100 likes | 620 Views
Ir-Razzett taz-Zijiet. Iz-zijiet g ħ an dhom dar kbira. Fiha hemm ħafna kmamar żgħar, bitħa nadifa u ġnien sabiħ. Mad-dar hemm razzett kbir. Fih għandhom kelb żgħir u qattusa ħoxna. Fil-gaġġa hemm għasfur isfar. Ġo vaska hemm ħuta ħamra.
E N D
Ir-Razzett taz-Zijiet
Iz-zijiet għandhom dar kbira. Fiha hemm ħafna kmamar żgħar, bitħa nadifa u ġnien sabiħ.
Mad-dar hemm razzett kbir. Fih għandhom kelb żgħir u qattusa ħoxna.
Fil-gaġġa hemm għasfur isfar. Ġo vaska hemm ħuta ħamra.
Fir-razzett għandhom żiemel oħxon, tiġieġa mqarba, baqra xiħa u nagħġa bajda u kwieta.
Huma jħobbu ħafna l-annimali u jridu jixtru wkoll fenek abjad, fekruna ċkejkna, pappagall blu u ħanżir oħxon.
Ir-razzett għandu tieqa miftuħa imma l-bieb magħluq għax jaħarbu l-annimali!
Iz-zijiet huma nies bieżla u jħobbu l-annimali. F’dan ir-razzett, l-annimali huma kollha ferħanin.