180 likes | 360 Views
I nqas S tress għal a ktar S aħħa fuq ix-xogħol Il-kontroll tal-i stress u tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol. Introduzzjoni għall-kampanja. Ikkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) Organizzata f’iktar minn 30 pajjiż
E N D
Inqas Stress għal aktar Saħħa fuq ix-xogħolIl-kontroll tal-istress utar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol
Introduzzjoni għall-kampanja • Ikkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) • Organizzata f’iktar minn 30 pajjiż • Megħjuna minn netwerk ta’ msieħba • Punti fokali nazzjonali • Msieħba soċjali • Msieħba uffiċjali tal-kampanja • Msieħba tal-midja • Enterprise Europe Network • Istituzzjonijiet tal-UE
Għanijiet ewlenin • Titjib fl-għarfien dwar l-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali • Promozzjoni tal-ġestjoni ta’ dawn ir-riskji • Prevenzjoni ta’ effetti negattivi sinifikanti • Għajnuna u gwida lil ħaddiema u lil dawk li jħaddmu • Jitħeġġeġ l-użu ta’ mezzi prattiċi u faċli għal min jużahom
Il-kobor tal-problema • Iktar minn nofs tal-ħaddiema Ewropej jirrapportaw li l-istress huwa komuni fil-post tax-xogħol tagħhom. • L-istress huwa maħsub li jikkontribwixxi għal madwar nofs tal-jiem tax-xogħol kollha mitlufin, flimkien ma’ riskji oħra psikosoċjali • Madwar 4 minn 10 ħaddiema jaħsbu li l-istress mhux ikkontrollat sewwa fil-post tax-xogħol tagħhom.
Definizzjonijiet Riskji psikosoċjali jinħolqu minn • tfassil tax-xogħol, organizzazzjoni u tmexxija ħażina; • kuntest soċjali negattiv tax-xogħol; • li jistgħu jġibu magħhom riżultati psikosoċjali u soċjali negattivi, inkluż stress relatat max-xogħol. • Stress relatat max-xogħol • huwa kwistjoni ta’ organizzazzjoni u mhux nuqqas ta’ individwu; • iseħħ meta l-esiġenzi tax-xogħol imorru lil hinn mill-ħila tal-ħaddiem biex ilaħħaq magħhom.
L-ambjent psikosoċjali tax-xogħol Ambjent ta’ xogħol psikosoċjali fqirjista’ jkun ir-riżultat ta’ • esiġenzi tax-xogħol eċċessivi jew konflinġenti; • nuqqas ta’ parteċipazzjoniu influwenzafuq il-mod kif isir ix-xogħol; • komunikazzjoni fqira u nuqqas ta’ appoġġ; • fastidju psikoloġiku u sesswali u vjolenza minn partijiet terzi; • tibdil organizzattiv immexxi ħażin u nuqqas ta’ sikurezza fix-xogħol.
L-effetti negattivi Għall-individwu • Diffikultà ta’ konċentrazzjoni u jsiru l-iżbalji • Eżawrimentu dipressjoni • Problemi fil-ħajja personali • Abbuż mid-drogi u mill-alkoħol • Saħħa fiżika fqira Għall-organizzazzjoni • Prestazzjoni globali fqira fin-negozju • Żieda fl-assenteiżmu u preżenteiżmu • Żieda fir-rati ta’ aċċidenti u korrimenti
Ġestjoni tar-riskji psikosoċjali • Madwar 30% biss tal-organizzazzjonijiet fl-Ewropa għandhom proċeduri stabbiliti biex jittrattaw riskji psikosoċjali*. • It-trattament ta’ dawn ir-riskji sikwit jitqies aktar diffiċli mqabbel ma’ riskji ‘tradizzjonali’ tal-OSH. Iżda… • Riskji psikosoċjali jistgħu jkunu vvalutati u kkontrollati bl-istess mod sistematiku bħal riskji oħra tal-OSH. • Il-benefiċċji tal-kontroll ta’ riskji psikosoċjali u stress relatat max-xogħol b’mod ċar jisbqu l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni għal organizzazzjonijiet ta’ kull daqs. *Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER), Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, 2010. Jinsab fuq: https://osha.europa.eu/en/publications/reports/esener1_osh_management
Benefiċċji mill-kontroll ta’ riskji psikosoċjali • Titjib fil-benessere u fis-sodisfazzjon mix-xogħol għall-ħaddiema • Ħaddiema b’saħħithom, motivatiu produttivi • Titjib globali fil-prestazzjoni u l-produttività • Rati baxxi ta’ assenteiżmu u tibdil ta’ haddiema • Anqas spejjeż u piż fuq is-soċjetà kollha • Konformità ma’ rekwiżiti legali
Ir-rwol tal-maniġment • Min iħaddem ikun responsabbli għall-implimentazzjonita’ pjan li jevita/jnaqqas ir-riskji psikosoċjali. • Maniġers għandhom jippromwovu ambjent li jgħin lill-ħaddiema, li jinkuraġġixxi lill-ħaddiema biex iressqu t-tħassib u s-suġġerimenti tagħhom. • Maniġers medjigħandhom rwol kruċjali peress li dawn jinteraġixxu mal-ħaddiema kuljum. • Tmexxija tajbau ħiliet ta’ ġestjoni ta’ nies jgħinu biex jinħoloq ambjent tax-xogħol psikosoċjali tajjeb; dawn il-ħiliet jistgħu jkunu mgħallma u żviluppati. • Implimentazzjoni ta’ miżuri volontarji li jippromwovu l-benesseri mentalitista’ wkoll tagħti kontribuzzjoni siewja għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol.
