430 likes | 602 Views
Avvent 1. Ċ. Qari I F’dak iż - żmien il-poplu tiegħek jinħeles. Qari mill- Ktieb tal-Profeta Ġeremija. 33 , 14-16. Ċ avvent 1. Ara , għad jiġu jiem – oraklu tal-Mulej – meta nġib fuq dar Iżrael u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom. Ċ avvent 1. F’dawk il-jiem
E N D
Avvent 1 Ċ
Qari IF’dak iż-żmien il-poplu tiegħek jinħeles. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija.33, 14-16 Ċavvent1
Ara, għad jiġu jiem – oraklu tal-Mulej – meta nġib fuq dar Iżrael u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom. Ċavvent1
F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien intalla’ min-nisel ta’ David rimja tas-sewwa, Ċavvent1
F’dawk il-jiem Ġuda jinħeles u Ġerusalemm tgħammar b’moħħha mistrieħ, Ċavvent1
u għalhekk isejħulha: Il-Mulej is-sewwa tagħna. Ċavvent1
Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Ċavvent1
Salm24 (25), 4bċ-5ab. 8-9.10.14 ℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1
Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni. Ċavvent1
Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Ċavvent1
℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1
Tajjeb u sewwa l-Mulej; għalhekk juri triqtu lill-ħatja. Ċavvent1
Imexxi l-imsejkna fis-sewwa, jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu. Ċavvent1
℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1
Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà għal min iħares il-patt u l-liġijiet tiegħu. Ċavvent1
Midħla l-Mulej ta’ dawk li jibżgħu minnu, lilhom jgħarraf il-patt tiegħu. Ċavvent1
℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1
Qari IIIl-Mulej iqawwilkom qalbkom għal meta jiġi Sidna Ġesù. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonikin.3, 12 – 4, 2 Ċavvent1
Ħuti, jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba Ċavvent1
għal xulxin u lejn kulħadd, Ċavvent1
l-istess bħalma aħna nħobbu lilkom, Ċavvent1
ħalli jqawwilkom qalbkom u jkollkom qdusija bla għajb quddiem Alla, Missierna, Ċavvent1
għal meta jiġi Sidna Ġesù mdawwar bil-qaddisin tiegħu. Ċavvent1
Fl-aħħar, ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, Ċavvent1
kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; Ċavvent1
aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed. Ċavvent1
Tafu x’tagħlim tajniekom permezz ta’ Sidna Ġesù. Ċavvent1
Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Ċavvent1
Bilwieqfa Akklamazzjoniqabel l-Evanġelju Hallelujah.℟.Hallelujah. Ċavvent1
Lq 21, 36 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, u s-salvazzjoni tiegħek agħtina. Ċavvent1
℟.Hallelujah. Ċavvent1
EvanġeljuKollox għamel tajjeb: • jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin. • Qari mill-Evanġelju • skont San Mark.7, 31-37 Ċavvent1
F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, Ċavvent1
għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. Ċavvent1
U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ċavvent1
Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, Ċavvent1
daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Ċavvent1
Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: Ċavvent1
«Effata!» jiġifieri, «Infetaħ!» Ċavvent1
U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa. Ċavvent1
Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. Ċavvent1
U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: «Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.» Ċavvent1
Il-Kelmatal-Mulej. ℟.It-tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda Ċavvent1