1 / 30

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 8, 1-11

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 8, 1-11. L- Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill- imwiet jgħammar fikom. Għeżież, issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixu fl-għaqda ma’ Kristu Ġesù. Għax il-liġi

tulia
Download Presentation

Qari mill-I ttra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani . Rum 8, 1-11

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani. Rum 8, 1-11 L-Ispirtu ta’ dak li qajjemlilĠesù mill-imwietjgħammarfikom

  2. Għeżież, issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixufl-għaqda ma’ Kristu Ġesù. Għax il-liġi tal-Ispirtu li jagħti l-ħajja fiKristu Ġesù ħelsitni mil-liġi tad-dnub u tal-mewt.

  3. Għax dak li ma felħitx tagħmel il-Liġi, għax kienet bla saħħa minħabba l-ġisem, għamlu Alla meta bagħat ’l Ibnu stess f’sura ta’ ġisem tad-dnub, bħala vittma għad-dnub. B’hekk

  4. ikkundanna d-dnub fil-ġisem, biex dak li b’ġustizzja titlob il-Liġi jseħħ fina lingħixu, imma skont l-Ispirtu u mhux skont il-ġisem. Dawk li jgħixu skont

  5. il-ġisem, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-ġisem;dawkli jgħixu skont l-Ispirtu, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Ispirtu. Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat

  6. tal-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem. Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta’ Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta’ Alla, u anqas jistgħu joqogħdu.Dawk li

  7. jgħixu skont il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla. Issa intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma tal-Ispirtu,ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom. Jekk xi ħadd ma

  8. għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex tiegħu. Jekk Kristujgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub,imma l-Ispirtu hu ħajjitkom

  9. minħabba l-ġustizzja. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar fikom,Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem

  10. mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar fikom.

  11. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  12. Salm Responsorjali R:/ Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej

  13. Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha, id-dinja u kulma jgħix fiha. Għax hu fuq l-ibħra waqqafha, u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha.

  14. R:/ Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej

  15. Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?

  16. Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa.

  17. R:/ Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej

  18. Dan ikollu barka mingħand il-Mulej, u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.

  19. Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh; li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.

  20. R:/ Aħna nfittxu ’l wiċċek, Mulej

  21. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jien ma nitgħaxxaqxb’mewtil-midneb, immabir-reġgħaluratiegħuminntriqtubiexjgħix. Hallelujah, Hallelujah

  22. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq 13, 1-9 Glorjalilek Mulej Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.

  23. F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawkil-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom:

  24. “Taħsbuintom li dawn il-Galilinkienuiżjedmidinbin mill-Galilin l-oħrabiexsofrewdankollu? Le, ngħidilkom; immajekk ma tindmux, ilkolltintilfubħalhom. Jew dawk

  25. it-tmintax-ilruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’Silwam u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħrata’ Ġerusalemm? Le, ngħidilkom; imma jekk matindmux, ilkolltintilfu

  26. xorta waħda.” U qalilhom din il-parabbola: “Wieħed kellu siġra tat-tin imħawlafl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha, u ma sabx. Għalhekk qal lil dak li kienjaħdimlu l-għalqa:

  27. <Ara, ili tliet snin niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, u qatt ma sibtilha. Mela aqlagħha, għax għalfejn setibqa’ tkidd l-art?>Iżda dak wieġbu:<Inti ħalliha,

  28. sinjur, għal dinis-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha d-demel. Id-dieħla għandha mnejn tagħmel il-frott; jekk le, aqlagħha.>”

  29. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  30. ĦSIEB

More Related