90 likes | 385 Views
KIF NAQRA L-BIBBJA. IL-QARI BIS-SENS TAL-KELMA TA’ ALLA. Rivelazzjoni . Rivelazzjoni tfisser kxif. Il-Bibbja tikxef il-wiċċ veru ta’ Alla, il-karattru ta’ Alla, ir-rieda ta’ Alla. Tagħmel dan bil-lingwaġġ tal-bnedmin li kitbuha.
E N D
KIF NAQRA L-BIBBJA IL-QARI BIS-SENS TAL-KELMA TA’ ALLA
Rivelazzjoni • Rivelazzjoni tfisser kxif. • Il-Bibbja tikxef il-wiċċ veru ta’ Alla, il-karattru ta’ Alla, ir-rieda ta’ Alla. • Tagħmel dan bil-lingwaġġ tal-bnedmin li kitbuha. • Għalhekk, irridu nifhmu kif kitbu, lil min kitbu, x’tip ta’ kitba, f’liema żmien kitbu.
ISAIJA 55,10-11 • Biex il-Kelma ta’ Alla tħalli l-frott fija li Alla jrid neħtieġ nisma’ sew, nagħrbel sew u bil-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu nħalliha tibdilni, tfarraġni, tagħtini direzzjoni, tikkoreġini, tfejjaqni u tagħmilni Bniedem ta’ Alla
STORJA TAS-SALVAZZJONI • Abram ġie msejjaħ madwar 4000 sena ilu • Mosè ħareġ lil-Lhud mill-Eġittu madwar 3300 sena ilu • David waqqaf is-Saltna ta’ Iżrael madwar 3000 sena ilu • Il-profeta Isaija dam jagħmel xogħolu għal madwar 55 sena (madwar 2700 ilu) • L-Ewwel u t-Tieni Makkabej huma l-aħħar żewġ kotba tat-Testment il-Qadim li nkitbu. Dan seħħ madwar 100 Q.K. jew 2100 ilu
IŻ-ŻMIEN • Minn Abram sa Salamun (meta bdew jinkitbu t-tradizzjonijiet tal-Istorja tal-Lhud) għaddew madwar elf sena • Matul iż-żmien qabel il-kitba, il-ġrajjiet kienu jimmemorizzawhom u jgħadduhom lil xulxin bil-fomm filgħaxijiet u l-ġenituri lil uliedhom
IL-KITBA • Bdew jiktbu skont dak li fehmu. L-Ispirtu s-Santu kien jispirahom dwar xhiex għandhom jiktbu u biex ma jagħmlux żbalji fil-messaġġ reliġjuż tas-salvazzjoni • Kitbu skont l-istil ta’ kull wieħed • Irridu nifhmu li Alla kellimna bil-kliem ta’ dawn l-awturi sagri
HEMM ŻBALJI? • Mhemmx żbalji fil-messaġġ reliġjuż • Hemm żbalji fejn tidħol xjenza, ġeografija, dettalji storiċi ... • M’aħniex naqraw ktieb ta’ Storja imma ktieb li jikxef ir-rieda ta’ Alla għall-bniedem f’kull żmien u f’kull post • Żgur li jeħtieġ studju serju biex nifhmu sew
IL-KRONOLOĠIJA • Fil-Bibbja ma nsibux il-kotba wara xulxin skont kif inkitbu • Allura m’għandniex nibdew naqraw billi nieħdu f’idejna l-ewwel kapitlu tal-Ġenesi • Bidu tajjeb ikunu ż-żewġ kotba miktuba minn San Luqa (l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli) għax iressquna lejn il-Mulej tagħna u naraw kif l-Ispirtu s-Santu ħadem mal-ewwel dixxipli