260 likes | 513 Views
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 5 , 1 4 - 21. Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina.
E N D
Qarimit-TieniIttra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor5,14-21 Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina.
Ħuti, l-imħabba ta’ Kristu ġġegħelna naħsbu dan: li wieħed miet għal kulħadd, mela kulħadd miet. Hu miet għal kulħadd biex dawk li jgħixu ma jgħixux għalihom infushom, imma
għal dak li miet u rxoxta għalihom. Għalhekk aħna ma nagħrfu lil ħadd skont il-ġisem. Jekk għarafna lil Kristu skont il-ġisem, issa ma nagħrfuhx aktar hekk.
Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid. Kollox ġej minn Alla li ħabbibna miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana
l-ministeru ta’ din il-ħbiberija tal-bniedem ma’ Alla. Alla kien li ħabbeb il-ħolqien miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu, bla ma qagħad iżomm il-kont ta’ dnubiethom, u
fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija. Aħna nagħmluha ta’ ambaxxaturi ta’ Kristu bħallikieku Alla stess qiegħed isejjaħ permezz tagħna, nitolbu fuq li
nitolbu f’ġieħ Kristu: • “Ħallu lil Alla jħabbibkom miegħu.” • Dak li ma kienx jaf x’inhu dnub, Alla għamlu dnub għalina sabiex aħna nsiru fih ġustizzja ta’ Alla.
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej! B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej, u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.
R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Hu li jaħfer dnubietek kollha; ifejjaq il-mard tiegħek kollu; jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tieba u l-ħniena.
R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Ħanin u twajjeb il-Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija. Ma joqgħodx jitlewwem magħna, u anqas jinkorla għal dejjem.
R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Daqskemm huma s-smewwiet ’il fuq mill-art, hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibża’ minnu;
daqs kemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent, hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.
R:/ Ħanin u twajjeb il-Mulej
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah O Alla, iġbidli qalbi lejn il-preċetti tiegħek; agħtini fi tjubitek il-liġi tiegħek. Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skontSan Mattew Mt 5, 33-37 R:/ GlorjalilekMulej Jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu wkoll x-intqal lin-nies ta’ dari: <Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu.>
Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh, u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija
l-Belt tas-Sultan il-kbir. U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda m għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda. Mela ħa jkun
id-diskors tagħkom: <Iva, iva; le, le>; kulma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu