1 / 43

Avvent 1

Avvent 1. Ċ. Qari I F’dak iż - żmien il-poplu tiegħek jinħeles. Qari mill- Ktieb tal-Profeta Ġeremija. 33 , 14-16. Ċ avvent 1. Ara , għad jiġu jiem – oraklu tal-Mulej – meta nġib fuq dar Iżrael u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom. Ċ avvent 1. F’dawk il-jiem

marnin
Download Presentation

Avvent 1

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Avvent 1 Ċ

  2. Qari IF’dak iż-żmien il-poplu tiegħek jinħeles. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija.33, 14-16 Ċavvent1

  3. Ara, għad jiġu jiem – oraklu tal-Mulej – meta nġib fuq dar Iżrael u dar Ġuda l-ġid li wegħedthom. Ċavvent1

  4. F’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien intalla’ min-nisel ta’ David rimja tas-sewwa, Ċavvent1

  5. F’dawk il-jiem Ġuda jinħeles u Ġerusalemm tgħammar b’moħħha mistrieħ, Ċavvent1

  6. u għalhekk isejħulha: Il-Mulej is-sewwa tagħna. Ċavvent1

  7. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Ċavvent1

  8. Salm24 (25), 4bċ-5ab. 8-9.10.14 ℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1

  9. Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni. Ċavvent1

  10. Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi. Ċavvent1

  11. ℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1

  12. Tajjeb u sewwa l-Mulej; għalhekk juri triqtu lill-ħatja. Ċavvent1

  13. Imexxi l-imsejkna fis-sewwa, jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu. Ċavvent1

  14. ℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1

  15. Il-mogħdijiet tal-Mulej kollhom tjieba u fedeltà għal min iħares il-patt u l-liġijiet tiegħu. Ċavvent1

  16. Midħla l-Mulej ta’ dawk li jibżgħu minnu, lilhom jgħarraf il-patt tiegħu. Ċavvent1

  17. ℟.Lejk jien nerfa’ ruħi, Mulej. Ċavvent1

  18. Qari IIIl-Mulej iqawwilkom qalbkom għal meta jiġi Sidna Ġesù. Qari mill-EwwelIttra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonikin.3, 12 – 4, 2 Ċavvent1

  19. Ħuti, jalla l-Mulej ikattrilkom u jfawwarkom bl-imħabba Ċavvent1

  20. għal xulxin u lejn kulħadd, Ċavvent1

  21. l-istess bħalma aħna nħobbu lilkom, Ċavvent1

  22. ħalli jqawwilkom qalbkom u jkollkom qdusija bla għajb quddiem Alla, Missierna, Ċavvent1

  23. għal meta jiġi Sidna Ġesù mdawwar bil-qaddisin tiegħu. Ċavvent1

  24. Fl-aħħar, ħuti, intom tgħallimtu mingħandna kif għandkom timxu biex togħġbu lil Alla, Ċavvent1

  25. kif tabilħaqq qegħdin iġġibu ruħkom; Ċavvent1

  26. aħna f’Sidna Ġesù nitolbukom u nħeġġukom biex tagħmlu xi ħaġa iżjed. Ċavvent1

  27. Tafu x’tagħlim tajniekom permezz ta’ Sidna Ġesù. Ċavvent1

  28. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Ċavvent1

  29. Bilwieqfa Akklamazzjoniqabel l-Evanġelju Hallelujah.℟.Hallelujah. Ċavvent1

  30. Lq 21, 36 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, u s-salvazzjoni tiegħek agħtina. Ċavvent1

  31. ℟.Hallelujah. Ċavvent1

  32. EvanġeljuKollox għamel tajjeb: • jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin. •  Qari mill-Evanġelju • skont San Mark.7, 31-37 Ċavvent1

  33. F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, Ċavvent1

  34. għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. Ċavvent1

  35. U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ċavvent1

  36. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, Ċavvent1

  37. daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Ċavvent1

  38. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: Ċavvent1

  39. «Effata!» jiġifieri, «Infetaħ!» Ċavvent1

  40. U minnufih widnejh infetħulu, l-irbit ta’ lsienu nħallu u qabad jitkellem sewwa. Ċavvent1

  41. Ġesù wissiehom biex ma jgħidu lil ħadd; iżda aktar ma wissiehom, aktar bdew ixandruh. Ċavvent1

  42. U mimlijin bil-għaġeb, bdew jgħidu: «Kollox għamel tajjeb: jagħti s-smigħ lit-torox u l-kliem lill-imbikkmin.» Ċavvent1

  43. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.It-tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda Ċavvent1

More Related