwiex jew li huwa inqas perikoluż • L-iżvilupp ta’ politika ta’ prevenzjoni ġenerali koerenti • L-għoti ta’ prijorità lill-miżuri protettivi kollettivi fuq dawk individwali • L-għoti ta’ struzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema
Għanijiet strateġiċi tal-kampanja • Tippromwovi l-messaġġ ewleini li l-ħaddiema u l-maniġers iridu jaħdmu flimkien • Tagħti gwida ċara lill-impjegaturi sabiex jamministraw riskji speċifiċi relatati max-xogħol • Tagħti gwida prattika sabiex tiġi promossa kultura ta’ prevenzjoni tar-riskji • Twitti t-triq għal kultura ta’ prevenzjoni tar-riskji aktar sostenibbli fl-Ewropa
Il-maniġment minn ta’ quddiem Huwa d-dmir legali u morali tal-maniġment sabiex ikun minn ta’ quddiem fir-rigward tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol. Fil-prattika, dan ifisser: • Impenn viżibbli u attiv mill-maniġment • Komunikazzjoni mal-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom • Komunikazzjoni ‘’l isfel’ u ‘trasversali’ effettiva • L-użu ta’ valutazzjoni tar-riskji sabiex jittieħdu deċiżjonijiet • L-integrazzjoni ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà tajba fi ħdan organizzazzjoni • Il-promozzjoni ta’ dawn l-ideat fi ħdan il-katina tal-provvista sħiħa • Il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-analiżi ta’ kif sejra l-kumpanija fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà
Parteċipazzjoni tal-ħaddiema Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema hija vitali.Il-benefiċċji jinkludu: • Rati aktar baxxi ta’ inċidenti • Soluzzjonijiet kosteffiċenti • Forza tax-xogħol aktar kuntenta u produttiva (rati aktar baxxi ta’ liv) • Għarfien u kontroll aħjar tar-riskji fuq il-post tax-xogħol
Konsultazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa L-impjegaturi għandhom id-dmir li jikkonsultaw lill-ħaddiema/lir-rappreżentanti tal-ħaddiema dwar is-saħħa u s-sigurtà. Fil-prattika, dan ifisser: • Djalogu effettiv u miftuħ • Sejbien ta’ soluzzjonijiet għal problemi u teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod konġunt • Smigħ u teħid ta’ azzjoni fuq dak li jintqal • Parteċipazzjoni fis-sejbien ta’ perikli, fil-valutazzjoni tar-riskji u fit-tfassil ta’ soluzzjonijiet • Parteċipazzjoni fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet u fil-promozzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol siguri • Ħaddiema li jikkooperaw bis-sħiħ mal-impjegaturi • Implimentazzjoni ta’ arranġamenti sabiex dawn ikunu jistgħu jitwettqu fil-prattika
Dwar il-kampanja • Kif taħdem il-Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa • Ngħinu fil-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jkomplu dejjem aktar iġibu s-saħħa ’l quddiem għall-benefiċċju ta’ kulħadd • Iżda dan ma nistgħux nagħmluh waħedna • Għandna bżonnok tgħin fit-trawwim u l-promozzjoni tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol
Kampanji bbażati fuq in-netwerk Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti. Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi
Kif tieħu sehem? Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi : • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess
Offerta ta’ sħubija fil-kampanja Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba
Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali • http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions/index_html
Riżorsi • Gwida dwar il-Kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa • www.healthy-workplaces.eu
Dati importanti • Tnedija tal-Kampanja:18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-Xogħol: Ottubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-Prattiki Tajbin: April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa : Novembru 2013
Aktar informazzjoni • Żur il-websajt tal-kampanja • www.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek • www.healthy-workplaces.eu/fops