230 likes | 413 Views
Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol Kampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa. L-isem u t-titlu tal-kelliem. Data | Titlu tal-avveniment.
E N D
Tmexxija Maniġerjali fis-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-XogħolKampanja 2012-13 għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa L-isem u t-titlu tal-kelliem Data | Titlu tal-avveniment Is-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol jirrigwardaw lil kulħadd. ajjeb għalik, tajjeb għall-kumpanija.
Skala tal-problema Għalfejn huma importanti s-sigurtàu s-saħħa? • Tajbin għan-negozju, għall-ħaddiema u għas-soċjetà sħiħa • Kull sena, aktar minn 5,500 persuna jitilfu ħajjithom minħabba inċidenti fuq il-post tax-xogħol • 159,000 imutu minħabba mard relatat max-xogħol (stima tal-ILO) • Spiża ta’ € 490 biljun għall-ekonomija tal-UE
Skala tal-problema • Ħafna mill-inċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol jistgħu jiġu evitati • 1999–2007, l-UE15 tejbu s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (l-imwiet naqsu minn 5,275 għal 3,782 u l-inċidenti mhux fatali naqsu b’900,000) • 2007–2012,l-istrateġija tal-Komunità timmira għal tnaqqis ulterjuri ta’ 25% • Din il-kampanja għandha l-għan li tibni fuq dan is-suċċess IŻDA • Irridu nkomplu bl-isforzi ta’ prevenzjoni, għaliexil-kisbietli stinkajna għalihom malajr jintilfu jekk ‘naqtgħu lura’
Benefiċċji ta’ sigurtà u saħħa tajbin • Jonqsu r-riskji u l-ispejjeż • inqas liv minħabba mard u dawran tal-persunal • inqas inċidenti • inqas spejjeż ta’ assigurazzjoni • Żieda fil-produttività • Tnaqqis fit-theddida ta’ azzjoni legali • Reputazzjoni aħjar fost il-klijenti, il-fornituri u l-investituri
Aħjar prevenzjoni milli kura Il-prevenzjoni hija l-pedament tal-approċċ tal-Ewropa għall-ġestjoni tar-riskji • Inqas riskji • Evalwazzjoni tar-riskji • Ġlieda kontra r-riskji direttament fis-sors • L-għoti ta’ struzzjonijiet xierqa lill-ħaddiema • Adattament tat-tqassim u l-apparat tal-post tax-xogħol għall-ħaddiema • Adattament għall-progress tekniku • Implimentazzjoni ta’ politika ta’ prevenzjoni ġenerali koerenti • L-għoti ta’ prijorità lill-miżuri protettivi għall-forza tax-xogħol sħiħa fuq dawk għall-individwi
Ir-rwol tal-maniġment Ġestjoni ta’ appoġġ għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa • Tmexxija effettiva u b’saħħitha • Involviment attiv tal-ħaddiema • Valutazzjoni u analiżi kontinwi • It-tmexxija tmur id f’id mal-parteċipazzjoni • Mingħajr tmexxija tajba, il-parteċipazzjoni ma tirnexxix • Il-maniġment huwa responsabbli għall-prerekwiżit li jiġu stabbiliti sħubija u parteċipazzjoni
L-ewwel prinċipju tal-ġestjoni: Tmexxija u sigurtà u saħħa (1) Tmexxija effettiva u b’saħħitha fis-sigurtà u s-saħħa hija vitali. Dan ifisser li l-maniġment: • Jimpenja ruħu li jħaddan is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħolbħala valur fundamentali tal-organizzazzjoni • Jaf is-sitwazzjoni eżatta tal-profil ta’ riskju tal-organizzazzjoni • Imexxi bl-eżempju u juri integrità • Jiddefinixxi b’mod ċar u jissorvelja r-rwoli u r-responsabbiltajiet • Jipprijoritizza s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħolfl-istrateġija ta’ sostenibilità tal-kumpanija u ġewwa l-katina tal-provvista
Tmexxija u sigurtà u saħħa (2) Eżempji prattiċi tat-tmexxija tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol jinkludu: • Iżżur il-post ta’ fejn jaħdem il-persunal sabiex tikkonsultah dwar is-saħħa u s-sigurtà (il-ħaddiema mhux talli jistgħu jidentifikaw il-problemi, iżda jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet ukoll) • Tieħu responsabilità personali u turi li tagħti kas • Tmexxi bl-eżempju • Tqiegħed għad-dispożizzjoni, kemm jista’ jkun possibbli, flus u ħin
Eżempju ta’ prattika tajba (1) Raffinerija taż-żejt, il-Belġju • Ir-raffinerija taż-żejt Total f’Antwerp daħħlet il-kuntratturi SPIE Belgium • Dan irriżulta f’nuqqas ta’ qbil bejn kulturi ta’ negozjar u sigurtà li kellu jiġi solvut • Il-kumpaniji solvew id-differenzi organizzazzjonali ewlenin u wara ffokaw fuq l-imġiba tal-impjegati fuq il-post tax-xogħol • Il-kulturi korporattivi ġew allinjati permezz ta’ konsultazzjoni intensa li fil-parti l-kbira tagħha kienet informali
Eżempju ta’ prattika tajba (2) • It-titjib ikkontribwixxa sabiex ma jkun hemm l-ebda inċident ladarba Total u SPIE qablu fuq l-“aħjar prattiki” Fatturi ta’ suċċess • Parteċipazzjoni u ħila tal-maniġment superjuri • Komunikazzjoni miftuħa • Involviment attiv tal-impjegati
It-tieni prinċipju tal-ġestjoni: Involviment attiv tal-ħaddiema(1) • L-impjegatur huwa responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji relatati max-xogħol, iżda l-liġi tal-UE tgħid li l-impjegatur irid jikkonsulta l-ħaddiema tiegħu dwar is-saħħa u s-sigurtà • Uħud mill-impjegaturi jmorru lil hinn minn dan l-obbligu legali sabiex joħolqu proċess ta’ komunikazzjoni bidirezzjonali reali li fih il-ħaddiema jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà
Involviment attiv tal-ħaddiema (2) • Dan joħloq kultura fejn ir-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema jkunu bbażati fuq kollaborazzjoni, fiduċja u sejbien ta’ soluzzjonijiet għall-problemi b’mod konġunt IŻDA • Il-parteċipazzjoni diretta tal-ħaddiema ma għandhiex titqies alternattiva għal sistema ta’ rappreżentazzjoni tal-ħaddiema • It-tnejn li huma jistgħu jintużaw b’mod effettiv, skont l-oqfsa nazzjonali u l-karatteristiċi speċifiċi tal-post tax-xogħol
Involviment attiv tal-ħaddiema (3) Il-kontribuzzjoni tal-ħaddiema tkun ta’ valur speċjalment matul: • L-analiżi tar-riskji • L-iżvilupp ta’ politiki u interventi • L-għoti ta’ osservazzjonijiet pertinenti waqt it-taħriġ u l-implimentazzjoni
Involviment attiv tal-ħaddiema (4) Il-benefiċċji tal-involviment attiv tal-ħaddiema jinkludu: • Rati aktar baxxi ta’ inċidenti • Soluzzjonijiet kosteffiċenti • Forza tax-xogħol aktar kuntenta u produttiva • Għarfien u kontroll aħjar tar-riskji fuq il-post tax-xogħol
It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u analiżi kontinwi (1) • Il-monitoraġġ u r-rapportar huma għodod vitali għat-titjib tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol • Jistgħu jipprovdu lill-bord tal-kumpanija b’rapporti speċifiċi (eż. b’enfasi fuq l-inċidenti) u ta’ rutina dwar kif sejra l-kumpanija fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • Dan jista’ jkun utli sabiex jitqajmu kwistjonijiet, jinxteħet dawl fuq il-problemi u finalment, jitjiebu s-sigurtà u s-saħħa
