1 / 16

Kelma tal- Ħajja

Kelma tal- Ħajja. F rar 2010. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi, isalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa” ( Ġw 10,9).

hila
Download Presentation

Kelma tal- Ħajja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Kelmatal- Ħajja Frar 2010

  2. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi, isalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa” (Ġw10,9) .

  3. Ġesù jippreżenta ruħu bħala dak li jwettaq il-wegħdiet t’Alla u x-xewqat ta’ ġens li l-istorja tiegħu hi kollha kemm hi mibnija fuq il-patt ma’ Alla tiegħu li qatt ma mar lura minn kelmtu.

  4. L-idea tal-bieb tixbaħ u titfisser tajjeb bix-xbieha l-oħra ta’ Ġesù: “Jiena hu t-Triq... Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi”. Mela tassew li hu t-triq u l-bieb li jwassal għal għand il-Missier, għand Alla nnifsu.

  5. Xi tfisser fil-prattika din il-Kelma tal-Ħajja?

  6. Ħafna huma l-implikazzjonijiet li wieħed jista’ jasal għalihom meta tħares lejn il-ħafna siltiet tal-Evanġelju li jixbhu lil din is-silta ta’ San Ġwann. Fost dawn għażilna dik li titkellem fuq il-“bieb id-dejjaq” li minnu nippruvaw ngħaddu biex nidħlu fil-ħajja.

  7. Għalfejn din l-għażla? Għax jidhrilna li hi dik li forsi l-aktar li tqarribna lejn il-verità li Ġesù jgħid fuqu nnifsu u l-aktar waħda li ddawwalna fuq kif għandna ngħixuha.

  8. Ġesù, meta jsir il-bieb miftuħ beraħ, miftuħ kollu kemm hu fuq it-Trinità? Hemm fejn il-bieb tas-Sema jidher jingħalaq għaliH, Hu jsir bieb is-Sema għalina lkoll.

  9. Ġesù abbandunat hu l-bieb li permezz tiegħu ssir il-laqgħa perfetta bejn Alla u l-bniedem: għax ixejjen lilu nnifsu Hu jgħaqqad mill-ġdid l-ulied mal-Missier. Hu dak il-vojt (id-daħla tal-bieb) li permezz tiegħu l-bniedem jiltaqa’ ma’ Alla u Alla mal-bniedem.Mela Hu l-bieb id-dejjaq u fl-istess ħin il-bieb miftuħ beraħ, u aħna nistgħu nagħmlu esperjenza ta’ dan.

  10. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi, isalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa” (Ġw10,9) .

  11. Ġesù fl-abbandun tiegħu sar għalina l-mogħdija għal għand il-Missier.Il-parti tiegħu għamilha. Imma biex nirċievu l-benefiċċji ta’ dawn il-grazzji kollha, kull wieħed minna jrid jagħmel il-parti ċkejkna tiegħu, jiġifieri jrid jersaq qrib dak il-bieb u jgħaddi minnu. Kif?

  12. Meta ninħasdu b’xi delużjoni jew inweġġgħu b’xi ġrajja kerha jew xi diżgrazzja ta’ bla ħsieb jew xi marda assurda, dejjem nistgħu niftakru fit-tbatija ta’ Ġesù li ħa fuqu dawn il-provi kollha, u eluf oħra magħhom.

  13. Iva, Hu jinsab f’kull tbatija li jkollna. Kull tbatija tagħna hija isem tiegħu. Mela ejjew nippruvaw nagħrfu lil Ġesù f’kull taqtigħ il-qalb, f’kull triq dejqa ta’ ħajjitna, f’kull ċirkustanza mudlama, fit-traġedji tagħna u tal-oħrajn, fit-tbatijiet tal-bnedmin li hemm madwarna. Dawn kollha huma Hu, għaliex Hu għamilhom tiegħu.

  14. Ikun biżżejjed li bil-fidi kollha tgħidlu: “Int Sidi; m’għandix ġid ieħor ħliefek”. Ikun biżżejjed tagħmel xi ħaġa konkreta biex tħaffiflu t-tbatijiet ‘tiegħu’ fil-foqra u f’dawk li huma mdejqa, biex inti tmur lil hinn mill-bieb, u hemmhekk issib ferħ li qatt ma ġarrabt bħalu f’ħajtek, issib il-milja ġdida ta’ ħajtek.

  15. Jiena hu l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi, isalva, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa” (Ġw10,9) .

  16. Kelma tal-Ħajja”, pubblikazzjoni ta’ kull xahar tal-Moviment tal-Fokolari. Kitba ta’ Chiara Lubich, Frar 1999.Grafika ta’Anna Lollobis-sehem ta’ FrPlacido D’Omina (Sqallija - Italja)Il-Kelma tal-Ħajja hija maqluba f’96 lsien u idjoma fosthom il-Malti, u tilħaq miljuni ta’ persuni madwar id-dinja permezz tal-kitba, radju, TV jew internet Għal kull tagħrif żur is-sit: www.focolare.org ĊENTRI TAL-MOVIMENT TAL-FOKOLARI F’MALTA ‘Stellaelise’, Triq il-Ħuttaf, Kappara Tel: 2138 5801 focolaremt@waldonet.net.mt ‘Vita Nuova’, Triq Agius de Soldanis, Sta. Venera Tel: 2148 6112 vitanuova@waldonet.net.mt

More Related