240 likes | 431 Views
Kelma tal- Ħajja. Novembr u 2008. “ Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja “. ( L q 9,23). Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, inti tista’ tgħum fiha bħalma ħuta tg ħum fl-ilma.
E N D
Kelmatal-Ħajja Novembru 2008
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)
Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, inti tista’ tgħum fiha bħalma ħuta tgħum fl-ilma.
Taħsibx li, għax id-dinja tidħol f’darek bir-radju u t-televiżjoni, inti tista’ tisma’ jew tara kull programm.
Taħsibx li, għax iddur mad-toroq tad-dinja, inti tista’ toqgħod tħares kemm trid lejn kull poster u li mill-ħwienet tista’ tixtri kull “magazine” li jiġi għal idejk.
Taħsibx li, għax qiegħed fid-dinja, tista’ tagħmel tiegħek kull stil ta’ ħajja tad-dinja: esperjenzi faċli, immoralità, abort, divorzju, mibegħda, vjolenza, serq.
Le, le. Inti tinsab fid-dinja. Min ma jafux dan? Imma inti m’intix tad-dinja. U dan jagħmel differenza kbira.
Dan ipoġġik fost dawk li jgħixu mhux skond id-dinja, imma skond kif jgħidilhom il-leħen ta’ Alla li hemm fihom.
Dan il-leħen jinsab f’qalb kull bniedem u, jekk tisimgħu, idaħħlek f’saltna li mhijiex ta’ din id-dinja, saltna fejn hemm l-għixien ta’ l-imħabba vera, tal-ġustizzja, tas-safa, tal-umiltà, tal-faqar, saltna fejn il-bniedem għandu kontroll fuqu nnifsu.
Għaliex ħafna żgħażagħ jaħarbu lejn il-pajjiżi tal-Lvant, per eżempju l-Indja, biex isibu xi ftit tas-skiet u jiskopru s-sigriet ta’ ċerti mexxejja spiritwali kbar, li għax għarfu għal ħafna snin jikkontrollaw il-jien tagħhom, minnhom toħroġ imħabba (...) li timpressjona lil kull min jersaq lejhom?
Din hija reazzjoni naturali għall-istorbju tad-dinja, li hemm madwarna u fina, li ma jħallilniex post għas-silenzju biex nisimgħu lil Alla. Imma hemm għalfejn tmur l-Indja, meta elfejn sena ilu Kristu qallek: “iċħad lilek innifsek... iċħad lilek innifsek...”?
Il-ħajja komda u trankwilla mhijiex għalina l-insara; u Kristu ma talbekx u ma jitolbokx inqas minn hekk, jekk inti trid timxi warajh. Id-dinja taħkmek bħal xmara qawwija u inti trid timxi kontra l-kurrent.
Għan-nisrani, id-dinja hi bħal bosk kbir li fih trid toqgħod attent fejn tmidd il-pass.
U minn fejn trid tgħaddi? Fuq il-passi li Kristu stess uriek meta Hu għadda minn din id-dinja: jiġifieri kliemu. Illum Hu qed itennilek:
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu.“. (Lq 9,23)
Dan forsi jwassal biex ħaddieħor imaqdrek, ma jifhmekx, iwaqqgħek għaċ-ċajt, jaqla’ l-gideb fuqek. Imma dan jagħżlek mill-oħrajn, jistiednek biex taċċetta li taqa’ għaċ-ċajt u biex ma tgħix kristjaneżmu skond il-moda tad-dinja tal-lum. Imma nistgħu ngħidu aktar minn hekk:
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)
Trid jew ma tridx, it-tbatija tqarras il-ħajja ta’ kulħadd. Anki ’l ħajtek. U tbatijiet żgħar jew kbar kuljum ikollna minnhom. Trid taħrabhom? Tirribella? Titkellem ħażin? Int m’intix nisrani.
Għalkemm bid-dmugħ f’għajnejh, in-nisrani jħobb is-salib, iħobb it-tbatija, għax jaf li dawn fihom valur. Mhux għalxejn li fost il-ħafna mezzi li Alla seta’ juża biex isalva ’l-bniedem, Hu għażel it-tbatija.
Imma ftakru, wara li ġarr is-salib u kien imsallab fuqu, Hu qam mill-mewt.
Il-qawmien mill-mewt huwa d-destin tiegħek ukoll, jekk minflok ma tiddisprezza t-tbatija li titlob minnek il-ħajja ta’ veru nisrani, u kull tbatija oħra, int tagħraf taċċettaha b’imħabba.
Tħoss allura li s-salib hu t-triq li minn din il-ħajja stess twasslek għal ferħ li qatt ma ħassejt qabel. Il-ħajja tar-ruħ tiegħek tibda tikber: is-saltna t’Alla fik tissaħħah u bil-mod il-mod tgħib il-ġibda lejn id-dinja, li tibda taraha tat-tiben. U ma jkollok għira għal ħadd. Imbagħad tkun tista’ tissejjaħ segwaċi ta’ Kristu:
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja“. (Lq 9,23)
U, bħal Kristu li qed timxi warajh, tkun dawl u mħabba għall-oħrajn fit-tbatijiet bla għadd li qed jifnu ’l-bnedmin tal-lum. “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich (1978) Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallja - Italja)