350 likes | 696 Views
Talb ta’ San Ġorġ Preca. Ftuħ il-Qalb L-Oġġett Wieħed tal-Ħsieb. Fiex ifakkruna l-bnedmin u l-għemil tagħhom:. ... meta nara Bniedem.
E N D
Ftuħ il-Qalb L-Oġġett Wieħed tal-Ħsieb
... meta nara Bniedem.
Sinjur Ġesù Kristu, jiena naħseb fik meta nara bniedem, naf tajjeb li int trid tkun magħruf fil-persuna ta’ kull bniedem u l-aktar ta’ dawk li jkunu fil-bżonn tal-għajnuna.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fik meta nara t-tfal iż-żgħar, niftakar meta inti kont fid-dinja kont tberikhom u kont tgħannaqhom minħabba l-innoċenza tagħhom u minħabba l-umiltà tagħhom u minħabba s-sempliċità tagħhom.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fik u l-iktar meta nara l-foqra, għall-faqar kbir li inti għażilt biex fih inti tgħix li anqas kellek fejn tmidd rasek.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta naqla’ xi lifront, jew xi ċanfira, tant jekk ikun jistħoqqli kemm jekk ma jkunx, niftakar f’dik id-daqqa ta’ ħarta li inti qlajt quddiem Anna u l-ministri tiegħu.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta nara xi seftur, niftakar illi inti, Sinjur tas-sema u tal-art, ġejt fostna taħt il-forma ta’ seftur.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta nara lil xiħadd jibki, niftakar fil-qalb ħanina li kienet tant tħoss għall-imnikktin.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta nkun għajjien, għax niftakar li, għajjien mit-triq, striħajt fejn il-bir ta’ Ġakobb biex tikkonferti lis-Samaritana.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb meta nkun bil-għatx, niftakar li inti fuq is-salib ġejt misqi l-ħall fil-għatx tiegħek.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta nkun fl-okkażjoni li nagħti xi għajnuna lill-proxxmu, għax niftakar li inti ħallejt ukoll ħajtek għalih; int infatti mitt għal kulħadd.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fikmeta jaqbduni d-dwejjaq, għax niftakar f’dawk id-dwejjaq kbar tiegħek li inti ġarrabt fl-Ort tal-Ġetsemani.
Sinjur Ġesù Kristu, naħseb fiknara l-ħobż, niftakar fis-Sagrament għażiż li inti għamilt fl–Aħħar Ċena, u fil-mirakli meta inti kattartu u xebbajt eluf ta nies.
Ejjew nitolbugħall-Kattoliċi Sinjur Alla,o Missier żomm dejjem magħqudin mal-Papa l-Kattoliċi kollha f’Fidi waħda, f’qalb waħda u fi spirtu wieħed, u agħtihom il-grazzja li joperaw kollha b’intenzjoni retta u għall-glorja tiegħek u għas-saħħa eterna tagħhom.
U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulekil-pjagi ta’ IbnekKristu Ġesù, li mmerita għallbnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.
Ejjew nitolbugħall-Ostinati Sinjur Alla,o Missier, li ddewweb iż-żonqor f’għejun tal-ilmijiet, dawwal l-imħuħ attakkati mas-suppervi fehmiet tagħhom biex jifhmu li fl-ubbidjenza biss jinsabu l-hena u l-paċi vera tal-qalb, u agħtihom l-għajnuna tal-grazzja tieghek, biex jinħallu mill-ħbula tad-dnubiet.
U sabiex żgur naqilgħu minnek din il-ħniena, noffrulekil-pjagi ta’ IbnekKristu Ġesù, li mmerita għallbnedmin kollha l-grazzja tiegħek. Ammen.
Ejjew nitolbugħall-Insara berdin Sinjur Alla,o Missier, li tikkmanda li nkunu perfetti bħalek, agħti d-dawl lill- insara berdin, tant ħfief li jagħmlu d-dnubiet venjali; agħtihom jifhmu l-istat li fih huma mexjin, u wrihom bir-reqqa tal-gudizzju tiegħek, li lanqas l-iċken dnub venjal ma tħalli barra.
Niftakru f’episodji mill-ħajja ta’ San Ġorġ Preca
Wara l-ħin tax-xogħol, kienu jmorru bil-mixi jew bir-rota f’irħula differenti biex jgħallmu l-katekiżmu lit-tfalu u ż- żgħażagħ. Nhar ta’ Ħadd kienu jlaqqgħu lit-tfal għall-passiġġata fil-kampanja.
Is-Soċji kienu jaħtfu kull opportunita’ biex jgħallmu anke lill-kbar. Kienu jlaqqgħu lin-nies u jgħidulhom xi kelma ta’ ġid anke fil-ħwienet tat-te, fil-każini, f’xi pjazza jew f’xi ħanut.
Dun Ġorġ kien jgħallem lis-Soċji biex ma jitilfux okkażjoni ta’ ġid. Darba Ewġenju Borg sema’ kuċċier ta’ karrozzin jidgħi. Ewġenju qallu: “Tkellem sew!” “Kollox sew, sinjur,” wieġbu l-kuċċier.