180 likes | 463 Views
L-I Ż VILLUP TAN-NAZZJON MALTI IT-TIENI PARTI 1887 – 2004 Franck Testa. IL-KOSTITUZZJONI TA’ L-1887 X’WASSAL G Ħ ALIHA. L-Ingli ż i bdew aktar jifhmu kemm Malta kienet post strate ġ iku importanti.
E N D
L-IŻVILLUP TAN-NAZZJON MALTI IT-TIENI PARTI 1887 – 2004 Franck Testa
IL-KOSTITUZZJONI TA’ L-1887 X’WASSAL GĦALIHA • L-Ingliżi bdew aktar jifhmu kemm Malta kienet post strateġiku importanti. • Bdew jippruvaw idaħħlu aktar il-lingwa Ngliża fix-xogħol tal-Gvern u fl-edukazzjoni. • Kien hemm min ma ħax gost b’dan u bdiet il-Kwistjoni tal-Lingwa. • Ġew iffurmati żewġ partiti politiċi; wieħed favur l-Ingliżi u l-ieħor kontra l-Ingliżi. • Fl-1887 faqqgħet epidemija tal-kolera u r-Reġina Vittoria għalqet 25 sena Reġina ta’ l- Ingilterra. • Il-Gvern Ingliż tħabat biex jeqred l-epidemija tal-kolera u saru ċelebrazzjonjiet kbar biex ifakkru l-25 Anniversarju tar-Reġina Vittoria. • Dawn iż-żewġ fatti tejbu bil-bosta r-relazzjoni bejn il-Maltin u l-Ingliżi u dawn iddeċidew li jagħtu lill-Maltin Kostituzzjoni ġdida bil-wisq aħjar minn dik ta’ 1849
PUNTI EWLENIN TAL-KOSTITUZZJONI TA’ L-1887 • 6 membri maħtura mill-Gvernatur. • 14 maħtura f’Elezzjoni. 10 mill-poplu u 4 minn eletturi specjali min-naħa tal-kleru, negozjanti, gradwati u nobbli. • Il-poter ta’ deċiżjoni finali baqagħet f’idejn il-Gvernatur. • Din il-Kostituzzjoni għoġbot lill-Maltin għaliex tathom sehem fit-tmexxija ta’ l-affarijiet li kellhom x’jaqsmu ma’ Malta.
IL-KOSTITUZZJONI TITNEĦĦA • Aktar ma beda jgħaddi ż-żmien l-Ingliżi komplew idaħħlu riformi biex jidħol l-Ingliż flok it-Taljan fl-edukazzjoni u s-servizz pubbliku • Malta inqasmet fi tnejn dawk favur l-Ingliż ingħaqdu fil-partit Riformista u dawk kontra l-Ingliż fil-Partit Anti Riformista. • L-Anti Riformisti li kellhom il-maġġoranza fil-Kunsill tal-Gvern kienu jagħmlu minn kollox biex ifixklu x-xogħol tal-Gvern. • Il-Gvern Ingliż tant ġie mfixkel li neħħa l-kostituzzjoni ta’ l-1887. • Malta reġgħet bdiet titmexxa direttament minn Londra
IL-KOSTITUZZJONI TA’ 1905 Mass Meetings u protesti kontra l-Gvern Ingliż fuq il-Kwistjoni tal-Lingwa • Il-ġlied dwar il-lingwa kompla kiber. • Dawk kontra l-Ingliż għamlu minn kollox biex ifixklu l-Gvern Ingliż. • Fl-1903 dan neħħa l-Kostituzzjoni ta’ l-1887 u flokha tana waħda fejn il-Maltin ma kellhom l-ebda sehem fit-tmexxija tal-pajjiż. • Din kienet tixbaħ lil dik ta’ 1849 fejn fil-Kunsill tal-Gvern kien hemm aktar membri maħtura mill-Gvernatur milli membri eletti mill-poplu.
