1 / 50

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent. A. Qari I Il-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem. . Qari mill- Ktieb tal-Profeta Isaija. 2, 1-5. a avvent 1. Il-kelma li ġiet f’dehra lil Isaija bin Amos, dwar Ġuda u Ġerusalemm. a avvent 1. Għad jiġri fl-aħħar jiem

Download Presentation

L-Ewwel Ħadd tal-Avvent

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. L-Ewwel Ħadd tal-Avvent A

  2. Qari IIl-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem.. Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.2, 1-5 aavvent1

  3. Il-kelma li ġiet f’dehra lil Isaija bin Amos, dwar Ġuda u Ġerusalemm. aavvent1

  4. Għad jiġri fl-aħħar jiem li l-għolja tad-dar tal-Mulej aavvent1

  5. togħla ’l fuq mill-qċaċet tal-muntanji, u tintrefa’ ’l fuq mill-għoljiet, aavvent1

  6. lejha għad jiġru l-ġnus kollha. Kotra ta’ popli għad jiġu u jgħidu: aavvent1

  7. «Ħalli mmorru u nitilgħu fuq l-għolja tal-Mulej, lejn id-dar ta’ Alla ta’ Ġakobb, aavvent1

  8. «biex jgħallimna triqatu, u nimxu fil-mogħdijiet tiegħu.» aavvent1

  9. Għax minn Sijon joħroġ it-tagħlim, u l-kelma tal-Mulej minn Ġerusalemm. aavvent1

  10. Il-Mulej jagħmel il-ħaqq bejn il-ġnus, u jaqta’ s-sentenza bejn ħafna popli; aavvent1

  11. u huma jibdlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet, u l-lanez tagħhom fi mnieġel. aavvent1

  12. Ebda ġens ma jerfa’ x-xabla kontra ġens ieħor, u s-sengħa tal-gwerra ma jitgħallmuhiex iżjed. aavvent1

  13. Ejja, dar Ġakobb, ħalli nimxu fid-dawl tal-Mulej! aavvent1

  14. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. aavvent1

  15. Salm121 (122), 1-2.4-5.6-7. 8-9 ℟.Immorruferħana f’dar il-Mulej. aavvent1

  16. Fraħt meta qaluli: «Sejrin f’dar il-Mulej!» Diġa’ qegħdin riġlejna fi bwiebek, Ġerusalemm! aavvent1

  17. ℟.Immorruferħana f’dar il-Mulej. aavvent1

  18. Lejha t-tribujiet jitilgħu, it-tribujiet tal-Mulej, biex, skont il-liġi ta’ Iżrael, aavvent1

  19. ifaħħru isem il-Mulej. Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, it-tronijiet tad-dar ta’ David. aavvent1

  20. ℟.Immorruferħana f’dar il-Mulej. aavvent1

  21. Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk! aavvent1

  22. Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, u l-ġid fil-palazzi tiegħek! aavvent1

  23. ℟.Immorruferħana f’dar il-Mulej. aavvent1

  24. Minħabba ħuti u ħbiebi, ħallini ngħidlek: «Is-sliem għalik!» aavvent1

  25. Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, nixtieq illi jkollok il-ġid. aavvent1

  26. ℟.Immorruferħana f’dar il-Mulej. aavvent1

  27. Qari IIIs-salvazzjoni tagħna fil-qrib. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani.13, 11-14a aavvent1

  28. Ħuti, waslet is-siegħa li intom tqumu min-ngħas; aavvent1

  29. Għax is-salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta bdejna nemmnu. aavvent1

  30. Il-lejl għoddu għadda, u qorob il-jum. Inwarrbu mela l-għemil tad-dlam u nilbsu l-armi tad-dawl. aavvent1

  31. Ngħixu kif jixraq, bħal f’bi nhar; mhux bl-ikel iż-żejjed u s-sokor, aavvent1

  32. mhux biż-żìna u t-tbahrid, mhux bil-ġlied u l-għira. aavvent1

  33. Imma ilbsu lil Sidna Ġesù Kristu u ħallukom mill-ħsieb tal-ġisem u l-ġibdiet tiegħu. aavvent1

  34. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.Irroddu ħajr lil Alla. Bilwieqfa aavvent1

  35. Hallelujah.℟.Hallelujah. aavvent1

  36. Salm 84 (85), 8 Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, u s-salvazzjoni tiegħek agħtina. aavvent1

  37. ℟.Hallelujah. aavvent1

  38. EvanġeljuIshru biex tkunu lesti. •  Qari mill-Evanġelju • skont San Mattew.24, 37-44 aavvent1

  39. F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: aavvent1

  40. «Bħal fi żmien Noè, hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. aavvent1

  41. «Għax kif fiż-żmien ta’ qabel id-dilluvju kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu aavvent1

  42. «sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u b’xejn ma ntebħu sa ma wasal id-dilluvju u ġarr lil kulħadd, aavvent1

  43. «hekk tkun il-miġja ta’ Bin il-bniedem. aavvent1

  44. «Imbagħad tnejn ikunu fl-għalqa: wieħed jittieħed u l-ieħor jitħalla; aavvent1

  45. «żewġ nisa jkunu jitħnu flimkien: waħda tittieħed u l-oħra titħalla. aavvent1

  46. «Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. aavvent1

  47. «Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, aavvent1

  48. «kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru. aavvent1

  49. «Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.» aavvent1

  50. Il-Kelmatal-Mulej. ℟.It-tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda aavvent1

More Related