1 / 20

Għal iex hemm Kumitat tar-Reġjuni?

Għal iex hemm Kumitat tar-Reġjuni?. Sabiex jingħata leħen lill-gvernijiet lokali u reġjonali dwar l-abbozzar tal-leġislazzjoni tal-UE (70% tal-liġijiet tal-UE huma implimentati fil-livell lokali/reġjonali).

isla
Download Presentation

Għal iex hemm Kumitat tar-Reġjuni?

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Għaliex hemm Kumitat tar-Reġjuni? • Sabiex jingħata leħen lill-gvernijiet lokali u reġjonali dwar l-abbozzar tal-leġislazzjoni tal-UE (70% tal-liġijiet tal-UE huma implimentati fil-livell lokali/reġjonali). • Sabiex l-Ewropa tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha u biex titħeġġeġ kultura ta’ sussidjarjetà. • Sabiex ikun hemm post komuni fejn ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jaqsmu l-aħjar prattiki u jieħdu sehem fi djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej.

  2. Il-Kumitat tar-Reġjuni Assemblea politika tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali • Maħluq mit-Trattat ta' Maastricht (1993) • 344 Membru (Rappreżentanti reġjonali u lokali) • L-ewwel Sessjoni Plenarja f'Marzu 1994 • Sitt Sessjonijiet Plenarji fis-sena • Sitt Kummissjonijiet tematiċi u Kummissjoni għall-baġit u l-amministrazzjoni • 27 delegazzjoni nazzjonali • Erba' Gruppi Politiċi

  3. Dati prinċipali • 1993 It-Trattat ta' Maastricht joħloq it-KtR • 1994 L-ewwel Sessjoni Plenarja ssir fi Brussell • 1995L-għadd ta' membri tal-KtR jiżdied minn 189 għal 222 hekk kif l-UE-12tikber għall-UE-15 • 1997 It-Trattat ta' Amsterdam isaħħaħ il-KtR billi jżidil-firxa ta' konsultazzjoni obbligatorja tiegħu u jippermetti konsultazzjonijiet mill-ParlamentEwropew • 2003 It-Trattat ta' Nizza jiddikjara li l-membri tal-KtR għandu jkollhom mandat elettoralijew ikunu politikament responsabbli • 2004L-għadd ta' membri tal-KtR jiżdied minn 222 għal 317 fl-UE-25 • 2007L-għadd ta' membri tal-KtR jiżdied minn 317 għal 344fl-UE-27 • 2009 It-Trattat ta’ Lisbona jsaħħaħ l-istatus u r-rwol politiku tal-KtR

  4. Il-KtR u t-Trattat ta’ Lisbona • Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni fi proċeduri mressqa mill-Kumitat tar-Reġjuni sabiex jipproteġi d-drittijiet tiegħu. • Possibbiltà għall-KtR li jibda proċeduri abbażi ta' ksur tal-prinċipju ta' sussidjarjetà b'att leġislattiv. • Twessigħ tal-qasam ta' konsultazzjoni tiegħu. • Mandat tal-membri imtawwal minn 4 għal 5 snin.

  5. KONSULTAZZJONI KODEĊIŻJONI PROPOSTA DEĊIŻJONI Kummissjoni Ewropea Parlament Ewropew Kunsill tal-UE KONSULTAZZJONI Il-Kumitat Ekonomiku u SoċjaliEwropew

  6. Oqsma ta' politika Il-konsultazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni hi obbligatorja fl-oqsma tal-politika li ġejjin: • Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali • Edukazzjoni u żgħażagħ • Kultura • Saħħa pubblika • Netwerks Trans-Ewropej • Trasport • Sport • Impjiegi • Affarijiet soċjali • Ambjent • Taħriġ vokazzjonali • Enerġija • Tibdil fil-klima

  7. Il-Membri tal-KtR u l-ħatra tagħhom 24 21 15 12 9 7 6 5 353 membru (flimkien ma' 353 sostitut) mill-1 ta’ Lulju 2013 Ġermanja, Franza, Italja, Renju Unit......................................... Polonja, Spanja.......................................................................... Rumanija..................................................................................... Awstrija, Belġju, Bulgarija, Repubblika Ċeka, Greċja Ungerija, Pajjiżi l-Baxxi, Portugall, Svezja............................... Danimarka, Irlanda, Finlandja, Slovakkja, Litwanja, Kroazja.. Estonja, Latvja, Slovenja........................................................... Ċipru, Lussemburgu.................................................................. Malta ........................................................................................... • Rappreżentanti lokali u reġjonali proposti mill-Istati Membri • Maħtura b’mod formali mill-Kunsill tal-UE • Mandat ta' ħames snin li jista' jiġġedded • Sitt Sessjonijiet Plenarji fis-sena u l-adozzjoni ta' madwar 60 Opinjoni