L-EWWEL GWERRA 1914-1918 • Fl-ewwel Gwerra Dinjija Malta serviet bħala post fejn suldati midruba kien jiġu biex jieħdu l-kura. • Bosta Maltin taw sehemhom bħala baħrin u suldati fl-armata u n-Navy Ingliża. • Kif spiċċat il-gwerra ħafna ħaddiema tilfu x-xogħol u l-ħajja għoliet bil-kbir. • Il-Gvern Ingliż għarraf lill-Maltin li kien bi ħsiebu jagħti kostituzzjoni ġdida lil Malta. • Rappreżentanti minn bosta oqsma tal-ħajja Maltija iltaqgħu fl-Assemblea Nazzjonali biex jagħmlu lista ta x’riedu l-Maltin f’din il-kostituzzjoni. • Il-mexxej ta’ l-Assemblea Nazzjonali t-tabib Filippo Sciberras
IL-KOSTITUZZJONI TA’ l-1921 • Il-qagħda f’Malta kompliet teħżien bil-qgħad u l-ħajja dejjem jogħlew. • Fis-7 ta’ Ġunju 1919 qamu rvellijiet kbar fil-Belt fejn mietu erba’ Maltin. • Dak li ġara dak inhar flimkien mat-talbiet ta’ l-Assembleja Nazzjonali kif ukoll il-lealta` tal-Maltin waqt il-gwerra giegħlu lill-gvern Ingliż jagħti lill-Maltin Kostituzzjoni ġdida. • L-iktar ħaġa importanti f’din il-Kostituzzjoni kienet li l-Maltin kienu ħa jmexxu huma f’dawk l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Malta. • Fl-aħħar il-Maltin kellhom Self Government fejn setgħu jmexxu huma. Dan seħħ fl-1921.
L-IMPORTANZA TAL-KOSTITUZZJONI TA’ L-1921 • Għall-ewwel darba l-Maltin kienu se jmexxu waħidhom dak kollu li kellu x’jaqsam ma’ Malta. Kien ħa jkollna gvern Awtonomu • Kien se jkollhom Parlament fejn setgħu jiddiskutu u jgħaddu liġijiet. • Il-Parlament kien se jinħatar permezz ta’ Elezzjoni Ġenerali li għaliha kienu ħa joħorġu Partiti Politiċi. • Kien ħa jkun hemm għall-ewwel darba Priministru u Kabinett ta’ Ministri. • Il-Maltin setgħu jagħmlu dan kollu sakemm ma jmorrux kontra l-interessi Ngliżi. • Jekk dan isir l-Ingliżi setgħu joħdulna kollox lura
1933-1932 IL-KOSTITUZZJONI SOSPIŻA • Dak iż-żmien kien hawn 3 partiti • In-Nazzjonalisti li kienu favur il-lingwa u l-kultura Taljana • Il-Partit Kostituzzjonjali taħt it-tmexxija ta’ Gerald Strickland li kien favur l-Ingliżi • Il-Partit Laburista li kienu għadu partit żgħir li kien ixaqleb lejn l-Ingliżi. • Fl-1932 telgħu fil-gvern in-Nazzjonalisti li mill-ewwel bdew jaħdmu biex jerġgħu jdaħħlu l-kultura Taljana f’Malta. • In-Nazzjonalisti bdew jagħmlu kuntatti mal-Gvern Taljan biex jgħinhom f’dan. • Dak iż-żmien l-Italja kienet taħt id-dittaturja Faxxista ta’ Mussolini. • Ir-relazzjonijiet bejn l-Italja u l-Ingilterra kienu ħżiena ħafna għaliex Mussolini kien ħabib ta’ Hitler. • Meta l-Ingliżi raw li l-gvern ta’ Malta kien qed isir ħabib ta’ l-Italja faxxista huma ħassew li dan kien ta’ periklu għalihom u fl-1933 neħħew il-kostituzzjoni ta’ l-1921. Karikaturi politiċi
1936 KUNSILL TA’ PARIRI • Il-partiti politiċi Maltin ipprotestaw mal-Gvern Ingliż dwar it-tneħħija tal-Kostituzzjoni ta’ 1921. • Fl-1936 il-gvern Ingliż bagħat Kummissjoni Rjali biex tistħarreġ is-sitwazzjoni. • Il-Kummissjoni ssuġġeriet li kellu jsir Kunsill tal-Gvern li jagħti Pariri lil-Gvernatur. • Tliet snin wara fl-1939 kien hemm pjanijiet biex terġa’ tidħol Kostituzzjoni bħal dik ta’ 1921. • Iżda dik is-sena faqqgħet il-gwerra u kull ħidma politika f’Malta twaqqfet mill-Ingliżi.
1947 GVERN AWTONOMU ĠDID • Ma’ tmien it-Tieni Gwerra Dinjija l-Gvern Ingliż ta Kostituzzjoni ġdida lil Malta. • F’din il-Kostituzzjoni Malta kellha gvern awtonomu jiġifieri bil-poter li jmexxi l-affarijiet interni ta’ Malta. • Bis-saħħa ta’ din il-Kostituzzjoni kull ċittadin Malti ta’ 21 sena jew aktar kellu dritt jivvota fl-Elezzjoni. • Dan kien ifisser li għall-ewwel darba n-nisa Maltin kisbu d-dritt tal-vot. • Fl-elezzjoni li saret fl-1947 tela’ fil-gvern għall-ewwel darba l-Partit Laburista. • Il-Priministru kien Pawlu Boffa.
