360 likes | 607 Views
KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA 10 Ħadd Matul is-sena A. ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ħosegħa Ħos 6, 3-6. Nagħarfu l-Mulej , u nfittxu nagħarfuh iżjed; daqs kemm hu żgur is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;. hu jiġi, bħalma tiġi x-xita fuqna, bħax-xita nwaħħra illi ssaqqi l-art.
E N D
KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA10 Ħadd Matul is-sena A ofm.org.mt
Nagħarfu l-Mulej, u nfittxu nagħarfuh iżjed;daqs kemm hu żgur is-sebħ, hekk il-ħruġ tiegħu;
hu jiġi, bħalma tiġi x-xita fuqna,bħax-xita nwaħħra illi ssaqqi l-art.
U x’nista’ nagħmel jien għalik, Efrajm?Għalik x’se nagħmel, Ġuda?
It-tjieba tagħkom qisha s-sħab tal-għodwa,tixbah lin-nida li tinxtorob kmieni.
Għalhekk onġorthom jiena bil-profeti,u bi kliem fommi qtilthom,għax il-ħaqq tiegħi joħroġ qisu dawl.
Għaliex jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju;li tagħarfu ’l Alla rrid,u mhux vittmi maħruqa.
SALM RESPONSORJALISalm 49Min jimxi sewwa jara s-salvazzjoni ta’ Alla.
Tkellem il-Mulej, Alla fuq l-allat, u sejjaħ l-art.Għas-sagrifiċċji tiegħek ma nċanfrikx,il-vittmi tiegħek maħruqa huma dejjem quddiemi.
R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.
Li kont bil-ġuħ, mhux se ngħid lilek,għax tiegħi l-art u kull ma fiha.Huwa jien se niekol laħam il-gniedes,jew nixrob id-demm tal-gidien?
R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.
Agħti ’l Alla sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr,u rodd lill-Għoli l-wegħdiet tiegħek.Imbagħad sejjaħli f’jum id-dwejjaq:jien neħilsek, u int tweġġahni.
R/.Min jimxisewwajara s-salvazzjoni ta’ Alla.
IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 4, 18-25
u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skond ma kien intqal lilu, “Hekk għad ikun kotran in-nisel tiegħek.”
U ma naqasx fil-fidi tiegħu, anqas meta ġieb quddiem għajnejh li ġismu kien sarlu bla saħħa,
għax kien għoddu laħaq il-mitt sena, u li ġuf Sara kien mejjet.
Quddiem il-wegħda ta’ Alla ma qagħadx itella’ u jniżżel jekk jemminx jew le, imma ssaħħaħ fil-fidi,
u filwaqt li sebbaħ lil Alla, żamm bis-sħiħ li min kien għamillu l-wegħda kien qawwi biżżejjed biex iżomm kelmtu. U kien għalhekk li dan ġie lilu meqjus b’ġustifikazzjoni.
Iżda l-kelmiet “ġie lilu meqjus” ma nkitbux għalih biss, imma se jiġi meqjus ukoll lilna li emminna f’dak li qajjem mill-imwiet lil Ġesù Sidna,
li kien mogħti għal dnubietna u mqajjem għall-ġustifikazzjoni tagħna.
Hallelujah. Halleluljah.Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu,twajjeb fl-għemil tiegħu kollu.Hallelujah.
F’Dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.
“Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh.U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda,
ġew bosta publikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.
Rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-publikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”
Hu semagħhom u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda.
Mela morru tgħallmu x’jiġifieri “Ħniena nistenna, u mhux sagrifiċċju”; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”
Il-Kelmatal-Mulej It-TifħirLilekKristu.
KIF GĦANDHA TKUN IL-QIMA TAGĦNA10 Ħadd Matul is-sena A ofm.org.mt