  8. Organizzazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni Il-President Il-Bureau L-uffiċċju privat tal-President Segretarju Ġenerali Segretarjati tal-Gruppi Politiċi Unità tal-Verifika Interna Uffiċċju privat tas-Segretarju Ġenerali Amministrazzjoni Ħidmiet konsultattivi Komunikazzjoni, stampa, avvenimenti Politiki orizzontali u netwerks Servizzigħall-membri u r-Reġistru Ippjanar bil-quddiem, studji, eċċ. Koordinazzjoni, segwitu, eċċ. Stampa, komunikazzjoni interna u esterna. Baġit, finanzi Servizz Legali Kummissjonijiet NAT+ENVE Reklutaġġ, karriera Servizzi interni Netwerks,pjattaformi ta' monitoraġġ Avvenimenti, Forums OPEN DAYS Kummissjonijiet ECOS+COTER Kundizzjonijiet tax-xogħol, taħriġ, drittijiet Reġistru, membri, delegazzjonijiet nazzjonali, eċċ. ARLEM, kooperazzjonideċentralizzata Amministrazzjoni, baġit, pubblikazzjonijiet Kummissjonijiet EDUC+CIVEX Servizzi konġunti Loġistika Amministrazzjoni Ġenerali Servizzi konġunti Traduzzjoni

  9. Il-Bureau • 60 membru, li l-għadd għal kull Stat Membru jirrifletti bilanċ nazzjonali u politiku: • Il-President u l-Ewwel Viċi President • Viċi President għal kull Stat Membru • Erba' Presidenti tal-gruppi politiċi • 27 membru ieħor • Organizzazzjoni tal-ħidma tal-KtR: • Jiltaqa' tmien darbiet fis-sena • Iħejji l-aġenda tas-sessjonijiet plenarji • Ifassal il-programm politiku tal-Kumitat • Jalloka l-Opinjonijiet lill-Kummissjonijiet • Jiddeċiedi dwar Opinjonijiet fuq inizjattiva proprja

  10. Il-Gruppi Politiċi tal-KtR jippermettu ħsieb u azzjoni transnazzjonali joħolqu rabtiet bejn il-familji politiċi fl-istituzzjonijiet differenti tal-UE u fl-Istati Membri jimplimentaw il-mandat tal-KtR bħala korppolitiku li hu leġittimu b’mod demokratiku

  11. Il-Gruppi Politiċi AE ALDE MHUX ALLINJATI PPE PSE PPE Partit Popolari Ewropew PSE Partit tas-Soċjalisti Ewropej ALDE Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa AE Alleanza Ewropea

  12. Ħidma konsultattiva: Opinjonijiet tal-KtR dwar atti leġislattivi • Ippjanar u tħejjija tal-Opinjonijiet tal-KtR - bejn 60 u 70 Opinjoni - dwar atti leġislattivi tal-UE kull sena għas-sitt kummissjonijiet tal-KtR • Involviment tal-istituzzjonijiet tal-UE f'dibattiti topiċi • Organizzazzjoni ta' kontribut mill-esperti u l-partijiet interessati (konferenzi, seminars) • Segwitu u monitoraġġ ta' atti leġislattivi u l-impatt tal-Opinjonijiet tal-KtR

  13. Il-Baġit tal-UE 2014-2020: L-opinjoni tal-bliet u r-reġjuni Fi tmiem l-2012/il-bidu tal-2013, l-UE se tadotta l-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid tagħha għall-2014-2020. F’Opinjoni ta' Diċembru 2011, il-Kumitat tar-Reġjuni ddikjara li l-livell ta’ finanzjament propost għandu jiġi kkunsidrat bħala l-minimu assolut meħtieġ biex jinkisbu l-ambizzjonijiet li l-Istati Membri qablu dwarhom għall-UE fit-Trattat u fl-Istrateġija Ewropa 2020. Hu appoġġja l-introduzzjoni ta' sistema ġdida dwar ir-riżorsi proprji, inkluża taxxa dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji. Il-KtR tenna wkoll li hu bil-qawwa kontra kwalunkwe forma ta' kundizzjonalità makroekonomika u min-naħa l-oħra ppropona li l- konklużjonita' ftehim ta' sħubija formalibejn kull Stat Membru u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhomtkun kundizzjonalità ex ante speċifika għall-ħlas tal-fondi strutturali tal-UE.

