1 / 28

Kelma tal-Ħajja

Kelma tal-Ħajja. Ott u br u 2011. “ Ejja warajja " (Mt 9,9). Huwa u ħiereġ minn Kafarnahum, Ġesù ra wieħed jiġbor it-taxxi, jismu Mattew, bilqiegħda quddiem il-mejda.

mindy
Download Presentation

Kelma tal-Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelma tal-Ħajja Ottubru 2011

  2. “Ejja warajja" (Mt 9,9)

  3. Huwa u ħiereġ minn Kafarnahum, Ġesù ra wieħed jiġbor it-taxxi, jismu Mattew, bilqiegħda quddiem il-mejda.

  4. Minħabba fix-xogħol tiegħu, in-nies kienet tobgħodu u kienet tgħoddu ma’ dawk li jsellfu l-flus u jisolħu n-nies, biex jistagħnew minn fuq dahar ħaddieħor.

  5. Għall-kittieba u l-fariżej, dawn kienu midinba pubbliċi, tant li kienu jeħduha kontra Ġesù għax kien “ħabib tal-publikani u l-midinbin” u kien jiekol magħhom.

  6. Ġesù, kontra kull drawwa soċjali tagħhom, sejjaħ lil Mattew biex jimxi warajh u aċċetta li jmur jiekol id-dar tiegħu, kif, aktar ’il quddiem, kien aċċetta wkoll li jmur għand Żakkew, il-kap ta’ dawk li kienu jiġbru t-taxxi ta’ Ġeriko.

  7. Meta staqsewh għaliex kien jagħmel hekk, Ġesù wieġeb li hu ġie biex ifejjaq il-morda u mhux għal min hu b’saħħtu; ġie biex isejjaħ lin-nies midinba u mhux lit-tajbin. Għal darb’oħra, din l-istedina għamilha lil wieħed minnhom:

  8. “Ejja warajja"

  9. Dan il-kliem Ġesù kien diġà qalu lil Andrija, ’il Pietru, ’il Ġakbu u ’l Ġwanni fuq ix-xatt tal-għadira.

  10. L-istess stedina, imma bi kliem differenti, qalu lil Pawlu huwa u sejjer lejn Damasku.

  11. Imma Ġesù ma waqafx hemm;matul is-sekli hu baqa’ jsejjaħ għal warajh irġiel u nisa ta’ kull ġens u nazzjon. Hekk għadu jagħmel illum: hu jgħaddi minn ħajjitna, jiltaqa’ magħna f’postijiet differenti, b’modi differenti, u jsemmgħalna mill-ġdid l-istedina tiegħu biex nimxu warajh. . Dun Pino Puglisi – Saċerdot maqtul mill-mafja Madre Tereża uĠwanni Pawlu II On. Igino Giordani Beata Chiara Luce Badano

  12. Isejħilna noqogħdu Miegħu għax irid jibni rabta persunali magħna, u fl-istess ħin jistedinna naħdmu Miegħu fil-proġett kbir li bih ikun hawn bnedmin ġodda.

  13. Hu ma jimpurtahx min-nuqqas ta’ ħila tagħna, mid-dnubiet u l-miżerji tagħna. Hu jħobbna u jagħżilna kif aħna.

  14. Se tkun imħabbtu li tibdilna u li tagħtina l-ħila biex inweġbuh u l-kuraġġ biex nimxu warajh, kif għamel Mattew.

  15. Hu għandu mħabba, għandu proġett ta’ ħajja u sejħa partikulari għal kull wieħed u waħda minna. Dan inħossuh ġo fina bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu jew minħabba ċirkustanzi partikulari jew xi parir, xi kelma li jgħidilna min iħobbna...

  16. Għalkemm dan nistgħu nisimgħuh bi kliem differenti, imma s-sens tiegħu jkun dejjem: “Ejja warajja"

  17. Chiara Lubich tirrakkonta: Niftakar meta jiena wkoll ħassejt din is-sejħa t’Alla. Kienet ġurnata kiesħa ħafna tax-xitwa fi Trento.

  18. Ommi talbet lil oħti ż-żgħira biex tmur iġġib il-ħalib minn post li kien xi żewġ kilometri ’l bogħod mid-dar. Imma kienet kesħa kbira u ma kellhiex aptit tmur; oħti l-oħra wkoll ma riditx tmur. Imbagħad mort quddiem ommi u għidtilha: “Ħa mmur jien, mà”. Qbadt il-flixkun u mort.

  19. Ħriġt mid-dar u f’nofs triq ġrali fatt partikulari: ħassejt bħallikieku s-Sema nfetaħ u Alla kien qed isejjaħli biex nimxi warajh. Ġo qalbi ħassejt ’il min jgħidli: “Agħti lilek innifsek kollok kemm int lili”.

  20. Kienet sejħa preċiża li xtaqt inwieġeb għaliha minnufih. Tkellimt fuqha mal-konfessur tiegħi li tani l-permess biex nagħti lili nnifsi lil Alla għal dejjem. Kien is-7 ta’ Diċembru 1943; qatt ma se jirnexxili niddeskrivi dak li għadda minn qalbi dakinhar: kont iżżewwiġt lil Alla. Stajt nistenna kollox minn għandu.

  21. “Ejja warajja"

  22. Dan il-kliem m’għandux x’jaqsam biss mal-mument deċiżiv tal-għażla ta’ ħajjitna. Ġesù jibqa’ jgħidhulna kuljum.

  23. Jgħidilna, “Ejja warajja”, meta rridu naqdu d-dmirijiet tagħna ta’ kuljum; “ejja warajja” f’dik il-prova li trid tgħannaqha miegħek, f’dik it-tentazzjoni li trid tegħleb; f’dik il-biċċa xogħol li trid tagħmel...

  24. Kif se nwieġbu b’mod konkret? Inwigbuh billi nagħmlu dak li Alla jrid minna fil-mument preżenti, li dejjem iġib miegħu grazzja partikulari.

  25. Mela dan ix-xahar irridu nimpenjaw ruħna billi nagħmlu r-rieda t’Alla b’deċiżjoni; nintefgħu ngħinu lil ħutna li rridu nħobbu, meta nkunu x-xogħol, fl-istudju, fit-talb, fil-mistrieħ, f’dak kollu li rridu nagħmlu.

  26. Irridu nitgħallmu nisimgħu l-leħen t’Alla fil-fond ta’ qalbna. Hu jkellimna wkoll bil-vuċi tal-kuxjenza: kull mument jgħidilna dak li Hu jrid mingħandna, u rridu nkunu lesti li nissagrifikaw kollox biex nobduh. .

  27. “Agħtina l-grazzja li nħobbuK, o Alla, mhux biss kull ġurnata aktar minn ta’ qabilha, għax iż-żmien li fadlilna jista’ jkun ftit wisq;imma agħtina l-grazzja li nħobbuK f’kull mument preżenti b’qalbna kollha, b’ruħna u l-ħila kollha tagħnabilli nagħmlu r-rieda Tiegħek”. U din hi l-aħjar sistema biex nimxu wara Ġesù.

  28. “Ejja warajja" “Kelma tal-Ħajja”, pubblikata kull xahar mill-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, Ġunju 2005 Grafika Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja) Dan il-kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett, u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja permezz tal-ġurnali, radju, TV u internet.Għal iżjed tagħrif żur ww.focolare.org jew ċempel wieħed miċ-Ċentri f’Malta: 21 38 58 01 jew 21 48 61 12

More Related