It-tielet prinċipju tal-ġestjoni: Valutazzjoni u reviżjoni kontinwi (2) • Sistema tajba ta’ valutazzjoni u analiżi għandha tinkludi: • Proċeduri għar-rapportar ta’ nuqqasijiet kbar fis-saħħa u s-sigurtà lill-membri tal-bord u lis-sidien tal-kumpaniji malajr kemm jista’ jkun • Sistemi għall-kisba u r-rapportar ta’ dejta bħar-rati ta’ inċidenti u mard • Arranġamenti sabiex jiġu inklużi l-fehmiet u l-esperjenzi tal-ħaddiema • Aħna ngħinu sabiex jinħolqu postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jkomplu dejjem aktar iġibu s-saħħa ’l quddiem għall-benefiċċju ta’ kulħadd –iżda dan ma nistgħux nagħmluh waħedna
Kampanji bbażati fuq in-netwerks 17 Saħħa ewlenija: punti ċentrali nazzjonali u netwerks tripartiti Iżda anki … l-involviment ta’ partijiet interessati/imsieħba oħrajn • Imsieħba uffiċjali tal-kampanja (organizzazzjonijiet Pan-Ewropej) inklużi msieħba soċjali, NGOs, federazzjonijiet u netwerks settorjali, kumpaniji privati • Istituzzjonijiet tal-UE inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament tal-UE, ir-rappreżentazzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-UE, in-Netwerk Ewropa tal-Intrapriżi
Kif tieħu sehem? 18 • Il-kampanja hija miftuħa għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha. Tista’ tieħu sehem billi: • Tqassam informazzjoni u materjali dwar il-kampanja • Tipparteċipa f’wieħed mill-ħafna avvenimenti, konferenzi, kompetizzjonijiet, kampanji ta’ reklamar – li jsiru matul il-kampanja • Torganizza l-attivitajiet tiegħek stess
Offerta ta’ sħubija fil-kampanja 19 Anki l-organizzazzjonijiet Pan-Ewropej jistgħu japplikaw sabiex isiru imsieħba tal-kampanja. L-Aġenzija toffri: • Ċertifikat ta’ sħubija • Pakkett sabiex tagħti merħba • Promozzjoni fil-livell tal-UE u fil-midja • Pjattaforma ta’ Komunikazzjoni Online • Sezzjoni fuq il-web għall-imsieħba
Premji Ewropej għall-Aħjar Prattiki 20 • Jirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet straordinarji u innovattivi • Iħeġġu lill-maniġers u lill-ħaddiema sabiex jaħdmu flimkien • Itejbu s-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol • L-Istati Membri tal-UE, iż-ŻEE, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija • Żewġ kategoriji: • Il-postijiet tax-xogħol li jħaddmu inqas minn 100 ruħ • Dawk b’100 ħaddiem jew aktar • Ir-rebbieħa magħżula mill-applikazzjonijiet sottomessi mill-punti ċentrali nazzjonali http://osha.europa.eu/mt/campaigns/competitions
Riżorsi 21 • Gwida dwar il-Kampanja • Gwidi prattiċi għall-ħaddiema u l-maniġers • Eżempji tal-aħjar prattika • Aħbarijiet dwar avvenimenti tal-kampanja • Preżentazzjonijiet u vidjos animati • Kollha disponibbli f’24 lingwa www.healthy-workplaces.eu
Dati importanti 22 • Tnedija tal-Kampanja 18 ta’ April 2012 • Ġimgħat Ewropej għas-Sigurtàu s-Saħħa fuq ix-XogħolOttubru 2012 u 2013 • Ċeremonja tal-Premji għall-PrattikiTajbin April 2013 • Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħolli Jġibu ’l Quddiem is-SaħħaNovembru 2013
Aktar informazzjoni 23 • Żur il-websajt tal-kampanjawww.healthy-workplaces.eu • Sabiex issir taf aktar dwar avvenimenti u attivitajiet f’pajjiżek, ikkuntattja l-punt ċentrali nazzjonali tiegħek www.healthy-workplaces.eu/fops