100 likes | 320 Views
Sibt Il-Għid. “F’Sibt il-Għid il-Knisja tishar mal-qabar tal-Mulej, timmedita fuq il-passjoni u l-mewt, u l-inżul fil-limbu, u tistenna b’sawm u talb il-qawmien” . Velja ta’ l-Għid. Din hi l-omm tal-vġejjel kollha għax il-knisja tistenna l-qawmien tal-Mulej, ir-rebħa u ħelsien mid-dnub
E N D
Sibt Il-Għid “F’Sibt il-Għid il-Knisja tishar mal-qabar tal-Mulej, timmedita fuq il-passjoni u l-mewt, u l-inżul fil-limbu, u tistenna b’sawm u talb il-qawmien”
Velja ta’ l-Għid • Din hi l-omm tal-vġejjel kollha għax il-knisja tistenna l-qawmien tal-Mulej, ir-rebħa u ħelsien mid-dnub • “Dik il-lejla kienet waħda ta’ sahra għall-Mulej biex ħariġhom mill-Eġittu, għalhekk dan l-istess lejl hu lejl ta’ sahra tal-Mulej għal ulied Iżrael, minn nisel għal nisel” (Eż 12,42)
Taqsimiet Liturġiċi Mixegħla tal-Blandun • Il-blandun jitnaqqax fih forma ta’ salib li jfisser: Kristu lbieraħ, illum, bidu u tmiem. • Mill-ħuġġieġa b’nar ġdid jinxtegħel l-blandun ġdid. • Is-saċerdot jitla’ bih mgħolli ‘l fuq fid-dlam – id-dawl ta’ Kristu jirbaħ d-dlam, jbiddel il-lejl f’jum. Il-knisja tiddi bid-dawl ta’ kull xemgħa. Il-poplu mgħammed jrodd ħajr lill-Alla.
Taqsimiet Liturġiċi L-Exultet • Dan hu innu sabiħ u solenni li jitkanta f’dan il-Lejl qaddis. • Filwaqt li jħabbar din il-festa jispjega il-kobor ta’ dan il-lejl u jistieden lill-kommunita għall-ferħ li jġib miegħu l-misteru ta’ l-Għid.
Taqsimiet Liturġiċi Liturġija tal-Kelma • Jinqraw 9 qari b’kollox: • 7 mill-Antik Testment • Dawn juru mumenti importanti mill-Istorja tas-Salvazzjoni qabel il-milja taż-żminijiet, ibda mill- • 1) Ħolqien, • 2) Abraham l-wegħda, • 3) Mose u l-ħelsien, • 4) Iżaija jħabbar il-ħelsien mill-Eżilju ta’ Babilonja • 5 u 6) flimkien ma’ Baruk, jistieden lil-poplu jersaq lejn Alla • 7) Eżekjel u l-wegħda ta ħelsien
Taqsimiet Liturġiċi Glorja • Is-Saċerdot jintona għall-ewwel darba dan l-Innu filwaqt li jindaqqu l-qniepen sinjal ta’ ferħ.
Taqsimiet Liturġiċi Liturġija tal-Kelma • Jinqraw 2 qari mill-Ġdid Testment: • Epistola mill-ittra lir-Rumani: • Pawlu jħeġġeġ lill-kommunita tiftakar li l-magħmudija hi għażla: mewt għad-dnub u qawmien għall-ħajja. Dan kollu hu għax Kristu qam. • Evanġelju Mt 28, 1-10: • Ir-rakkont tan-nisa li marru jaraw il-qabar u jidhrilhom Kristu maż-żerniq ta’ l-Ewwel Jum tal-Ġimgħa.
Taqsimiet Liturġiċi Liturġija tal-Magħmudija • Wara Randan sħiħ ta’ preparazzjoni biex jagħmlu l-għażla li jiċħdu d-dnub u l-ħajja ta’ qabel il-Knisja tagħżel dan il-lejl tant qaddis biex il-bniedem il-qadim jegħreq fl-ilma u jqum għall-ħajja dak ġdid. • Il-Kommunita ukoll iġġedded il-wegħdiet li għamlet fil-Magħmudija
Taqsimiet Liturġiċi Liturġija Ewkaristika • Din hi l-quċċata taċ-Ċelebrazzjoni – Kristu qam u għadu magħna jingħata għalina. • Il-Kristjan jista’ jieħu sehem mil-lum fl-Għid li ma jispiċċa qatt “Din hi l-ħajja ta’ dejjem li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru u lill-Ġesu Kristu li inti bgħatt.” Ġw 17,3