1 / 28

Kelma tal- Ħajja

Kelma tal- Ħajja. F rar 2013. «N afu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna » ( 1 Ġw 3,14). Ġwanni qed jikteb lill-komunitajiet insara mwaqqfa minnu fi żmien meta dawn kienu għaddejjin minn diffikultajiet kbar.

albina
Download Presentation

Kelma tal- Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal- Ħajja Frar 2013

  2. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14).

  3. Ġwanni qed jikteb lill-komunitajiet insara mwaqqfa minnu fi żmien meta dawn kienu għaddejjin minn diffikultajiet kbar.

  4. Infatti bdew deħlin l-ereżiji u tagħlim falz tal-fidi u tal-morali; kien hemm ukoll ambjent pagan, li kien jeħodha bi sħiħ kontra l-ispirtu tal-Vanġelu. Dan kien l-ambjent li kienu jgħixu fih dawn l-insara.

  5. Billi l-appostlu Ġwanni ried jgħin lill-insara, tahom rimedju tajjeb ħafna: li jħobbu ’l ħuthom, li jgħixu l-kmandament tal-imħabba li huma kienu rċevew sa mill-bidunett u li fih hu jara miġbura l-kmandamenti kollha.

  6. B’hekk huma jagħrfu xinhi “l-ħajja”, jiġifieri li jidħlu aktar ‘il ġewwa fl-għaqda tagħhom m’Alla; u jsiru jafu xi jfisser Alla-Mħabba. B’din l-esperjenza huma jissaħħu fil-fidi u jkunu jistgħu jseffqu wiċċhom mal-attakki li jsiru kontra tagħhom, l-aktar fi żmien tal-prova.

  7. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14).

  8. “Aħna nafu...” L-appostlu qed jirreferi għal meta wieħed jitgħallem minn xi esperjenza li jkun għamel. Qisu qed jgħid: dan aħna għaddejna minnu, missejnieh b’idejna.

  9. Din hi l-esperjenza li l-insara, li rċevew mingħandu l-Vanġelu, kienu għamlu hekk kif ikkonvertew. Dan ifisser li meta huma bdew jgħixu l-kmandamenti t’Alla, l-aktar il-kmandament tal-imħabba lejn ħuthom, huma daħlu fl-istess ħajja t’Alla.

  10. Imma l-insara tallum, jafu biha din l-esperjenza? Huma jafu bi żgur li l-kmandamenti t’Alla qegħdin hemm biex jgħixuhom. Ġesù l-ħin kollu jisħaq li mhux biżżejjed nisimgħu l-Kelma t’Alla, imma rridu ngħixuha (cf Mt 5,19 – 7,21 - 7,26).

  11. Dak l-aspett tal-għaġeb tal-ħajja nisranija li l-biċċa l-kbira tal-insara ma japprezzawx – jew għax ma jafux, jew għax jafu l-affarijiet biss bil-moħħ u mhux bl-esperjenza – l-Appostlu San Ġwann jurih b’mod ċar ħafna. Hu jrid jgħidilna li meta ngħixu l-kmandament tal-imħabba, Alla jagħmilna tiegħu; u sinjal ċar ta’ dan hi l-ħajja, il-paċi u l-ferħ li hu jdewwaqna sa minn din id-dinja stess.

  12. Għalhekk kollox jieħu d-dawl u jsib postu. Ma jkunx hemm aktar firda bejn il-fidi u l-ħajja. Il-fidi ssir dik il-qawwa li tidħol f’kull ħaġa li nagħmlu u li torbot kollox flimkien.

  13. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14).

  14. Din il-Kelma tal-ħajja tgħidilna li l-imħabba tal-proxxmu hi t-triq ewlenija li twassalna għand Alla.

  15. Ladarba aħna lkoll uliedu, m’hemm xejn aktar għal qalbu daqs l-imħabba lejn ħutna. Kemm ikun kuntent Alla meta jarana nħobbu ’l ħutna l-bnedmin.

  16. Billi l-imħabba lejn ħutna tgħaqqadna m’Alla, hi għajn ta’ dawl għal ruħna li ma jintemm qatt; hi għajn ta’ ħajja, ta’ frott spiritwali u ta’ tiġdid kontinwu.

