521 likes | 4.12k Views
In-Numri Tagħna. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/. Liema hija t-tajba?. Meta twilidt? Jien twilidt fin-1974? Jien twilidt fl-1974?. Ejjew ng ħidu n-numri bil-Malti! Għalhekk darri lit-tfal . (1) Jagħtu n-numri tal-paġni bil-Malti. Għajnuna.
E N D
In-Numri Tagħna Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/
Liema hija t-tajba? Meta twilidt?Jien twilidt fin-1974? Jien twilidt fl-1974?
Ejjew ngħidu n-numri bil-Malti! Għalhekk darri lit-tfal ...
Għajnuna... It-tfal iż-żgħar jistgħu jitħawdu meta tgħidilhom numru li jkun fih iktar minn tnejn, eż. “erbgħa u ħamsin” (54). Evita li tgħid in-numru bl-Ingliż biex jifhmu x’qed tgħid. Minflok, biex tgħinhom, tista’ tgħidilhom ukoll “ħamsa, erbgħa”. Wara erġa’ għid in-numru kif suppost.
Għajnuna... Fil-klassi waħħal kalendarju bil-Malti. Tista’ tqabbad lit-tfal jagħmluh, u għal kull jum jorbtu stampa jew ritratt. Fuq il-bord ikteb id-data bil-Malti, u ara li t-tfal ikunu jafu jaqrawha bil-Malti.
Għajnuna... Għandna ngħidu n-numri tat-telefown jew tal-mowbajl bil-Malti. Biex in-numri tat-telefown jinftiehmu aktar, għidhom tnejn tnejn (jew erbgħa erbgħa).Eż.2563 4950 tnejn ħamsa, sitta tlieta, erbgħa disgħa, ħamsa żero
Għajnuna... Il-kelma ewro:- tinkiteb dejjem ewro, mhux euro- tibqa’ dejjem ewro, anki fil-plural- niktbuha dejjem b’ittra żgħiraNgħidu aħna:€34 = erbgħa u tletin ewro€79.78ċ = disgħa u sebgħin ewro u tmienja u sebgħin ċenteżmu
Ideat prattiċi oħrajn... - Qabbad lit-tfal taparsi jiktbu ċekkijiet bil-Malti - Darri lit-tfal jaħdmu kontijiet sempliċi bil-Malti - Sajru xi ħaġa flimkien: kemm għandek bżonn kilogrammi, grammi, litri, eċċ.? - Tinsiex il-logħba tal-passju!
1 = l-unu / iż-żgħir 2 = il-pulit / is-sulu / il-gażżu / ta’ waħdu / iż-żewġ / il-par7 = il-pipa11 = saqajn is-Sur Ċikk12 = tużżana13 = ta’ Ġuda14 = ta’ Doru17 = tad-diżgrazzji21 = tas-sawm22 = is-sorijiet għarkupptejhom 25 = il-Milied31 = it-trentun40 = tar-Randan 50 = in-nofs qantar51 = flixkun rum69 = il-maqlubin88 = bajd bajd90 = ix-xiħa Tista’ wkoll tilgħab it-tombla... Dawn huma xi laqmijiet tan-numri: Minn Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u trufijiet oħra ta’ Albert W. Agius, BDL, 2004
In-Numri Din il-poeżija ħelwa ħafna u tista’ tgħinek maż-żgħar. Wieħed, tnejn, tlieta,Ċetta kemm hi kwieta;Erbgħa, ħamsa, sitta,Ċetta kemm hi fitta;Sebgħa, tmienja, disgħa,Ċetta tħobb il-wisa’;Għaxra, ħdax, tnax,Trid tmur tiġri U ma tistax! Bro. Henry minn Madwari 2, De La Salle Brothers, 1979
X’inhu? Ħaġa moħġaġa Twieled l-ewwel fil-familja, iżda hu l-iċken wieħed!
In-Numru Wieħed Mill-ktieb Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor ta’ Ġużè Cassar Pullicino, BDL, 2003
tliet jew tlett/tlitt?tmien jew tmint? FTAKAR (1)
erba’ jew erbgħa? FTAKAR (2)
Minn 11 sa 19 ħdax-il tnax-il tlettax-il erbatax-il ħmistax-il sittax-il sbatax-il tmintax-il dsatax-il FTAKAR (3)
Wieħed, tnejn, tlieta ...Saħħa! http://malti.skola.edu.mt