240 likes | 403 Views
MULEJ, IMXI T-TELGĦA MAGĦNA. Missierna li inti fis-smewwiet, inti tqisna bħal dawk li jixxabbtu mal-muntanji. Li titla’ mal-muntanja mhix faċli... ma ssibx it-triq it-tajba mal-ewwel darba li tibda’ tixxabbat!.
E N D
Missierna li inti fis-smewwiet, inti tqisna bħal dawk li jixxabbtu mal-muntanji. Li titla’ mal-muntanja mhix faċli... ma ssibx it-triq it-tajba mal-ewwel darba li tibda’ tixxabbat!
B’xorti tajba, imma, oħrajn sħabna, bil-ħabel f’idhom, qabilna u warajna, qegħdin magħna biex jagħtuna daqqa t’id.
F’ħin minnhom, meta mingħalina li qegħdin fuq nett, nintebħu li għadna ma wasalniex fil-quċċata, li għadna lura.
Għax minn hemm fuq intbaħnali hemm quċċata oħra, li ma rajniex meta konna għadna isfel. Mela issa l-waqt li nieqfu ftit, li nħallu għajnejna jimirħu fuq il-pajsaġġ, li nħarsu lura lejn it-triq li diġa’ għamilna.
Issa l-waqt li nieħdu saħħitna mill-ġdid, li nagħmlu l-qalb biex inkomplu sejrin, telgħin aktar ‘il fuq, dejjem aktar ‘il fuq, fejn qatt ma stħajjilna li se naslu meta tlaqna.
Missierna li inti fis-smewwiet, aħfrilna meta xi drabi ma mxejnix biprudenza biżżejjed, meta ma konniex żguri fil-pass tagħna, meta ma konniex ta’ sigurta’ għall-oħrajn; meta me kellniex fiduċja biżżejjed f’xulxin.
Aħfrilna meta xi drabi għaġġilna żżejjed, għax ħassejna li t-triq kienet ħafifa, u ġrejna ‘l quddiem, mingħar ma ħarisna lejn sħabna li għajjew, baqgħu lura u waqfu.
Aħfrilna għal meta nsejna xi drabi, li inti wkoll wieħed minn sħabna li qed iżommulna l-ħabel. M’għarafnikx, għax ma dehirtx differenti.
Imma nafu li inti qiegħed hemm. Missierna li inti fis-smewwiet, għinna f’din il-mixja għat-telgħa. Aħna ma nitolbukx biex twarrbilna t-tfixkil,imma li inti tgħinna biex ngħaddu minn fuqu ħalli nibqgħu telgħin ‘il fuq.
U fuq kollox, fakkarna li wkoll jekk xi darba naslu fil-quċċata tal-għola muntajna li hawn fuq l-art, ma nkunux ilħaqna s-sema,...bil-kemm inkunu missejna s-sħab!