IL-PARTIT LABURISTA JINQASAM • Fl-1949 inqala’ inkwiet kbir fil-Partit Labusrista. • Il-Perit Mintoff li kien ministru tar-rikostruzzjoni ma qabilx mal- Priministru Pawlu Boffa dwar talbiet ta’ għajnuna mill-Ingilterra. • Dan in-nuqqas ta’ qbil ġab qasma kbira fil-Partit Laburista. • Mintoff sar il-mexxej tal-Partit. • Boffa telaq mill-Partit u waqqaf Partit ieħor. • Dan fisser li l-gvern Laburista spiċċa. • Mill-1949 sa l-1955 Malta kellha gvernijiet dgħajfa.
1958 IL-KOSTITUZZJONI RTIRATA Fl-1955 tela’ fil-gvern il-Partit Laburista u għall-ewwel darba Mintoff sar Priministru. L-Ingliżi għarrfu lil Mintoff li kienu se jkeċċu ħafna ħaddiema mit-Tarzna u minn mas-servizzi. Mintoff ried għajnuna biex jilqa’ għal dan iżda l-Ingliżi ma ridux jagħtuh. Mintoff ried li Malta ssir Parti mill-Ingilterra. L-Ingliżi qalu li ma setgħux. Is-sensji bdew u bħala protesta il-GWU fit-28 ta’ April 1958 għamlet strike ġenerali. F’dan l-istrike inqala’ ħafna ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija. Mintoff talab il-kap tal-pulizija biex dawn ma jsawtux lid-demostranti. Il-Kap tal-pulizija qal lil Mintoff li hu jobdi lill-gvern Ingliz u mhux lill-gvern Malti. Meta Mintoff ra li ma kellux poter fuq il-pulizija, qabad u rreżenja. Il-Kostituzzjoni giet irtirata.
1962 KOSTITUZZJONI ĠDIDA • Fl-1962 l-Ingliżi reġgħu tawna s-Self Government. • L-Ingliżi għarrfu lill-Maltin li huma kienu se jagħtu l-Indipendenza lil pajjiżna. • Fl-1962 saret Elezzjoni li rebħuha n-Nazzjonalisti. • Priministru sar Dr. George Borg Olivier. • Il-gvern Ingliż stieden lill-gvern u l-partiti ta’ l-oppożizzjoni biex imorru Londra biex flimkien jiddiskutu l-Kostituzzjoni ta’ l-Indipendenza
21 SETTEMBRU 1964 MALTA SSIR NAZZJON • Ir-rappreżentanti tal-Maltin ma qablux bejniethom dwar ċerti punti tal-Kostituzzjoni ta’ l-Indipendenza. • Il-gvern Ingliż iddeċieda li jagħtina waħda hu. • Din il-Kostituzzjoni għaddiet mill-Parlament. • Wara sar referendum fejn il-poplu fil-maġġoranza tiegħu ivvota favur il-Kostituzzjoni ta’ l-Indipendenza. • Fil-21 ta’ Settembru Malta ħadet l-Indipendenza mill-Ingliżi. • Dan fisser li pajjiżna sar nazzjon għall-ewwel darba.
1974 MALTA SSIR REPUBBLIKA • Fl-1971 reġa’ sar Priministru il-Perit Dom Mintoff. • Dan biddel ċerti punti mill-Kostituzzjoni ta’ l-Indipendenza ta’ l-1964. • L-aktar bidla importanti kienet li Malta minn Monarkija b’kap ta’ stat ir-reġina Ingliża, Malta saret Repubblika b’kap ta’ Stat President Malti
2004 MALTA FL-UNJONI EWROPEJA • L-aħħar kapitlu ta’ l-iżvilupp ta’ pajjiżna bħala nazzjon seħħ fl-1 ta’ Mejju Malta saret membru sħiħ ta’ l-Unjoni Ewropea. • Dan sar wara referendum li fih il-maġġoranza tal-poplu vvotat favur li pajjiżna jsir membru ta’ l-Unjoni Ewropea. • Dan ifisser li barra ċittadini Maltin aħna wkoll ċittadini Ewropej.