260 likes | 434 Views
Parteċipazzjoni tal-ħaddiema Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa Part eċipazzjoni fis-Sigurtà u s-Saħħa Okkupazzjonali. Data | Titlu tal-avveniment.
E N D
Parteċipazzjoni tal-ħaddiemaKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħaParteċipazzjoni fis-Sigurtà u s-SaħħaOkkupazzjonali Data | Titlu tal-avveniment
Għan ġenerali: il-ġestjoni ta’ riskju ewlieni għal negozju bi prestazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ livell għoli Prinċipji essenzjali għall-kisba ta’ prestazzjoni għolja fis-saħħa u s-sigurtà: • Sistema ta’ ġestjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskji • Implimentazzjoni permezz ta’: ippjanar, twassil, monitoraġġ u reviżjoni • Tmexxija b’saħħitha u attiva mill-persunal ta’ fuq • Parteċipazzjoni tal-ħaddiema
Kultura ta’ saħħa u sigurtà bbażata fuq it-tmexxija u l-parteċipazzjoni hija: Kultura li fiha kulħadd jaċċetta d-drittijiet, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà u kulħadd jaħdem flimkien sabiex jiġu evitati ħsara għas-saħħa u korrimenti It-tmexxija tmur id f’id mal-parteċipazzjoni. Ġestjoni minn fuq għal isfel: • Trid turi impenn għas-saħħa u s-sigurtà • Hija responsabbli għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet għas-sħubija u l-parteċipazzjoni Mingħajr tmexxija tajba, il-parteċipazzjoni ma tirnexxix.
Xi tfisser parteċipazzjoni tal-ħaddiema? (1) Parteċipazzjoni bażika tal-ħaddiema tinkludi: • L-għoti ta’ informazzjoni • L-għoti ta’ struzzjoni u taħriġ • Konsultazzjoni mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom Dawn huma obbligi legali fl-Istati Membri kollha.
Xi tfisser parteċipazzjoni tal-ħaddiema? (2) Il-parteċipazzjoni sħiħa u ġenwina tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fil-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà tmur lil hinn mis-sempliċi informar, taħriġ u konsultazzjoni. • Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom jitħallew u jiġu mħeġġa jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijietdwar is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. • Hemm komunikazzjoni ’l fuq effettiva:il-ħaddiema jinstemgħu u tittieħed azzjoni fuq dak li jgħidu. • Ir-relazzjonijiet bejn l-impjegati u l-ħaddiema huma bbażati fuq kollaborazzjoni, fiduċja u rispett u sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt. Dan għandu l-akbar potenzjal għal titjib fis-saħħa u s-sigurtà.
Proċess bidirezzjonali L-involviment tal-ħaddiema fis-saħħa u s-sigurtà huwa sempliċiment proċess bidirezzjonali fejn int u l-impjegati/ir-rappreżentanti tal-impjegati tiegħek: • Titkellmu ma’ xulxin • Tisimgħu t-tħassib ta’ xulxin • Tqajmu punti ta’ tħassib u ssolvu l-problemi flimkien • Tfittxu u taqsmu l-fehmiet u l-informazzjoni • Tiddiskutu l-kwistjonijiet fil-ħin • Tikkunsidraw dak li kulħadd għandu xi jgħid • Tieħdu deċiżjonijiet flimkien
Benefiċċji għall-ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa Il-kollaborazzjoni mal-impjegati tipprovdi għajnuna essenzjali lill-impjegaturi sabiex jamministraw is-saħħa u s-sigurtà b’mod prattiku billi: • Iżżid ir-riżorsi li għandhom għad-dispożizzjoni • Tgħin fl-identifikazzjoni tar-riskji fuq ix-xogħol • Tiżgura li l-kontrolli tas-saħħa u s-sigurtà jkunu prattiċi • Iżżid il-livell ta’ impenn għal dawn il-kontrolli u għall-ħidma b’mod sigur u li jġib is-saħħa ’l quddiem
Il-liġi Il-konsultazzjoni tal-ħaddiema hija fil-qalba tal-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà minħabba l-importanza tagħha fil-prevenzjoni ta’ riskji u fis-sejbien ta’ soluzzjonijiet effettivi. Bħala parti mill-ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà, fl-Ewropa hemm obbligi legali minimi għall-impjegaturi sabiex: • Jipprovdu informazzjoni lill-ħaddiema • Jipprovdu struzzjoni u taħriġ lill-ħaddiema • Jikkonsultaw lill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom Il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali jistabbilixxu l-obbligi speċifiċi.
Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (1) L-impjegaturi jridu jikkonsultaw lill-ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom u jippermettulhom jieħdu sehem fid-diskussjonijiet dwar il-mistoqsijiet kollha relatati mas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol. Iridu: • Jirrispettaw id-dritt tagħhom li jressqu proposti • Jorganizzaw il-parteċipazzjoni bbilanċjata tagħhom
Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (2) Il-ħaddiema jridu jiġu kkonsultati dwar: • Kwalunkwe miżura li tista’ taffettwa s-sigurtà u s-saħħa b’mod sostanzjali • Il-ħatra ta’ ħaddiema responsabbli mis-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali u t-tħaddim ta’ servizzi esterni • Informazzjoni li għandha x’taqsam mal-valutazzjoni tar-riskji u l-gruppi ta’ ħaddiema esposti għar-riskji, inkluża konsultazzjoni dwar : • Miżuri protettivi • Lista ta’ aċċidenti u inċidenti serji li jistgħu jiġu rraportati lill-awtoritajiet • Taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali għall-ħaddiema
Id-Direttiva ‘Qafas dwar l-OSH’ 89/391 tistabbilixxi rekwiżiti minimidwar il-konsultazzjoni tal-ħaddiema (3) Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu lill-impjegatur sabiex jieħu l-miżuri xierqa għas-saħħa u s-sigurtà. L-impjegaturi jridu jipprovdu lir-rappreżentanti tal-ħaddiema: • b’ħin imħallas bla xogħol, u jipprovdulhom mezzi sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom • bl-opportunità li jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom matul l-ispezzjonijiet mill-awtoritajiet Il-liġi u l-prattiki nazzjonali jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi dwar l-għoti ta’ informazzjoni u l-konsultazzjoni, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-kumitat għas-sigurtà.
Arranġamenti għal parteċipazzjoni (1) Il-parteċipazzjoni trid tkun sistematika, konsistenti u ppjanata. Huwa essenzjali li tiġi żgurata parteċipazzjoni ġenwina u effettiva matul il-valutazzjoni tar-riskji. Il-parteċipazzjoni ma għandhiex għalfejn tkun ikkomplikata. Tista’ ssir: • Permezz tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-kumitati għas-sigurtà • Bl-użu ta’ gruppi ta’ ħidma għall-indirizzar ta’ problemi speċifiċi • Matul it-taħriġ – il-ħaddiema jiġu megħjuna sabiex joffru l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li jkunu qiegħdin jiġu diskussi.
Arranġamenti għal parteċipazzjoni (2) Il-komunikazzjoni wiċċ imb’wiċċ u l-kummenti jistgħu jsiru billi: • Jiġu stabbiliti proċeduri ta’ rapportar għal korrimenti, kważi korrimenti, eċċ. u jingħataw kummenti dwar l-ideat sabiex jittejbu s-saħħa u s-sigurtà • Jiġu inklużi s-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali f’laqgħat ‘tool box’, sessjonijiet ta’ tagħrif, laqgħat tad-dipartimenti/timijiet, permezz ta’ intranet tal-organizzazzjoni, skemi ta’ ideat, eċċ. • Jitwettqu stħarriġ u studji oħrajn
Arranġamenti għal parteċipazzjoni (3) Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema kontra parteċipazzjoni diretta tal-impjegati : • Parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tal-ħaddiema mhumiex alternattivi iżda approċċi differenti li għandhom jitħalltu flimkien bl-aktar mod effettiv possibbli • Sistema ta’ rappreżentanti tal-impjegati li jistgħu jwasslu l-fehmiet tal-kollegi tagħhom hija mod effettiv ta’ kif jiġu involuti l-impjegati kollha fis-saħħa u s-sigurtà L-obbligi dwar ir-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-istruttiuri formali bħall-kumitati għas-sigurtà huma stabbiliti mil-liġijiet u l-proċeduri nazzjonali.
Fatturi ta’ suċċess (1) Tmexxija li turi impenn favur id-djalogu u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema: • Approċċ miftuħ • Dejjem jingħataw kummenti • Jingħata biżżejjed żmien • Il-ħaddiema jitħeġġu jinvolvu ruħhom, anki bħala rappreżentanti tal-ħaddiema Li tuża taħlita ta’ metodi formali u informali Fejn kulħadd jitħalla jieħu sehem... ħaddiema bix-xift, ħaddiema part-time, ħaddiema mid-dar, eċċ.
Fatturi ta’ suċċess (2) Parteċipazzjoni sistematika fil-proċess kollha ta’ ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali L-għoti ta’ taħriġ lill-maniġers, is-superviżuri u r-rappreżentanti tal-ħaddiema Kultura li fiha s-saħħa u s-sigurtà huma integrati fir-rwoli ta’ kulħadd
Konklużjoni (1) • Parteċipazzjoni sħiħa tal-ħaddiema: • Teħtieġ komunikazzjoni u konsultazzjoni effettivi, fiduċja u rispett, kollaborazzjoni u sħubija, taħdit, smigħ u kooperazzjoni
Konklużjoni (2) • Benefiċċji ta’ parteċipazzjoni tajba tal-ħaddiema: • Tagħmel l-aħjar użu mill-għarfien ta’ kulħadd • Iġġib benefiċċji tan-negozju f’termini ta’ rati aktar baxxi ta’ korrimenti • Tirriżulta b’mod frekwenti fi produttività, kwalità u effiċjenza miżjuda • Impenn akbar mill-impjegati • Kooperazzjoni akbar • Sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt
Kampanji bbażati fuq in-netwerk 19 • Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti. Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi
Kif tieħu sehem? 20 • Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi: • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess
Offerta ta’ sħubija fil-kampanja 21 Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba
Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki 22 • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions/index_html
Riżorsi 23 • Gwida dwar il-kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa www.healthy-workplaces.eu
Dati importanti 24 • Tnedija tal-kampanja 18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-XogħolOttubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaNovembru 2013
Aktar informazzjoni 25 • Żur il-websajt tal-kampanjawww.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops