371 likes | 2.5k Views
Żmien il-Pre-Istorja. X’nifmhu bil-kelma Pre- Istorja ?. Il-pre-istorja huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu.
E N D
X’nifmhubil-kelma Pre-Istorja? • Il-pre-istorja huwa dak iż-żmien meta l-bniedem kien għadu ma vvintax il-kitba, u għalhekk ma kien iħalli l-ebda rikordju bil-miktub ta' dak li kien jagħmel u jgħaddi minnu. • Dwar in-nies tal-pre-istorja nafu biss dak li ħallew bħala fdalijiet ta' bini u oġġetti li kienu jagħmlu.
Fil-Bidu Ħafna snin ilu, Malta u Għawdex ma kinux gżejjer. Kienu magħqudin man-naħa t’isfel ta’ l-Ewropa, ma’ Sqallija. Il-Gżejjer Maltin kienu qishom il-parti ta’ fuq ta’ art li kellha l-għoljiet u l-widien tagħha. Il-Baħar Mediterran Illum
Min huma l-arkeoloġisti? L-arkeoloġi huma nies xjentistiimħarrġa biex jeżaminaw fdalijiet ta’ għadam ġebli, li ngħidulu fossili, fdal ta’ fuħħar, ġebel u sinjali oħra ta’ ħajja. Sir Temi Zammit huwa magħruf għax-xogħol ta' arkeoloġija li għamel. Kien hu li ħadem biex fdalijiet tal-pre-istorja f'Malta, ma jintilfux, iżda jiġu mħarsa u studjati sewwa.
Għar Dalam Għar Dalam hu l-eqdem fdal preistoriku. Hawn instabu FOSSILI (għadam ġebli) ta‘annimali bħal iljunfanti, ċriev, orsijiet, ipoppotami u fdalijiet taċ-ċinju. Dawn huma xhieda li xi darba Malta ma kinitxgżira iżda kienet imwaħħla ma’ l-Ewropa u l-Afrika.
Żmien in-Neolitiku L-ewwel nies li ġew hawn Malta x'aktarx kienu minn Sqallija. Skond l-arkeoloġisti dawn in-nies kienu jgħixu fl-għerien. Dan il-perjodu fil-pre-istorja jissejjaħ NEOLITIKU li tfisser iż-Żmien il-Ġdid tal-Ħaġar. Tal-ħaġar għaliex dawn in-nies kienu jagħmlu l-għodod tagħhom mill-ħaġar. Fin-Neolitiku, il-bniedem tgħallem jiżra', jaħdem il-fuħħar, jimmansa u jrabbi l-bhejjem huwa ma baqax nomadu imma sar bidwi.
Skorba L-eqdem villaġġ pre-istoriku hu dak ta’ Skorba. Dan jinsab qrib l-inħawi taż-Żebbiegħ qrib l-Imġarr. Fil-bini tat-Tempji ntużat il- franka; interessanti kieku niskopru kif inġarr dak il- ġebel kbir (megalitiku). Hawnhekk instabu numru ta’ griebeġ kif ukoll statwetti li jmorru lura għal Skorba l-Ħamra. Instabu ħdax-il MITĦNA TA’ L-ID (querns) li kienu jitħnu l-qamħ bihom, oġġetti taż-żnied (flint) u chert (materjal jixbaħ liż-żnied). Instabu wkoll oġġetti ta’ l-ossidjana (qisha lava sewda li tleqq bħall-ħġieġ).
Żmien ir-Ram In-Neolitiċi, bdew jibnu tempji kbar biex jagħtu qima lil alla tagħhom. Dan kienu jirrappreżentawh bi statwi kbar forma ta’ mara ħoxna li tfisser alla li jagħti l-għixien jew alla tal-fertilita`. Dan iż-zmien jissejjaħ Żmien Megalitiku li tfisser ġebel kbir. It-tempji kienu mibnija qishom tliet kappelli nofs tond, bħall-ittra kapitali D, marbutin flimkien qishom werqa, waqt li l-faċċata kienet qisha nofs qamar bil-bieb fin-nofs. Fit-tempji kienu jinġabru biex jgħidu t-talb tagħhom, jaħarqu l-inċens, u jqimu lill-allat. F’kull tempju jkun hemm altar fejn joffru s-sgrifiċċju ta’ annimali. Kellhom bieqji kbar għall-ħruq tal-ħxejjex, u f’xi rokna kien ikun hem mil-kamra ta’ l-oraklu. Dan kien ikun qassis mistoħbi li jwieġeb it-talbiet tan-nies.
Tempji Megalitiċi • It-Tempji tal-Ġgantija f’Għawdex • It-Tempji ta’ l-Imnajdra • Ħaġar Qim • Ħal Tarxien • L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni • Ta’ Ħaġrat
It-Tempji tal-Ġgantija • It-Tempjital-Ġgantija jinsabu qrib ix-XagħraGħawdex • u huma f’kundizzjonitajbaħafna. • Fihomintuża l-mazkan (taħlitata’ zkuk u tafal). • Nstabet statwatal-Mara l-Ħoxna. • Huma l-iktartempjiqodmaligħandnafil-Gżejjer • Maltin. • Immoruluragħal 3500 sena QK.
It-Tempji ta’ l-Imnajdra It-Tempji Megalitiċi ta' l-Imnajdra jinsabu ftit 'l isfel mit-Tempji ta' Ħaġar Qim, fid-direzzjoni lejn il-baħar. Jekk tmur l-Imnajdra waqt tlugħ ix-xemx ta' xi wieħed miż-żewġ equinoxes li jkollna kull sena, jiġifieri meta l-jum u l-lejl ikunu ndaqs (dħul tar-rebbiegħa u dħul tal-ħarifa), tkun tista' tara x-xemx tiela' eżatt minn ġo l-entratura prinċipali tat-tempji.
Ħaġar Qim Ħaġar Qim, ġie skavat l-ewwel darba fl-1839 u qiegħed fuq għolja, daqs żewġ kilometri ’l bogħod mir-raħal tal-Qrendi. Minn Ħaġar Qim wieħed jista’ jara sew il-gżira ta’ Filfla. Instabu kwantitajiet ta’ fdalijiet interessanti: altar imżejjen, żewġ imwejjed li kienu jservu ta’ altari, kif ukoll seba’ statwi tal-Mara l-Ħoxna jew aħjar l-alla tal-Fertilità. Ħaġar Qim jidher qisu tempju wieħed, imma fil-qrib hemm fdalijiet ta’ tempji oħra. Il-faċċata hija tipika bħat-Tempji Megalitiċi l-oħra. Insibu ġebel imnaqqax bl-ispiralli, bħaldawk ta’ Ħal Tarxien.
Ħal Tarxien F’ĦalTarxieninsibuġabrata’ tliet tempjimdaqqsaflimkien ma’ wieħed żgħirta’ żmienbikri. It-tiftix u l-istudju fuq it-tempji kienbdieh it-TabibTemiŻammit. Fl-ewwel tempju (tan-Nofsinhar) insibu ħafna boċċi tal-ġebel qrib il-faċċata tad-daħla. Fuq il-lemin tal-faċċata hemm ħaġra mimduda b’ħames toqbiet fil-wiċċ tagħha. Ġewwa, fl-ewwel kappelel hemm il-fdal ta’ statwa kbira ta’ alla bil-wieqfa. Hemm ukoll l-altar imżejjen b’disinji sbieħ forma ta’ l-ittra S. Jidhru ukoll disinji ta’ frież ta’ annimali f’dan it-tempju.
Minnhawnhemmpassaġġbejnħaġarkbirwieqafbiextidħol fit-tempju tan-nofslihumeqjusbħaladakligħandu l-aktartaqsim. Ma hawnxieħorbħaluf’Malta. Fihb’kolloxsittkappelel u niċċajewkappellaċkejknaħafna fit-tarf. Fihukollinsibutinqixfil-ħitanlijirrappreżentaannimali, bħall-barri, ħanżira u qżieqeżżgħar. F’nofsil-passaġġbejn l-ewwelżewġkappelelhemmbieqjakbira, waqtli l-qiegħata’ l-art hi wkollmiksijab’ħaġarċatt. It-tielettempju (tal-Lvant) huiżgħar mill-oħrajn u ħdejhhemmil-fdalta’ tempjuieħorbikri.
L-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni • Mħaffertaħt l-art. • Huwauniku (ma hawnxbħalu • fid-dinjakollha). • JinsabRaħalĠdid. • Fihkienujidfnu l-mejtinkifukolljagħtu • qima. • Hemm l-oraklu u s-Sancta Sanctorum • Tpenġijamas-saqafmagħrufabħala s- • Siġratal-Ħajja. • Mqassamfi 3 saffi. • Instabetstatwatal-Mara l-Ħoxna.
Ta’ Ħaġrat It-tempji Megalitiċi Ta’ Ħaġrat jinsabu qrib ir-raħal ta’ l-Imġarr. Imorru lura għas-snin 3600-3300 q.K. Kienu l-ewwel tempji li bnew f’Malta. Minn ġewwa fihom biss tul ta’ 15-il metro, allura huma l-iżgħar tempji megalitiċi li għandna. Huma ippreservati mhux ħażin. It-tempji Ta’ Ħaġrat jixbħu ħafna lil dawk ta’ Skorba, u jinsabu kilometru biss ’il bogħod. F’Ta’ Ħaġrat insibu żewġ tempji, wieħed ikbar mill-ieħor.
Żmien il-Bronż In-nies tal-perjodu tat-tempji qishom sparixxew minn Malta. Għal bosta snin ma nsibu l-ebda informazzjoni dwarhom. Wara dan l-intervall hemm fdalijiet li jmorru lura sas-sena 1800 QK. Issa konna dħalna fi Żmien il-Bronż.
Iċ-Ċimiterju ta’ Ħal Tarxien In-nies ta’ Żmien il-Bronż, kienu nies ta’ kultura aktar avanzata. L-ewwel fdalijiet ta’ dawn in-nies instabu fiċ-Ċimiterju tat-tempju ta’ Ħal Tarxien. L-oqbra li kienu jibnu dawn in-nies huma msejħa DOLMEN ġebla ċatta minduda u tnejn żgħar. Ta’ din il-fażi wkoll insibu l-cart ruts kanali biex iġorru affarijiet tqal.
Borġ in-Nadur Borġ in-Nadur insibu tempju megalitiku f’erba’ taqsimiet li jmur lura għaż-żmien tat-tempji ta’ Ħal Tarxien Dan is-sit iktar tard ġie użat min-nies ta’ Żmien il-Bronż fejn inbnew postijiet ta’ abitazzjoni. Instabu pedamenti ta’ għarajjex, bjar (silos) biex jaħżnu fihom, cart-ruts u ħajt difensiv mill-aqwa. Dawn il-fdalijiet juru lidan is-sit kien użat ħafna fil-perjodu ta’ Żmien il-Bronż. Illum dan is-sit, u speċjalment it-tempju huwa mitluq u fi stat ta’ abbandun totali.
Tmiem Ms.Mifsud