160 likes | 606 Views
I ċ-Ċawlun u l-Ġarra. Brother Henry Poe ż iji li ma jmutu qatt - m i nn Id -Denfil tar-4 Sena , 1974. Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji. Tifsir il-Kliem. lemaħ = ra qajla = bil-mod tħabrek = taħdem qatigħ = ħafna. iċ-ċawlun. il-munqar. il-ġarra tal-fuħħar.
E N D
Iċ-Ċawlun u l-Ġarra Brother Henry Poeżiji li ma jmutu qatt - minn Id-Denfil tar-4 Sena, 1974 Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji
Tifsir il-Kliem lemaħ = raqajla = bil-modtħabrek = taħdemqatigħ = ħafna
Iċ-Ċawlun u l-Ġarra poeżija ta’ Brother Henry
Kien is-sajf: ix-xemx qalila, Nixfa kbira kullimkien; U ċawlun bil-għatx taħt siġra Għad-dell qiegħed wisq għajjien. Ħdejh malajr ma nafx kif lemaħ Ġarra żgħira tal-fuħħar; Tkaxkar qajla, ħdejha wasal, Sabha bl-ilma ftit u ċar.
U bil-mod daħħal munqaru, Iżda l-ilma ma laħqux; ’Ma bil-għatx kif kien l-imsejken Kemm dan tħabat ma nafux. Imbagħad waqaf ftit jitħasseb Qribu ra xi żewġ ċagħqiet; U ġabarhom, u waddabhom Ġewwa l-ġarra f’dak is-skiet.
Ma’ kull ċagħqa l-ilma jitla’... Sakemm fl-aħħar f’nofsha kien; Iċ-ċawlun xorob għal qalbu, Sab is-saħħa u l-ħelsien. Minn dan jidher ċar u minnu: Meta tkun fil-bżonn qatigħ, Tara x’tagħmel, tħabrek, toħloq, Issib tarf, toħroġ rebbieħ.
Iċ-Ċawlun u l-Ġarrata’ Brother Henry Kien is-sajf: ix-xemx qalila, Nixfa kbira kullimkien; U ċawlun bil-għatx taħt siġra Għad-dell qiegħed wisq għajjien. Ħdejh malajr ma nafx kif lemaħ Ġarra żgħira tal-fuħħar; Tkaxkar qajla, ħdejha wasal, Sabha bl-ilma ftit u ċar. U bil-mod daħħal munqaru, Iżda l-ilma ma laħqux; ’Ma bil-għatx kif kien l-imsejken Kemm dan tħabat ma nafux. Imbagħad waqaf ftit jitħasseb Qribu ra xi żewġ ċagħqiet; U ġabarhom, u waddabhom Ġewwa l-ġarra f’dak is-skiet. Ma’ kull ċagħqa l-ilma jitla’... Sakemm fl-aħħar f’nofsha kien; Iċ-ċawlun xorob għal qalbu, Sab is-saħħa u l-ħelsien. Minn dan jidher ċar u minnu: Meta tkun fil-bżonn qatigħ, Tara x’tagħmel, tħabrek, toħloq, Issib tarf, toħroġ rebbieħ.
Saħħa! http://malti.skola.edu.mt