  17. Ma tħallix lill-poplu nisrani jikkankra, jimrad jew jaqa’ fil-bruda. F’kelma waħda “ngħaddu mill-mewt għall-ħajja”.

  18. Meta l-imħabba tiġi nieqsa, kollox jispiċċa u jmut. Imbagħad nifhmu għax naraw ċerti sinjali li jidhru fid-dinja li qed ngħixu fiha: nuqqas ta’ ħeġġa, ta’ idejali, bruda, dwejjaq, xewqa li dak li jkun jaħrab, it-telfa tal-valuri, eċċ.

  19. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14).

  20. L-aħwa li jsemmi l-appostlu huma fuq kollox il-membri tal-komunità li aħna parti minnha. Jekk hu veru li għandna nħobbu ’l kulħadd, hu daqstant ieħor veru li rridu nibdew billi nħobbu ’l dawk li jgħixu magħna l-ħin kollu, biex imbagħad naslu biex inħobbu ’l-bnedmin kollha.

  21. Jeħtieġ l-ewwel naħsbu f’dawk tal-familja tagħna, sħabna tax-xogħol, in-nies tal-parroċċa, tal-għaqda jew komunità reliġjuża li tagħha aħna membri.

  22. L-imħabba lejn ħutna ma tkunx vera u kif għandha tkun jekk ma nibdewx minn dawn. Inkunu fejn inkunu, aħna msejħin nibnu l-familja ta’ wlied Alla.

  23. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14).

  24. Din il-Kelma tal-ħajja tiftħilna toroq bla tarf. Hi tħeġġiġna nintefgħu f’avventura divina tal-imħabba nisranija li twassalna biex inħobbu b’mod li qatt ma konna nobsru qabel.

  25. Tfakkarna qabel xejn li dinja bħal ma hi tagħna, li fiha jiswa kemm jirnexxilek tiġġieled, li fiha jirbaħ l-aktar wieħed b’saħħtu, makakk, bla ebda kuxjenza u fejn xi drabi l-materjaliżmu u l-egoiżmu jwaqqfu kollox, it-tweġiba tagħna għandha tkun l-imħabba tal-proxxmu.

  26. Din hi l-mediċina li tista’ tfejjaq lid-dinja. Infatti meta ngħixu l-kmandament tal-imħabba, naraw li mhux biss il-ħajja tagħna tieħu r-ruħ, iżda wkoll dik ta’ madwarna: hi bħal mewġa ta’ sħana li ġejja mill-imħabba t’Alla li tinfirex u tixtered u tidħol fir-rabtiet tal-bnedmin biex trattab ir-rabta bejn bniedem u ieħor, bejn grupp u ieħor u ftit ftit tibdel is-soċjetà.

  27. Għalhekk jeħtieġ nieħdu deċiżjoni. Kull wieħed u waħda minna għandu ħutu li jista’ jħobbhom f’isem Ġesù u se jkollna dejjem minnhom. Irridu nibqgħu sħaħ sal-aħħar f’din l-imħabba u ngħinu lil ħafna oħrajn biex jagħmlu l-istess. B’hekk insiru nafu xi tfisser f’ruħna l-għaqda tagħna m’Alla. Il-fidi terġa’ tieħu l-ħajja, jgħibu d-dubji u ma nkunux nafu iżjed x’inhuma d-dwejjaq. Ħajjitna ssib il-milja kollha tagħha.

  28. «Nafu li għaddejna mill-mewt għall-ħajja, Dan nafuh għax inħobbu lil ħutna» (1 Ġw 3,14). “Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, fl-1985/8 Grafika ta’ Anna Lollobis-sehem ta’ Fr. Placido D’Omina (Sqallija, Italja)Dan il-Kumment għall-Kelma tal-Ħajja jinqaleb f’96 lsien u djalett,u jilħaq miljuni ta’ persuni fid-dinja permezz ta ġurnali, radju, TV jew internet.Għal iżjed tagħrif żur www.focolare.orgDan il-PPS, f’diversi ilsna huwa mxandar fuq www.santuariosancalogero.org

More Related