1 / 15

Zejtun – Citta Beland

Zejtun – Citta Beland.

hani
Download Presentation

Zejtun – Citta Beland

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Zejtun – CittaBeland Lejn ix-Xlokk tal-gzira ta’ Malta li tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran, wieħed isib il-belt taż-Żejtun li ġiet mogħtija t-titlu ta’ Citta Beland mill-Gran Mastru Ferdinand Hompesch. Illum iż-Żejtun jgħodd bejn wieħed u ieħor mal-11,777 persuna. L-arma tal-Kunsill Lokali hija magħmula minn salib aħdar fuq sfond abjad inkurunat b’fortizza. Is-Sindku, Joseph Attard, imexxi l-kunsill lokali li huwa magħmul minn disa’ kunsilliera. Il-knisja parrokkjali hija ddedikata lil Santa Katerina ta’ Lixandra u l-Arċipriet huwa r-Reverendu Dun Eric Overend. Iż-Żejtun (Citta' Beland), li tfisser frott is-siġra taż-żebbuġa, tkopri l-quċċata ta’ għolja, li tiddomina fuq il-bajjiet fil-qrib ta’ Marsaxlokk, San Tumas u Marsaskala, portijiet magħrufa mal-baħħara tal-Mediterran sa minn żmien il-Feniċi.

  2. Is- Suqkullnharta’Erbgha Kull nhar ta’ Erbgha fid-dahla taz-Zejtun insibu s-Suq. Hemm insibu frott , hxejjex, hut ecc… Insibu lil Marija bil-gbejniet friski li taghmel fir-razzett taghha.

  3. Argentier fir- rahal taghna Wiehed mill-artistiartigjanali fir- rahaltaghnahuwaTarcisjoCassar li huwaargentier. Huwahademfuqhafnaargenterijamadwaril-knejjes u statwifil- gzejjertaghna.

  4. Aedes Danielis u l-kappella ta’ St. Anglu Aedes Danielis huwa l-palazz li ssib quddiem ghajnejk hekk kif tidhol fiz-Zejtun. Dan il-palazz huwa magħruf bħala Aedes Danielis, isem bil-Latin li jfisser “Id-Dar ta’ Danjeli”. L-istatwa li nsibu f’nofs il-faċċata ta’ dan il-palazz hija wkoll ta’ Danjeli – Danjeli il-Profeta tal-Antik Testment. Din hija xi ħaġa rari ħafna għaliex normalment l-istatwi li niltaqgħu magħhom fin-niċeċ huma kollha ta’ personaġġi mit-Testment il-Ġdid jew qaddisin li ġew wara.

  5. Gwiedi,PallazzoPerellos u SkolaPrimarja L-iskola primarja taz- Zejtun inbniet mill-Inglizi u ntuzat bhala sptar fit–tieni gwerra dinjija. L-istil tal-bini ta’ din l-iskola huwa neo-klassiku.

  6. ParroccaSt.Katerina w il- kannierja Il-Knisja Parrokkjali taz- Żejtun hija ddedikata lil Santa Katerina tal- Lixandra. Il-purcissjoni tal-festa taghna ssir kull tielet Hadd ta’ Gunju. Il- knisja parrokkjali taz-Zejtun huwa xoghol iehor ta’ Lorenzo Gafa’, kapolavur ta’ arti barokka. Lorenzo Gafa’ kienwiehed mill-aqwa arkitetti Maltin. Il-Kriptataht il-Knisja (kannierja), hi mhaffra fil-blat, bis-saqaf jistrieh fuq hmistax-il hnejja.

  7. Il-Knisja ta’ San Girgor Kappella b’oriġini antiki ħafna hi bla dubju l-parroċċa l-antika ddedikata lil Santa Katerina fiż-Żejtun. Din il-knisja hija magħrufa ukoll bħala ta’ San Girgor minħabba l-purċissjoni b’origini antika li għadha ssir sal-lum, l-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir. Għalkemm il-festa ta' San Girgor ma baqgħetx popolari bħal qabel, xorta waħda bosta Maltin jinżlu Marsaxlokk, min jilgħab it-tombla, min jaqbeż qabża l-baħar (avolja ħafna drabi jkun għadu kiesaħ), min jixtri mill-monti armat għall-okkażjoni u min jgħaddi l-ħin jisma’ xi naqra għana mill-għannejja li jinżlu Marsaxlokk apposta. Ma’ din il-knisja bi storja kbira hemm ukoll marbut fatt kurjuż ħafna. Minn żmien twil ilu jingħad li madwar il-koppla hemm passaggi sigrieti b’numru ta’ Żwieten li kienu nqatlu mit-Torok li tħallew hemmhekk. Il-Kanonku Dun Joe Abela jirrakkonta storja li fl-1969 meta s-sagristan tal-Knisja, ċertu Ġann Mari Debono, kien qed iħalleb il-bjut tal-knisja minħabba x-xita, lemaħ biċċa xorok ftit imqabbża ‘l barra. Meta qalagħha sab fiha spiera mudlama, li meta rnexxielu jinżel fiha, sab ruħu f’passaġġ mudlam, għoli ftit aktar minn tul ta’ bniedem u mibni fil-ħajt tal-knisja.

  8. Meta ġab xemgħa sab tliet passaġġi b’kollox li fihom sab ħafna għadam imxerred fl-art. Dawn il-passaġġi qegħdin fil-ħajt tal-kappellun ta’ San Girgor. Fihom hemm twieqi żgħar, li ma jidhrux minn barra, li jħarsu lejn id-daħliet ta’ San Tumas, ta’ Wied il-Għajn u ta’ Marsaxlokk. Jidher ċar li dawn kienu ġew mibnija biex nies miż-Żejtun kienu jagħmlu għassa lejn dawn il-postijiet fejn minnhom kienu jsiru jafu bi nżul għall-għarrieda mit-Torok. F’każ ta’ nżul tat-Torok dawn kienu jagħtu sinjal permezz tan-nar bil-lejl u duħħan matul l-ġurnata, biex in-nies ikunu preparati għal li jkun ġej. Jidher li din il-knisja serviet ukoll bħala lok ta’ difiża għan-nies tal-inħawi taż-Żejtun.

  9. Fran Artigjanali tar-RahalTieghi Roger tal-pastizzihuwawiehed mill-fran artigjanali li ghandna fir-rahal taghna, maghruf ghall-pastizzi tradizzjonali tal-incova.

  10. Villa Rumana

  11. Il-Villa Rumana taż-Żejtun kienet ġiet skoperta lejn l-aħħar tas-snin sittin b’mod aċċidentali waqt li kien qed isir xogħol fil-pedamenti ta’ skola ġdida tal-gvern li kienet qed tinbena fl-inħawi. Aktar tard bejn 1970 u l-1976, is-sit kompla jiġi nvestigat min-numru ta’ arkeoloġisti u nstabu kumpless residenzjali u kamra li kien fiha għodod li ssoltu jintużaw fl-għasir taż-żejt taż-żebbuġa.Fil-fatt li dan is-sit ilu espost għall- elementi għal dawn l-aħħar 30 sena, ġrat ħsara irriversibbli fil-madum tal-art u fit-tikħil dekorat li kien hemm mal-ħitan.Fl-2006, l-Universita ta’ Malta bdiet skavi fuq dan is-sit sabiex tifhem aħjar l-istorja tiegħu. Ingħaqdet magħha Din l-Art Ħelwa sabiex tiġbor fondi bi ħsieb li jinbeda proġett ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit.

  12. Ir-RahalT’isfel - Bisqallin L-Isqof Baldassere Cagliares kien bniedem iħobb l-arti, u għex fi żmien meta bejn il-knisja u l-istat kienet teżisti pika dwar min minnhom għandu l-aktar teżori artistiċi. L-Isqof Cagliares kien l-uniku Isqof Malti.Fiż-Żejtun kellna x-xorti li Cagliares bena t-tielet palazz, jew villa, bħala residenza ta’ mistrieħ. B’xorti tajba din il-villa baqgħet wieqfa sa llum. Ħafna nies jafuha bħala “It-Tempju”, oħrajn bħala Villa Cagliares. Mhux magħruf eżatt meta nbniet il-villa, iżda żgur li din inbniet fil-bidu tas-Seklu XVII, meta Cagliares kien diġa’ Isqof. Il-bini minn barra huwa kemmxejn sempliċi mill-att arkitettoniku. Nieqes mit-tiżjin li ssoltu mdorrijin naraw f’palazzi u vilel simili. Li kieku mhux għall-koppla tal-kappella li hemm fl-istess villa u l-appramorta bil-ballavostri li ddawwar l-istess koppla, diffiċli biex minn barra wieħed jintebaħ mal-ewwel li dak li hemm quddiemu huwa tabilħaqq bini ta’ valur storiku..

  13. Razzetttaz- Zebbug u tad- Dwieli fiz-Zejtun

  14. Grazzi

More Related