130 likes | 357 Views
Il-Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ Liċeo Vassalli g ħ andu l-għan li jaħdem għall-gid ta’ l-istudenti billi : I. J agħmel suggerimenti biex l-iskola tilħaq l-għanijiet tal-pjan ta’ żvilupp ; II. I tejjeb l-ambjent ta’ l-iskola ; III.J organiżża attivitajiet edukattivi u extra-kurrikulari ;
E N D
Il-Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ Liċeo Vassalli għandu l-għan li jaħdem għall-gid ta’ l-istudenti billi : • I. Jagħmel suggerimenti biex l-iskola tilħaq l-għanijiet tal-pjan ta’ żvilupp ; • II. Itejjeb l-ambjent ta’ l-iskola ; • III.Jorganiżża attivitajiet edukattivi u extra-kurrikulari ; • IV.Iwassal l-ilmenti ta’ l-istudenti lill-awtoritajiet konċernati. • Il-Kunsill jista’ : • I. Jaħtar sotto kumitati għal għanijiet speċifiċi ; • II. Jiddelega xogħlijiet speċifiċi lil xi agenziji u koperattivi ; • III.Jorganiżża attivitajiet fil-breaks ; • IV.Jirrapreżenta lill-iskola ; • V. Jigbor fondi għall-attivitajiet tiegħu bil-permess tal-Kap ta’ l-Iskola. • Il-Kunsill ma jistax jindaħal : • I.F’deċiżjonijiet meħuda mill-Ministeru, Diviżjoni, Kunsill ta’ l-Iskola jewmill-Kap ta’ l-Iskola ; • II. F’deċiżjonijiet li jittieħdu wara każi ta’ dixxiplina ; • III. F’dak li jirrigwardja metodi ta’ tagħlim ; • IV.Xogħol ta’ l-għalliema, skrivani u purtinari.
Il-Kunsill ta’ l-Istudenti hu ffurmat minn tnax-il student, magħżulin tlieta minn Form 2 sa Form 5. Il-Kap ta’ l-Iskola jagħżel għalliema biex jattendu u jiggwidaw il-laqgħat tal-Kunsill. Tnejn mill-istudenti tal-ħames sena jinħatru bħala President u Segretarju, fil-waqt li tnejn mill-istudenti tar-raba’ sena jinħatru bħala Viċi-President u Viċi-Segretarju. Fl-ewwel laqgħa tal-kunsill jinħatru l-President, Viċi-President, Segretarju u Viċi-Segretarju. Il-laqgħat isiru darba fil-gimgħa fil-break il-kbir. Il-kworum tal-laqgħa hu ta’ tmien studenti. Il-President tal-Kunsill iservi bħala ċ-Chairman tal-laqgħat, fil-waqt li s-Segretarju jżomm il-minuti.
Elezzjonijiet : • isiru darba fis-sena ; • kull student li għandu excellent jew very good bħala marka ta’ kondotta jista’ jikkontesta ; • kull student jivvota għal tliet studenti fil-Form tiegħu ; • in-nominazzjonijiet u s-sekondazzjonijiet isiru fuq karti apposta ; • il-votant jivvota billi jimmarka salib fil-kaxxa ħdejn l-isem ta’ tliet kandidati mil-lista tal-kontestanti tal-Form tiegħu ; • f’każ li f’xi Form partikolari joħorgu tliet kandidati biss, ma ssirx elezzjoni u dawn il-tliet kandidati jigu eletti fil-Kunsill ta’ l-Istudenti awtomatikament ; • f’każ ta’ voti ndaqs, issir elezzjoni oħra bejn dawk l-istudeni li jkunu gabu voti ndaqs. F’din il-bye-election jivvutaw biss il-Prefects u s-Sub-prefects. Dawk l-istudenti li jkunu jridu jsaqsu xi ħaga dwar il-Kunsill ta’ l-Istudenti, jistgħu jkellmu lil Mr. Frank Fabri, Mr. Jonathan Sammut jew Ms. Nadine Vella. Dan l-istatut gie revedut mill-istudenti u l-għalliema tal-Kunsill ta’ l-Istudenti 2005 ~ 2006 f’Ottubru 2006, minħabba l-fatt li f’Liċeo Vassalli din is-sena ( 2006 ~ 2007 ) m’hemmx Form 1.
Il-Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ din is-sena hu magħmul minn tnax-il student – tliet rappreżentanti minn kull sena. Din hija l-lista tar-rappreżentanti : Form 2 Dalli Duncan 2.1 Grima James 2.4 Muscat Brandon 2.4 Form 3 Baldacchino Frederick 3.2 Briffa James 3.2 Fretwell Adam 3.2 Form 4 Borg Jean Paul 4.6 Farrugia James 4.2 Muscat Josmar 4.2 Form 5 Balzan Daniel 5.7 Ciappara Adrian 5.5 Muscat Ryan 5.1 Il-President huwa Ryan Muscat u s-Segretarju Adrian Ciappara, fil-waqt li l-Viċi-President hu James Farrugia u l-Viċi-Segretarju Josmar Muscat. Il-‘linkteachers’ tal-Kunsill ta’ l-Istudenti huma Mr. Frank Fabri, Mr. Jonathan Sammut u Ms. Nadine Vella.
Nhar il-Ġimgħa, 15 ta’ Diċembru 2006, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann ġewwa l-Belt Valletta, kien hemm quddiesa konċelebrata għall-istudenti ta’ Malta kollha, biex jiġi ċċelebrat il-ftuħ uffiċjali tal-kampanja Milied Flimkien. Il-quddiesa bdiet fid-9.30 ta’ filgħodu u bħala rappreżentanti ta’ Liċeo Vassalli konna l-President tal-Kunsill ta’ l-Istudenti Ryan Muscat, il-Viċi-President James Farrugia, is-Segretarju Adrian Ciappara, il-Viċi-Segretarju Josmar Muscat, il-Kunsillier Daniel Balzan u s-Sinjorina Nadine Vella. Mal-wasla tal-President ta’ Malta ndaqq l-Innu Malti. Wara bdiet il-priedka tal-Milied minn żewġ studenti ta’ l-Iskola Primarja Debono Decesare Fgura. Kien hemm pageant tal-Milied mill-istudenti ta’ l-Iskola Primarja Tumas Dingli Attard. Waqt il-quddies kien hemm il-kor tal-Convent of the Sacred Heart, San Ġiljan u l-orkestra tal-Junior College, Imsida. Kif spiċċat il-quddies, kien hemm diskorsi tal-okkażżjoni mill-E.T. Dr. Edward Fenech Adami, President ta’ Malta u s-Segretarju Permanenti ta’ l-Edukazzjoni, fl-assenza tal-Ministru Dr. Louis Galea. Fl-aħħarnett ġew imtellgħin donazzjonijiet minn rappreżentanti minn kull skola.
Nhar it-Tlieta, 19 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill ta’ l-Istudenti ta’ Liċeo Vassalli, akkumpanjati mill-għalliema s-Sur Jonathan Sammut u s-Sur Frank Fabri, morna nżuru l-Creche ta’ l-Ursolini ta’ Sliema, fejn preżentajnilhom donazzjoni ta’ Lm60, miġbura minn fost l-istudenti u l-għalliema ta’ l-iskola tagħna. Mal-wasla tagħna, Sr.Rita laqgħatna u qagħdet iddawwarna mal-post u tispjegalna fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom. Qaltilna li huma jieħdu ħsieb tfal minn erba’ snin 'l isfel, li l-ġenituri tagħhom, għal xi raġuni jew oħra, ma jkunux jistgħu jżommuhom. Dawn isibu mħabba kbira mis-sorijiet; saħansitra matul il-lejl dejjem ikun hemm żewġ sorijiet imqajmin, lesti għal kull ma jista jinqala. Is-soru rrakontatilna storja li ġrat madwar seba’ snin ilu – meta żewġ sorijiet ħarġu għall-ħalib fil-5 ta’ filgħodu, fuq l-għatba sabu kaxxa li kien fiha tarbija ta’ sagħtejn. Qaltilna wkoll li ġieli jkollhom tfal li ma jkunux iridu jmorru għall-addozzjoni, għax jibdew jibku u jgħajtu.
Spring Day in Europe 2007 li din is-sena se tiġi organiżżata fid-9 ta’ Mejju www.springday2007.net Il-membri tal-kunsill ta’ l-istudenti ta’ l-iskola tagħna bi ħsiebna nieħdu sehem fl-attivitajiet ta’ l-4 ta’ Mejju (fil-Cottonera Sports Complex) u fil-Europe Day Activity tad-9 ta’ Mejju. Fil-25 ta’ Mejju 2007 l-iskola tagħna- Liċeo Vassalli, se tiċċelebra l-25 sena anniversarju. Għal din l-okkażżjoni se nagħmlu dibattitu bejn studenti ta’ l-iskola tagħna, studenti tfajliet u ġenituri. Website ta’ l-iskola