200 likes | 430 Views
Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa. Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskj u. Il-kuntest tal-kampanja (1). 205 miljun impjegat fl-Ewropa
E N D
Postijiet tax-xogħol li jġibu ´l quddiem is-saħħa.Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija. Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju
Il-kuntest tal-kampanja (1) • 205 miljun impjegat fl-Ewropa • 167,000 fatalità attribwita għal aċċidenti u mard relatat max-xogħol fl-UE-27, u f’dawn: • 159,000 fatalità attribwita għal mard relatat max-xogħol • 74,000 fatalità attribwita għal sustanzi periklużi fuq ix-xogħol (inkluż l-asbestos) • 7,460 fatalità kkawżata minn aċċidenti fuq ix-xogħol Il-figuri f’din il-preżentazzjoni huma meħuda mis-sommarju tal-kampanja tagħna: http://osha.europa.eu/campaigns/hw2008/campaign/campaignsummary
Il-kuntest tal-kampanja (2) • Kull 3.5 minuti xi ħadd fl-UE-27 imut minn kawżi relatati max-xogħol. • Kull 4.5 sekondi, ħaddiem fl-UE-27 ikun involut f’aċċident li jġiegħlu joqgħod/jġegħlha toqgħod id-dar għal mill-anqas tlett ijiemxogħol. • In-numru ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol li jikkawżaw tlieta jew aktar jiem ta’ assenza huwa enormi: ’l fuq minn 7 miljuni kull sena.
Dan iwassal għal spejjeż kbar ħafna … • L-ispejjeż umani għall-ħaddiema u l-familji tagħhom (hemm persuni reali wara kull statistika) • L-ispejjeż kummerċjali għall-organizzazzjonijiet/kumpaniji (lif minħabba mard, l-ispejjeż ta’ l-assigurazzjoni, il-produttività, il-fatturat, il-motivazzjoni, il-kompetittività eċċ.) • L-ispejjeż għas-soċjetà (piż dejjem akbar fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa)
X’inhi evalwazzjoni tar-riskju? • L-RA hija l-ewwel pass għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u aktar b’saħħithom u hija essenzjali sabiex jitnaqqsu l-aċċidenti u l-mard li huma relatati max-xogħol. • L-RA hija l-proċess sabiex jiġu evalwati r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn periklu fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha li tikkunsidra: • Dak li jista’ jikkawża feriti jew ħsara, • Jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, • X’miżuri preventivi jew protettivi għandhom jkunu fis-seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati.
Kif tagħmel evalwazzjoni tar-riskju? • Hemm żewġ prinċipji li wieħed dejjem għandu jżomm f’moħħu waqt li jkun qiegħed iwettaq RA: • L-evalwazzjoni trid tiġi strutturata sabiex jiġi assigurat li l-perikli u r-riskji kollha relevanti jiġu indirizzati (eż. xogħlijiet sekondarji ma jiġux injorati, bħat-tindif) • Meta riskju jiġi identifikat, ibda l-evalwazzjoni billi tistaqsi jekk ir-riskju jistax jiġi eliminat.
Approċċ ta’ ħames passi • Ħafna organizzazzjonijiet, kull ma jkollhom bżonn huwa approċċ ta’ ħames passi għall-RA: 1.Jiġu identifikati l-perikli u dawk il-persuni li qegħdin f’riskju 2. Ir-riskji jiġu evalwati u jitqegħdu f’prijorità 3. Tittieħed deċiżjoni fuq azzjoni preventiva 4. Tittieħed azzjoni 5. Isir monitoraġġ u reviżjoni • Tfakkira: RA għandha ssir bl-involviment attiv ta’ l-impjegati
Għaliex tagħmel kampanja fuq l-RA? • RA hija obbligu legali għal min iħaddem (direttivaqafas ta’ l-UE 89/391) • Avolja mijiet ta’ eluf ta’ intrapriżi jwettqu l-RA, għad hemm numru mhux ħażin minnhom li ma jevalwawx ir-riskji tagħhom. B’mod ġenerali, jista’ jingħad: Iktar ma tkun żgħira l-kumpanija, inqas huwa probabbli li ssir RA. • Hemm il-bżonn li titjieb il-kwalità ta’ l-RA (Kummissjoni ta’ l-UE COM 2004/62) • L-RA spiss issir darba waħda (il-ħtieġa ta’ aġġornamenti regolari) • L-RA spiss ma tiġix dokumentata (sew) • Ir-riskji fit-tul u r-riskji psikosoċjali ma jitqisux • L-effiċjenza tal-miżuri meħuda spiss ma tiġix sorveljata biżżejjed
Udjenza fil-mira • L-udjenza ewlenija fil-mira • SMEs u d-ditti żgħar ħafna (!) • Min iħaddem, l-impjegati, ir-rappreżentanti tas-sigurtà, il-prattikanti tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol • Intermedjarji • Dawk li jfasslu l-politika • L-imsieħba soċjali • Punti fokali nazzjonali … u n-netwerks tagħhom (ara hawn taħt: kampanji bbażati fuq in-netwerks)
