250 likes | 541 Views
Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 1, 15 - 20. Kollox bih għalih kien maħluq. Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox,
E N D
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulill-Kolossin Kol 1,15-20 Kollox bih għalih kien maħluq.
Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art, dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx, Troni u Ħakmiet,
Prinċipati u Setgħat. Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm. Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu,
il-kbir li qam mill-imwiet, sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox. Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha; bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu; bid-demm
tiegħu, imxerred fuq • is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art, aqdu bil-ferħ lill-Mulej, idħlu quddiemu b’għana ferrieħi.
R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi
Kunu afu li Jaħweh hu Alla, hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu.
R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi
Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu; roddulu ħajr u bierku ismu!
R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi
Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tieba tiegħu; minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu.
R:/ Idħluquddiem il-Mulejb’għanaferrieħi
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej; min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja. Hallelujah, Hallelujah
Qari • Mill-Evanġelju • ta’San Luqa • Lq5, 33-39 • R:/ GlorjalilekMulej Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, imbagħad isumu dakinhar.
F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Farizej ukoll, imma tiegħek jieklu
u jixorbu!” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien
meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.” Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida
biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima. Anqas ma
jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa’ d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani. Iżda nbid ġdid iqegħduh
f’damiġġani ġodda. U ħadd ma jkun irid mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim, għax jgħidlek: “Il-qadim tajjeb!”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu