1 / 20

L-isem u t-titlu tal-kelliem

Parteċipazzjoni fis-Saħħa u s-Sigurtà Fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. L-isem u t-titlu tal-kelliem. Data | Titlu tal-avveniment.

Download Presentation

L-isem u t-titlu tal-kelliem

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Parteċipazzjoni fis-Saħħa u s-Sigurtà Fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa L-isem u t-titlu tal-kelliem Data | Titlu tal-avveniment Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd.  Tajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.

  2. Drittijiet, dmirijiet u kif tagħti sehmek • Impjegat permanenti, Ħaddiem ta’ aġenzija, kuntrattur? • Hemm bżonn li tkun taf bil-kwistjonijiet li jaffettwaw saħħtek u s-sigurtà tiegħek fuq ix-xogħol: • Ir-responsabbiltajiet tal-impjegatur tiegħek • Id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek • Kif tikkontribwixxi għal xogħol sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa

  3. F’postijiet tax-xogħol b’kultura ta’ saħħa u sigurtà • It-tmexxija hija b’saħħitha, b’maniġment: • Li juri impenn għas-saħħa u s-sigurtà • Li joħloq il-kundizzjonijiet għal approċċ ta’ sħubija • Kulħadd • Jieħu sehem bis-sħiħ • Jaċċetta d-drittijiet, ir-rwoli u r-responsabblitajiet tiegħu fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà • Jaħdem flimkien sabiex jipprevjeni ħsara għas-saħħa u korrimenti

  4. Għalfejn għandek tieħu sehem? • Għaliex post tax-xogħol sigur jipproteġi lil saħħtek • Ħadd ma jaf aktar minnek kif tagħmel xogħlok u kif ix-xogħol jaffettwak • Jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, tista’ ssir differenza kbira • Il-postijiet tax-xogħol fejn l-impjegati huma attivi fis-saħħa u s-sigurtà spiss ikollhom rati aktar baxxi ta’ aċċidenti

  5. Drittijiet u responsabbiltajiet • Għandek id-dritt li taħdem f’post fejn ir-riskji għal saħħtek u għas-sigurtà tiegħek jiġu kkontrollati kif suppost • L-impjegatur tiegħek huwa prinċipalment responsabbli sabiex isir dan, iżda inti għandek id-dmir li tgħin fil-prevenzjoni ta’ ħsara għas-saħħa u korrimenti

  6. Xi jrid jagħmel l-impjegatur tiegħek għal saħħtek u s-sigurtà tiegħek • Jivvaluta r-riskji u jimplimenta miżuri preventivi • Jgħidlek dwar ir-riskji u jħarrġek • Jipprovdi kmamar tal-banju, ilma għax-xorb, faċilitajiet ta’ mistrieħ u tal-ewwel għajnuna, u kwalunkwe tagħmir u lbies protettiv • Jirraporta korrimenti, mard u inċidenti perikolużi • Jaħdem ma’ impjegaturi u kuntratturi oħrajn involuti fil-post ta-xogħol u aġenziji ta’ reklutaġġ temporanju • Jikkonsulta u jinvolvi lilek u lir-rappreżentanti tiegħek fir-rigward ta’ riskji u miżuri ta’ sigurtà • Il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali jistgħu jvarjaw fir-rigward ta’ kif issir il-konsultazzjoni

  7. Xi trid tagħmel Bħala impjegat, għandek id-dmir legali li: • Tagħmel xogħlok b’mod sigur hekk kif tħarriġt, billi tuża l-istrumenti tas-sigurtà xierqa, tagħmir personali protettiv, eċċ. • Tikkoopera mal-impjegatur tiegħek dwar is-sigurtà u s-saħħa • Tgħid lill-impjegatur, is-superviżur jew ir-rappreżentant tal-ħaddiema tiegħek … jekk taħseb li x-xogħol jew il-miżuri tas-sigurtà inadegwati huma ta’ riskju għas-saħħa