L-għanijiet tal-kampanja • Iżżid l-għarfien u tħeġġeġ li jsiru RA • Tagħmel il-proċess aktar ċar • Mhuwiex neċessarjament ikkumplikat jew burokratiku • Mhuwiex biss għall-ispeċjalisti • Tenfasizza li hija l-kwalità li tgħodd • L-involviment ta’ kulħadd fuq il-post tax-xogħol • Proċess kontinwu (mhux ta’ darba) • Tidentifika u tħeġġeġ il-prattiki tajbin
Il-kampanja tibni fuq … • 2000: Kif tiġġieled l-MSDs • 2001: Is-Suċċess ma jiġix b’Aċċident • 2002: Naħdmu fuq l-Istress • 2003: Sustanzi Periklużi • 2004: Sigurtà fil-Kostruzzjoni • 2005:Aqta' dak l-Istorbju! • 2006: Ibda bit-Tajjeb • 2007: Ħaffef il-Piż
Il-kampanja hija mibnija fuq ċiklu ta’ sentejn • Il-bidla għal mudell ta’ sentejn tfisser aktar ħin …. • Għall-preparazzjoni • Għall-implimentazzjoni u l-promozzjoni • Għall-parteċipazzjoni • Għas-sħubija • Għall-avvenimenti, kompetizzjonijiet u attivitajiet oħra… • Ġimgħa Ewropea kull sena – sena kalendarja 43
Kampanja bbażata fuq in-netwerking (1) • 25 miljun SMEs – 205 miljun ħaddiem • Huwa lil hinn mill-kapaċitajiet ta’l-Aġenzija li tilħaqhom kollha (60 persuna f’Bilbao) • Il-Punti Fokali ta’ l-Aġenzija • Wieħed f’kull Stat Membru ta’ l-UE (27) u lilhinn • Netwerk Tripartitika • Min iħaddem, ħaddiema, gvernijiet • Fuq livell ta’ l-UE u fuq livell nazzjonali
Kampanja bbażata fuq in-netwerking (2) • Il-persuni li għandhom interess u sħubiji oħra • Il-Kummissjoni Ewropea; ir-rappreżentanti ta’ l-UE, Aġenziji oħra ta’ l-UE, l-imsieħba soċjali, l-NGOs, il-federazzjonijiet settorjali u n-netwerks; EEN (Netwerk ta’ l-Intrapriżi Ewropej - Enterprise Europe Network) • Intrapriżi kbar u l-fornituri tagħhom (SMEs) • Is-sħubija tissaħħaħ bil-Presidenzi ta’ l-UE (2008: Is-Slovenja, Franza; 2009: ir-Repubblika Ċeka, l-Iżvezja) • Dawn l-attivitajiet għandhom jidhru wkoll fuq il-livell nazzjonali (permezz tal-Punti Fokali)
Il-kalendarju tal-kampanja (1) • 2007 • April-Diċ. Ippjanar / preparazzjoni tal-materjal • 2008 • 13 ĠunjuAvveniment ta’ tnedija fi Brussell (bil-Presidenza Slovena ta’ l-UE u l- Kummissjoni Ewropea) • 20-26 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l- attivitajiet) • 3-4 Nov. Forum International Travail et Sécuritéf’Pariġi (bil-Presidenza Franċiża ta’ l-UE) • Is-Sena kollhaAvvenimenti nazzjonali u Premjijiet ta’ Prattika Tajba
Il-kalendarju tal-kampanja (2) • 2009 • Frar/MarzuKonferenza u l-Premijiet tal-Prattika Tajba ta’ l-UE(bil-Presidenza Ċeka ta’ l-UE) • 19-25 Ott. Ġimgħa Ewropea (il-maġġoranza ta’ l- attivitjiet) • Ott./Nov. Konferenza (bil-Presidenza Żvediża ta’ l- UE) • Nov. Avveniment ta’ l-għeluq tal-kampanja f’Bilbao • Is-sena kollhaAttivitajiet ibbażati fuq is-suġġett; attenzjoni lokali u tas-setturi; promozzjoni tar-rebbieħa tal-Premju GP • 2010 • Jan.-… Rappurtaġġ u evalwazzjoni
Il-Materjal tal-Kampanja • Materjali fi 22 lingwa ta’ l-UE • Logos, slogans, posters • Folji ta’ fatti, fuljett, opuskolu, faxxikoli dwar il-Premijiet ta’ Prattika Tajba • PPTs, internet banner, firma-email, screen saver, kwiżżijiet • Napo DVD u pakketti awdjoviżivi oħra (Televiżjoni) • Idejat għall-ażżjoni • Dejtabase tar-riżorsi dwar il-prattika tajba • Paġna dwar l-isfond ta’ l-RA għall-esperti • Websajt: http://hw.osha.europa.eu • Materjali f’lingwi limitati • Rapporti, magażins, ktejjeb fuq il-Premijiet tal-Prattika Tajba, eċċ.
Involvi Ruħek ! • Ippromwovi l-parteċipazzjoni fil-Premijiet tal-Prattika Tajba • Ippromwovi l-kampanja u l-materjal tagħha • Qiegħed l-internet banner fuq il-websajt tiegħek • Uża l-firma-email tal-kampanja • Qassam il-materjal tal-kampanja, l-istqarrijiet ta’ l-istampa u l-aħbarijiet permezz tan-netwerk u l-websajt tiegħek • Uża PPTs, posters, Napo etc. fil-laqgħat tiegħek • Organizza l-avveniment tiegħek għall-kampanja • Il-konferenza, seminar, workshop tiegħek stess • Organizza taħriġ għal/mal-personal tiegħek, fornituri eċċ. • Żviluppa l-attivitajiet tiegħek stess • Ipproduċi video jew DVD dwar l-aħjar prattika • Niedi kompetizzjoni ta’ poster/ritratt • Oħrajn…???
Ikseb rikonoxximent! • Ċertifikat ta’ Parteċipazzjoni • Għall-involviment attiv f’waħda mill-attivitajiet nazzjonali jew ta’ l-UE • L-Istatus ta’ Imsieħeb • Sir imsieħeb uffiċjali tal-kampanja! • Jgħarrfek bħala organizzazzjoni dedikata għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol • Ikkontrolla l-offerta ta’ l-imsieħba UE-OSHA: http://hw.osha.europa.eu/partners
http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju