250 likes | 423 Views
Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Lhud 1, 1-6. Jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar qawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesu’.
E N D
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani. Lhud 1, 1-6 Jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar qawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesu’
Għeżież, bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub, u permezz tad-dnub il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu.
Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra, aktar u aktar issa l-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed li hu Ġesù Kristu, xterdu bil-bosta fuq
il-kotra. Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don
tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu. Mela kif bil-ħtija ta’ wieħed waħdu waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, hekk ukoll bl-opra
tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni tal-ħajja. Għax kif bid-diżubbidjenza ta’ bniedem wieħed il-ħafna saru midinbin, hekk
ukoll bl-ubbidjrnza ta’ wieħed il-ħafna jsiru ġusti. Fejn kotor id-dnub, kotrot fuq li kotrot il-grazzja. B’hekk, kif id-dnub saltan permezz tal-mewt, hekk issa l-grazzja ssaltan
permezz tal-gustizzja għall-ħajja ta’ dejjem bis-saħħa ta’ Ġesù Kristu Sidna.
Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali R:/ Hawn jien Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek
Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u offerti; imma widnejja inti ftaħtli; ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija. Imbagħad jien għedt:“Hawn jien, gej.....
.....Fil-bidu tal-ktieb hemm miktub fuqi li nagħmel ir-rieda tiegħek. Alla tiegħi, dan jogħġobni; il-liġi tiegħek ġewwa qalbi.”
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira; Xufftejja ma żammejthomx magħluqa. Mulej, dan inti tafu.
Jithennew u jifirħu bik dawk kollha li jfittxuk; jgħidu dejjem: “Kbir il-Mulej!” dawk li jħobbu s-salvazzjoni tiegħek.
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ishru, mela, u iltolbu l-ħinkollu, biextkunutifilħutieqfuquddiem Bin il-bniedem. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq 12, 35-38 Glorjalilek Mulej Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru!
F’dak iż-żmien, Ġesùqal lid-dixxippli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħa\\ma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa
tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih. Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassewngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom
madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma!”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu