1 / 29

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin. 1 Tess 1, 1-5.8b-10. Dortu lejn Alla u tlaqtu biex taqbdu lil Ibnu, li hu qajjem mill-imwiet. Pawlu u Silvanu u Timotju lill- k nisja ta’ Tessalonika f’Alla l-Missier u l-Mulej Ġes ù Kristu: grazzja lilkom u sliem.

simone
Download Presentation

Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Tessalonkin 1 Tess 1, 1-5.8b-10 Dortu lejn Alla u tlaqtu biex taqbdu lil Ibnu, li hu qajjem mill-imwiet.

  2. Pawlu u Silvanu u Timotju lill-knisja ta’ Tessalonika f’Alla l-Missier u l-Mulej Ġesù Kristu: grazzja lilkom u sliem. Aħna kull ħin niżżu ħajr lil Alla minħabba fikom

  3. ilkoll, u niftakru fikom dejjem meta nitolbu. Niftakru fil-ħidma li hi ġejja mill-fidi tagħkom u fit-taħbit li ħiereġ minn imħabbitkom; niftakru fil-qawwa tat-tama tagħkom

  4. f’Sidna Ġesu’ Kristu quddiem Alla Missierna. Aħna nafu, ħuti, li Alla jħobbkom u għażilkom.Għax l-Evanġelju tagħna lilkom ma kienx biss bil-kliem, imma wkoll

  5. bil-qawwa, bl-Ispirtu s-Santu u b’persważjoni sħiħa; intom tafu kif ġibna ruħna meta konna fostkomgħall-ġid tagħkom. Il-fidi li għandkom f’Alla xterdet ma’ kullimkien

  6. b’mod li aħna ma għandna għalfejn ngħidu xejn. Huma stess jgħidu x’laqgħa kellna għandkom, u kif dortu lejn Alla u tlaqtu l-idoli biex taqdu lil Alla ħaj u veru u

  7. tistennew ġej mis-sema lil Ibnu, li hu qajjem mill-imwiet, Ġesù li ħelisna mill-korla li ġejja.

  8. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  9. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

  10. Għannu lill-Mulej għanja ġdida: fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!

  11. Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, U jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!

  12. R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

  13. Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!

  14. Għax il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu, u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.

  15. R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

  16. Bil-glorja jithennew ħbiebu, U jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom!

  17. It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.

  18. R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu

  19. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah In-nagħaġtiegħijisimgħuleħni, jgħidil-Mulej, u jienanagħrafhom, u humajimxuwarajja. Hallelujah, Hallelujah

  20. Qari mill-Evanġelju ta’ San Mattew Mt 23, 13-22 R:/ GlorjalilekMulej Ħażin għalikom, mexxejja għomja

  21. F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bniedem, u la intom

  22. ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol! Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom taqsmu l-ibħra u dduru

  23. d-dinja kollha biex iddawru bniedem għar-reliġjon tagħkom, u metatiġbduh għal magħkom tagħmluh bniedem ħaqqu l-infern darbtejn aktar minnkom!

  24. Ħażin għalikom, mexxejja għomja! Intom tgħidu: <Jekk wieħed jaħlef bis-santwarju, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bid-deheb tas-santwarju, ikollu jrodd.> Boloh u

  25. għomja! X’inhu l-aqwa? Id-deheb, jew is-santwarju li jqaddes id-deheb? Tgħidu wkoll: <Jekk wieħed jaħlef bl-artal, il-ħalfa ma tgħoddx; imma jekk jaħlef bl-offerta ta’

  26. fuq l-artal, ikollu jroddu.> Ja għomja! X’inhu l-aqwa? L-offerta, jew l-artal li jqaddes l-offerta? Mela min jaħlef bl-artal ikun jaħlef kemm bl-artal u kemm b’li jkun hemm fuqu, u min

  27. jaħlef bis-santwarju jkun jaħlef kemm bis-santwarju u kemm b’min jgħammar fih; U min jaħlef fuq is-sema jkun jaħlef kemm bit-tron ta’ Alla u kemm b’dak li hemm fuqu.”

  28. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  29. ĦSIEB

More Related