360 likes | 574 Views
IL-ĦAŻEN U T-TBATIJA FID-DINJA 12-il Ħadd matul is-Sena A. ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija Ġer 20,10-13. F’ dak iż-żmien , Ġeremija qal: Ma nismax ħlief tqassis bil-kotra, biża’ madwari kollu! “Ixluh! Ħa nixluh!”.
E N D
IL-ĦAŻEN U T-TBATIJA FID-DINJA12-il Ħadd matul is-Sena A ofm.org.mt
F’dak iż-żmien, Ġeremija qal: Ma nismax ħlief tqassis bil-kotra, biża’ madwari kollu! “Ixluh! Ħa nixluh!”
jgħajtu l-ħbieb tiegħi kollha, u jfittxu l-qerda tiegħi: “Għandu mnejn jitqarraq u negħelbuh, ta’ kollox nitħallsu minnu!”
Il-Mulej miegħi, bħal raġel ta’ ħila; għalhekk dawk li jagħmlu għalija jriegħxu, ma jagħmlu xejn,
jitħawdu u jriegħxu bis-sħiħ, għax il-ħsieb tagħhom ma jseħħx; għajb għalihom li ma jintesa qatt.
Int, Mulej ta’ l-eżerċti, li ġġarrab il-ġust, li tara l-ġewwieni u l-qalb, ħallini nara l-vendetta tiegħek kontriehom, għax f’idejk ħallejt il-kawża tiegħi.
Għannu lill-Mulej, faħħru lill-Mulej, għaliex ruħ l-imsejken minn id il-ħżiena ħelisha.
SALM RESPONSORJALISalm 68Fil-kobor ta’ tjubitek weġibni, O Alla.
Minħabba fik nistabar fit-tmaqdir,il-mistħija tiksili wiċċi.Sirt barrani għal ħuti,ulied ommi ma jagħarfunix.Għax il-ħeġġa għal darek fnietni,u t-tagħjir ta’ dawk li jgħajru lilek waqa’ fuqi.
Imma jien it-talba tiegħi lejk nerfagħhaf’ħin tajjeb Mulej.Fil-kobor ta’ tjubitek weġibni, O Alla.Weġibni, Mulej, għax tjubitek mill-aħjar,fil-kobor tal-ħniena tiegħek dur lejja.
Jaraw hekk l-imsejkna u jifirħu;u qalbkom tgħix, intom li tfittxu lil Alla.Għax jisma’ l-fqajrin il-Mulej,u ma jistmellx l-imjassrin tiegħu.Ifaħħruh is-sema u l-art,l-ibħra u kull ma jitħarrek fihom.
IT-2 QARIQari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 5, 12-15
Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub u permezz tad-dnub,
il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu.
Għax sakemm kienet għadha ma wasletx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja; imma d-dnub ma kienx meqjus, ladarba liġi ma kienx hemm.
Madanakollu l-mewt saltnet ukoll minn Adam sa Mosè, imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.
Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietu kotra, aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u
d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed, li hu Ġesù Kristu, xterdu bil-bosta fuq il-kotra.
Hallelujah. Halleluljah.Fi tjubitek żommni ħaj, Mulej,u nħares l-ordnijiet ta’ fommok.Hallelujah.
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: “La tibżgħux mill-bnedmin.
Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.
U tibżgħux minn dawk li joqtlu lill-ġisem bla ma jistgħu joqtlu lir-ruħ; imma aktar ibżgħu minn dak li jista’ jeqred kemm lir-ruħ u kemm lill-ġisem fl-infern.
Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’xejn jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda ta’ Missierkom.
Intom imbagħad sax-xagħar ta’ raskom kollu hu magħdud. Mela xejn tibżgħu: intom aqwa minn ħafna għasafar tal-bejt.
Kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, jien ukoll nistqarr li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.
Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.”
IL-ĦAŻEN U T-TBATIJA FID-DINJA12-il Ħadd matul is-Sena A ofm.org.mt