  8. Il-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema Sabiex jinvolvik, l-impjegatur tiegħek għandu: • Jħeġġek tirraporta l-problemi fis-sigurtà • Jinvolvik b’mod attiv fl-identifikazzjoni ta’ problemi • Jitolbok tissuġġerixxi ideat sabiex jitjiebu l-miżuri ta’ sigurtà • Jagħmilha ċara li l-ideat tiegħek huma importanti u li sejrin jiġu kkunsidrati sew • Jagħtik rikonoxximent għall-ideat • Jispjega liema ideat sejrin jiġu adottati u liema le, u għalfejn

  9. Proċess bidirezzjonali L-involviment tal-ħaddiema huwa proċess bidirezzjonali fejn l-impjegaturi u l-impjegati/ir-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom: • Jitkellmu u jisimgħu lil xulxin • Iqajmu punti ta’ tħassib u jsolvu l-problemi flimkien • Ifittxu u jaqsmu l-fehmiet u l-informazzjoni • Jiddiskutu kwistjonijiet fil-ħin • Jieħdu deċiżjonijiet flimkien

  10. Ħu sehem! Taf ir-riskji fuq il-post tax-xogħol tiegħek – ħu sehem sabiex tgħin fil-ġestjoni tagħhom u fit-titjib tal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà għalik u għall-kollegi tiegħek • Ħejji ruħek sabiex: • Tikkoopera • Issemma’ leħnek • Tasserixxi ruħek • Iżżomm l-attenzjoni • Taċċetta l-kummenti

  11. Mod kif tinvolvi ruħek • Tistaqsi mistoqsijiet, tagħmel suġġerimenti • Tirraporta kwalunkwe aċċident u problemi għas-saħħa u s-sigurtà • Titkellem mar-rappeżentant tal-ħaddiema tiegħek • Tieħu sehem fi kwalunkwe attivitajiet li jinvolvu lill-ħaddiema • Għid lit-tabib tiegħek jekk taħseb li xi problemi tas-saħħa jistgħu jkunu relatati max-xogħol.

  12. Ħaddiem(a) żagħżugħ(a) / Ġdid(a) fuq ix-xogħol? Meta tkun għadek tibda xogħol ġdid, ikollok probabilità akbar ta’ aċċidenti. Sabiex tipproteġi lilek innifsek: • Staqsi mistoqsijiet matul it-taħriġ • Jekk mintix ċert(a) minn xi ħaġa, ivverifika mas-superviżur tiegħek • Ikkonsulta lil kollegi aktar esperjenzati • Semma’ l-ideat jew l-osservazzjonijiet tiegħek

  13. Sir af aktar dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol • Il-paġni fuq l-internet ta’ EU-OSHA dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema • Il-websajt dwar il-kampanja tal-EU-OSHA • L-iskedi informattivi tal-EU-OSHA f’24 lingwa • L-awtorità nazzjonali tiegħek dwar is-saħħa u s-sigurtà • Trejdjunjins u assoċjazzjonijiet tal-kummerċ • Organizzazzjonijiet ta’ assigurazzjoni kontra aċċidenti fuq ix-xogħol Postijiet tax-xogħol fejn l-impjegaturi u l-impjegati jaħdmu flimkien fuq is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali huma aktar siguri għal kulħadd

  14. Kampanji bbażati fuq in-netwerk Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti. Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi

  15. Kif tieħu sehem? Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi: • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess

  16. Offerta ta’ sħubija fil-kampanja Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba

  17. Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali • http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions/index_html

  18. Riżorsi • Gwida dwar il-Kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa • www.healthy-workplaces.eu

  19. Dati importanti 19 • Tnedija tal-kampanja 18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-XogħolOttubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaNovembru 2013

  20. Aktar informazzjoni • Żur il-websajt tal-kampanja • www.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek • www.healthy-workplaces.eu/fops

More Related