1 / 30

Qari mill-Ktieb ta’ Rut Rut 1, 1.3-6 . 14b-16.22

Qari mill-Ktieb ta’ Rut Rut 1, 1.3-6 . 14b-16.22. Nagħomi u Rut il-Mowabija waslu Betlehem. Fi żmien meta kienu jaħkmu l-imħallfin, kien hemm l-għaks fil-pajjiż. Kien hemm raġel minn Betlehem ta’ Ġuda li mar joqgħod fl-inħawi ta’ Mowab, hu, martu u. ż-żewġ uliedu.

kanan
Download Presentation

Qari mill-Ktieb ta’ Rut Rut 1, 1.3-6 . 14b-16.22

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktieb ta’ Rut Rut 1, 1.3-6. 14b-16.22 Nagħomi u Rut il-Mowabija waslu Betlehem

  2. Fi żmien meta kienu jaħkmu l-imħallfin, kien hemm l-għaks fil-pajjiż. Kien hemm raġel minn Betlehem ta’ Ġuda li mar joqgħod fl-inħawi ta’ Mowab, hu, martu u

  3. ż-żewġ uliedu. Ġara li miet Elimelek, żewġ Nagħomi, u baqgħu hi u ż-żewġ uliedha. U dawn ħadu b’nisa tagħhom tnejn mill-Mowabin: waħda jisimha

  4. Għorfa, u l-oħra Rut; u qagħdu hemm għal xi għaxar snin. U mietu ż-żewġ irġiel Maħlon u Kiljon; u l-mara baqgħet weħidha mingħajr iż-żewġ uliedha u żewġha. Qamet

  5. hi u n-nisa ta’ wliedha biex jerġgħu lura mill-inħawi ta’ Mowab, għax kienu semgħu f’Mowab li l-Mulej kien ħaseb fil-poplu tiegħu, u pprovdielhom il-ħobż.

  6. Għorfa bieset lil omm żewġha, imma Rutbaqgħet imqabbda magħha.Nagħomi qaltilha: “L-armla ta’ ħu żewġek reġgħet lura għand niesha u l-allat tagħha. Mur lura

  7. int ukoll, bħall- armla ta’ ħu żewġek.” U Rut wieġbet: “Iġġagħlnix nitilqek u nerġa’ lura minnek; fejn tmur int, immur jien; fejn toqgħod int, noqgħod jien;

  8. niesek, niesi; Alla tiegħek, Alla tiegħi.” U hekk reġgħet lura Nagħomi u Rut il-Mowabija, mart binha, magħha, mill-inħawi ta’

  9. Mowab. Kien żmien il-ħsad tax-xgħir meta waslu Betlehem.

  10. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  11. Salm Responsorjali R:/ Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej!

  12. Ħieni min F’Alla ta’ Ġakobb isib l-għajnuna tiegħu, min għandu t-tama fil-Mulej, Alla tiegħu,

  13. li għamel is-sema, l-art u l-baħar, U kulma jinsab fihom.

  14. R:/ Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej

  15. Hu li jżomm kelmtu għal dejjem, li jgħamel ħaqq lill-maħqurin,

  16. u jagħti l-ħobż lill-imġewħin. Il-Mulej li jeħles lill-imjassrin.

  17. R:/ Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej

  18. Il-Mulej li jiftaħ għajnejn l-għomja; il-Mulej li jerfa’ lill-milwijin; il-Mulej li jħobb lill-ġusti; il-Mulej li jħares lill-barranin.

  19. R:/ Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej

  20. Hu li jżomm lill-iltim u lill-armla, imma lill-ħżiena jħarbtilhom triqathom.

  21. Il-Mulej isaltan għal dejjem; Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

  22. R:/ Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej

  23. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Mulej, għallimni, il-mogħodijiet tiegħek. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, Hallelujah, Hallelujah

  24. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 22, 34-40 R:/ GlorjalilekMulej Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.

  25. F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din

  26. il-mistosija biex iġarrbu: “Magħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?” Qallu Ġesù: “<Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha,

  27. b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.> Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. U t-tieni jixbhu: <Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.> Dawn iż-żewġ

  28. kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti.”

  29. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  30. ĦSIEB

More Related