  14. Inwasslu l-“Ewropa reġjonali u lokali” • Komunikazzjoni mal-istampa/TV u l-100000 korp governattiv reġjonali u lokali Ewropew permezz ta' gazzetti, l-internet u l-midja awdjoviżiva • Organizzazzjoni ta' madwar 200 konferenza fis-sena (il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet; Summits tal-KtR; EuroPCom; koorganizzazzjoni u lqugħ ta' madwar 120 konferenza mal-istituzzjonijiet tal-UE, uffiċċji reġjonali, assoċjazzjonijiet) ma' 20 000 parti interessata • 600 żjara fi grupp kull sena b'total ta' 16 000 parteċipant • Stampar ta' pubblikazzjonijiet fil-lingwi kollha tal-UE

  15. Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet– OPEN DAYS F’dawn l-aħħar 10 snin, il-KtR organizza, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, l-avveniment OPEN DAYS – il-Ġimgħa Ewropea tal-Bliet u r-Reġjuni. 200 awtorità lokali u reġjonali, 200 belt u reġjun, 100 seminar, 6 000 parteċipant u 600 kelliem żaru l-OPEN DAYS,l-ikbar avveniment annwali dwar l-iżvilupp reġjonali u urban. Barra minn hekk, madwar 350 avveniment lokali intitolat ‘L-Ewropa fir-reġjun/belt tiegħi' iqarrbu d-dibattiti li jsiru fi Brussell lejn udjenza ta' madwar 30000 ruħ f'iktar minn 30 pajjiż.

  16. Politiki orizzontali, studji, netwerks • Monitoraġġ ta' għadd ta' prijoritajiet transsettorjali u l-forniment ta' għażliet politiċi għal żmien medju u twil. • Ippjanar strateġiku tal-attivitajiet tal-KtR. • Ħolqien ta' 40 studju fis-sena u kooperazzjoni man-netwerks akkademiċi. • Netwerks u Pjattaformi ta' Monitoraġġ dwar is-Sussidjarjetà, Ewropa 2020, il-Patt tas-Sindki u r-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT). • Appoġġ lir-rappreżentanti tal-Assemblea Lokali u Reġjonali Ewromediterranja (ARLEM), il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP), u l-kooperazzjoni deċentralizzata għall-iżvilupp.

  17. L-Istrateġija Ewropa 2020: l-involviment tal-blietu r-Reġjuni Il-Pjattaforma għall-Monitoraġġ tal-Ewropa 2020 tal-KtR, magħmula minn iktar minn 150 belt u reġjun mill-Istati Membri kollha tal-UE, hija għodda għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex isemmgħu leħinhom fil-proċess politiku u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE li tippromovi tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fid-deċennju attwali. Permezz tal-laqgħat tar-rappreżentanti lokali u reġjonali u l-esperti, il-konsultazzjonijiet u r-rapporti, il-Pjattaforma tiżgura implimentazzjoni aħjar tal-objettivi tal-Ewropa 2020; teżamina r-relazzjoni mal-politika ta' koeżjoni, tissorvelja l-involviment tal-istrateġijafil-proċess ta' governanza u tistimola l-iskambji. Żurna fuq www.cor.europa.eu/europe2020

  18. «Niksbu tkabbir u impjiegi fir-reġjuni u l-bliet tal-UE – Kif l-Istrateġija Ewropa 2020 tista’ tirnexxi» Il-ksib tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 mal-awtoritajiet lokali u reġjonali L-iżgurar ta’ rwol ta’ “investiment aħjar” tal-awtoritajiet lokali u reġjonali L-interazzjoni maċ-ċittadini u d-dibattitu dwar l-Ewropa L-iżvilupp tad-dimensjoni territorjali fir-relazzjonijiet tal-UEma’ msieħba esterni KtR aktar b’saħħtu f’Ewropa ġdida

More Related