1 / 39

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili. Qari I Il-Mulej tgħaxxaq bik. Is 6 2 , 1 -5 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili. Min ħ abba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm

neve-walton
Download Presentation

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Quddiesa tal-Vġili Sena B

  2. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Qari I Il-Mulej tgħaxxaq bik. Is 62, 1-5 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija.

  3. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Minħabba f’Sijon ma nehdiex, minħabba f’Ġerusalemm ma niskotx, sa ma tfeġġ bħal dija l-ġustizzja tagħha, tħeġġeġ bħal torċa s-salvazzjoni tagħha.

  4. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Il-ġustizzja tiegħek għad jarawha l-ġnus, u s-sebħ tiegħek jarawh is-slaten kollha. B’isem ġdid għad isejħulek, isem li għad jagħżlu fomm il-Mulej.

  5. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Għad tkun kuruna ta’ ġmiel f’id il-Mulej, u dijadema ta’ sultan f’id Alla tiegħek. Ma jgħidulekx aktar l-Abbandunata, lanqas lil artek l-Imħarbta.

  6. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Lilek għad isejħulek Għaxqti fiha, u lilartekgħad jgħidulha Għarusa; għax l-għaxqa tal-Mulej fik, u artek għad titgħarras.

  7. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Bħalma għarus jitgħarras xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek.

  8. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Il-Kelmatal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla.

  9. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili SalmResponsorjali Salm 88 (89), 4-5.16-17.27.29 ℟.It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

  10. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Int għedt Mulej: «Għamilt patt mal-magħżul tiegħi, Ħlift lil David, il-qaddej tiegħi: Jien nagħmel li nislek jibqa’ għal dejjem, li f’kull żmien jibqa’ sħiħ it-tron tiegħek.»

  11. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili ℟. It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

  12. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Hieni l-poplu li jaf jgħajjat bil-ferħ, li jimxi, Mulej, fid-dawl ta’ wiċċek. B’ismek jithennew il-jum kollu, u bil-ġustizzja tiegħek jifirħu.

  13. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili ℟. It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

  14. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili «Hu jsejjaħli: “Int missieri u Alla tiegħi, fortizza u salvazzjoni tiegħi!” It-tjieba tiegħi nżommha fuqu għal dejjem, u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.»

  15. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili ℟. It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni.

  16. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Qari II Pawlu jixhed għal Kristu, Bin David. Atti 13, 16-17. 22-25 Qari mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli.

  17. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Meta ġie f’Antijokja ta’ Pisidja, Pawlu qam fis-sinagoga, għamel sinjal b’idu u beda jitkellem: «Nies ta’ Iżrael, u intom il-ġnus li tibżgħu minn Alla, isimgħuni.

  18. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Alla ta’ dan il-poplu ta’ Iżrael għażel lil missirijietna. Meta l-poplu kien jgħix f’art barranija, fl-Eġittu, Alla għamlu poplu kbir u ħarġu minn hemm bil-qawwa ta’ driegħu.

  19. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Meta mbagħad neħħa lil Sawl, qiegħed bħala sultan tagħhom lil David, li għalih ta din ix-xhieda: “Sibt lil David, bin Ġesse, Raġel skont qalbi, li jagħmel dak kollu li rrid jien.”

  20. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Min-nisel ta’ David, Alla, skont il-wegħda tiegħu, ġieb għal Iżrael salvatur, li hu Ġesù. Qabel il-miġja tiegħu, Ġwanni ħareġ ixandar magħmudija ta’ ndiema lill-poplu kollu ta’ Iżrael.

  21. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili U meta kien wasal fi tmiem il-ħidma tiegħu, Ġwanni qal: “Jien m’iniex dak li intom taħsbu li jien. Imma, araw, warajja ġej wieħed li jien anqas jistħoqqli nħoll il-qorq ta’ riġlejh.”»

  22. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Il-Kelmatal-Mulej. ℟. Irroddu ħajr lil Alla. Bilwieqfa

  23. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Akklamazzjoniqabell-Evanġelju Hallelujah. ℟. Hallelujah. Għada jinqered il-ħażen tal-art, u jsaltan fuqna s-Salvatur tad-dinja. ℟. Hallelujah.

  24. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili • Evanġelju • Ktieb in-nisel ta’ • Ġesù Kristu, bin David. • Mt 1, 1-25 • Qari mill-Evanġelju • skont San Mattew.

  25. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin David, bin Abraham.

  26. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Abraham nissel lil Iżakk, Iżakk nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġuda u lil ħutu, Ġuda nissel lil Fares u lil żaraħ minn Tamar, Fares nissel lil Ħesron, Ħesron nissel lil Aram,

  27. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Aram nissel lil Għamminadab, Għamminadab nissel lil Naħson, Naħson nissel lil Salmon, Salmon nissel lil Bogħażminn Raħab, Bogħażnissel lil Għobed minn Rut, Għobed nissel lil Ġesse, Ġesse nissel lil David, is-sultan.

  28. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili David nissel lil Salamun mill-mara ta’ Urija, Salamun nissel lil Robogħam, Robogħam nissel lil Abija, Abija nissel lil Asa, Asa nissel lil Ġosafat, Ġosafat nissel lil Ġoram, Ġoram nissel lil Għużżija,

  29. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Għużżija nissel lil Ġotam, Ġotam nissel lil Aħaż, Aħażnissel lil Ħeżekija, Ħeżekija nissel lil Manassi, Manassi nissel lil Amon, Amon nissel lil Ġosija, Ġosija nissel lil Ġekonija u lil ħutu; kienżmien l-eżilju f’Babilonja.

  30. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Wara l-eżilju f’Babilonja, Ġekonija nissel lil Salatjel, Salatjel nissel lil Żorobabel, Żorobabel nissel lil Abiħud, Abiħud nissel lil Eljakim, Eljakim nissel lil Ażor, Ażor nissel lil Sadok, Sadok nissel lil Akim,

  31. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Akim nissel lil Eliħud, Eliħud nissel lil Elgħażar, Elgħażar nissel lil Mattan, Mattan nissel lil Ġakobb, Ġakobb nissel lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu l-Messija.

  32. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Mela n-nisel kollu kien, minn Abraham sa David, erbatax-il nisel, minn David sal-eżilju ta’ Babilonja, erbatax-il nisel; u mill-eżilju ta’ Babilonja sal-Messija, erbatax-il nisel.

  33. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

  34. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Żewġha Ġużeppi, li kienraġel ġust U ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

  35. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Meta kien għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu: «Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tie˙u g˙andek lil, martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.

  36. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.»

  37. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Dan kollu ġara biex iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal: «Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, U jsemmuh Għimmanu-El,» li bi lsienna jfisser “Alla magħna.”

  38. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu. Imma baqa’ ma għarafhiex sa ma kellha iben, u semmieh Ġesù.

  39. Sena B Il-Milied - Quddiesa tal-Vġili ℟.Tifħir lilek Kristu. Bilqiegħda

More Related