L-importanza tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema • Waqt li tmexxija tajba tista’ tgħin biex jitnaqqas l-istress relatat max-xogħol u riskji psikosoċjali, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema hija wkoll importanti. • Għandu jkun hemm djalogu reċiprokubejn min iħaddem u l-ħaddiema. • Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhomhuma fl-aqwa pożizzjoni biex jifhmu l-problemifuq il-post tax-xogħol tagħhomu jistgħu jgħinu jsawrul-pjanijiet u jimplimentaw is-soluzzjonijiet. • Konsultazzjoni mal-ħaddiema għandha tgħin biex jitjieb il-moral globalmentu tiżgura li miżuri meħudajkunu kemm xierqa kif ukoll effikaċi.
Kif tikkontrolla l-istress u r-riskji psikosoċjali • Anki b’riżorsi limitati, ir-riskji psikosoċjali jistgħu jkunu vvalutati u kkontrollati b’mod effettiv. • Li wieħed ikun proattiv u jkollu pjan stabbilitbiex jevita l-problemihuwa l-aktar mod effettivkif wieħed jikkontrolla r-riskji psikosoċjalifuq il-post tax-xogħol. • Valutazzjoni tar-riskju hija essenzjalibiex ikunu identifikati perikli u soluzzjonijiet xierqa. • Jeżistu għodod prattiċi u gwidali jiffaċilitaw il-kontroll effettiv ta’ riskji psikosoċjali.
Involvi ruħek • Organizzazzjonijiet u individwi lkoll jistgħu jieħdu sehem. • Involvi ruħek • billi xxerred u tirreklama messaġġi u materjal tal-kampanja; • billi tuża u tippromwovi l-għodod prattiċi tal-kampanja; • billi tieħu sehem f’attivitajiet tal-kampanja jew billi torganizza dawk tiegħek stess.
Dati ewlenin • Tnedija tal-kampanja: April 2014 • Ġimgħat Ewropej għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: Ottubru 2014 u 2015 • Ċerimonja tal-Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba: April 2015 • Samit dwar il-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa: Novembru 2015
Offerta ta’ sħubija fil-kampanja • Għal organizzazzjonijiet pan-Ewropej u internazzjonali • Msieħba tal-kampanja jippromwovu l-kampanja u jagħmlulha pubbliċità. • Il-benefiċċji jinkludu • pakkett ta’ merħba • ċertifikat ta’ msieħeb • kategorija speċjali għal imsieħba fil-Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba • promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • opportunitajiet ta’ netwerking u skambju ta’ prattika tajba ma’ msieħba oħra fil-kampanja • stedina għal attivitajiet tal-EU-OSHA .
Premjijiet Ewropej ta’ Prattika Tajba • Għarfien ta’ prattika tajba eċċellenti u innovattiva • Soluzzjonijiet għall-kontroll tal-istress u tar-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol • Miftuħin għal organizzazzjonijiet u intrapriżi • L-Istati Membri tal-UE • Iż-Żona Ekonomika Ewropea • Il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Parteċipanti kkoordinati minn punti fokali u mill-EU-OSHA f’żewġ stadji: • Proċedura ta’ għażla fil-livell nazzjonali • Evalwazzjoni fil-livell Ewropew • Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba
Riżorsi tal-kampanja Rapporti Gwidi u għodod prattiċi Film ta’ Napo www.healthy-workplaces.eu • Gwida tal-Kampanja • Fuljett • Fuljett dwar il-Premjijiet ta’ Prattika Tajba • Toolkit Online tal-Kampanja • Materjal ta’ promozzjoni u materjal ieħor b’xejn
Aktar informazzjoni • Kun af aktar mill-websajt tal-kampanja www.healthy-workplaces.eu • Toolkit tal-kampanja https://osha.europa.eu/en/campaign-toolkit • Ikseb aktar tagħrif dwar avvenimenti f’pajjiżek mill-punt fokali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops