290 likes | 484 Views
Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 1, 1- 7. Ktieb tal -G ħ erf. L-g ħ erf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha. Ħobbu l-ġustizzja, intom li tmexxu l-art; aħsbu fuq il-Mulej, kif inhu sewwa, u fittxuh b’qalb safja;
E N D
Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf 1, 1-7 Ktiebtal-Għerf L-għerf hu spirtu li jagħmel il-ġid. L-ispirtu tal-Mulej jimla d-dinja kollha.
Ħobbu l-ġustizzja, intom li tmexxu l-art; aħsbu fuq il-Mulej, kif inhu sewwa, u fittxuh b’qalb safja; għax hu jinstab minn dawk li ma jġarrbuhx, jingħaraf minn dawk li ma jaqtgħux
qalbhom minnu. Il-ħsibijiet ħżiena jbiegħdu l-bniedem minn Alla; u s-setgħa tiegħu, jekk tiġi mġarrba, tikxef il-bluha ta’ min iġarrabha. F’min jagħmel il-ħażin ma
jidħolx l-għerf, lanqas jgħammar f’ġisem marbut mad-dnub. Għax l-ispirtu qaddis, li jrawwem fil-virtù, jaħrab minn quddiem il-qerq, u jwarrab minn fejn hemm
ħsiebijiet bla sens; u, meta ssir l-inġustizzja, iċanfar lil min jagħmilha. L-għerf hu spirtu li jagħmel il-ġid, imma ma jaħfirhiex lil min iżeblaħ
bi kliem fommu; għax Alla hu xhud ta’ dak li hu fih innifsu; hu jagħraf sewwa l-ħsibijiet ta’ qalbu, u jisma’ l-kliem ta’ fommu. Għax l-ispirtu tal-Mulej
jimla d-dinja kollha; hu, li jħaddan kollox, jaf x’jgħidu l-bnedmin.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.
Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; triqati kollha inti tafhom sewwa.
R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Inkun għadni anqas lissint il-kelma, meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. Dawramejt inti tħaddanni, u tqegħedli idek fuqi.
L-għerf tiegħek tal-għaġeb, ma nwassalx għalih; għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu.
R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Fejn immur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek? Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?
Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.
R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, u mmur ngħammar fi truf il-baħar, hemm ukoll tilħaqni idek, u taqbadni l-leminija tiegħek.
R:/ Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Intom għandkom tiddu fid-dinja bħal kwiekeb, u żżommu sħiħ il-kelma tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq17, 1-6 • R:/ GlorjalilekMulej Jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: ´Jisgħobbija,´ aħfirlu.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jingħatawx skandli; imma ħażin għalih min ikun ħtija tagħhom! Ikun aktar jaqbillu jekk
jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin u jitfgħuh il-baħar mill jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin. Oqogħdu attenti! Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub,
widdbu, u jekk jindem aħfirlu. U jekk jonqsok seba’ darbiet f’ġurnata, u jdur lejk seba’ darbiet u jgħidlek: <Jisgħobbija,> aħfirlu.” L-appostli qalu lill-Mulej:
“Kattar fina l-fidi!” Weġibhom il-Mulej: “Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut:
<Inqala’ u mur tħawwel fil-baħar,> u hi kienet tisma’ minnkom.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu