640 likes | 1.45k Views
San Pawl f’Malta. 10 ta’ Frar. Pawlu kien Pagan. Darba kien hemm raġel li kien jismu Pawlu. Pawlu kien Pagan, jiġifieri ma kienx jemmen f’Alla. Parti mix-xoghol tiegħu kien li jaqbad l-Insara u jagħlaqhom fil-ħabs.
E N D
San Pawl f’Malta 10 ta’ Frar
Pawlu kien Pagan Darba kien hemm raġel li kien jismu Pawlu. Pawlu kien Pagan, jiġifieri ma kienx jemmen f’Alla. Parti mix-xoghol tiegħu kien li jaqbad l-Insara u jagħlaqhom fil-ħabs.
Darba waqt li kien għaddej fuq iż-żiemel tiegħu, Pawlu ra dawl kbir. Id-dawl għamieh, u għalhekk hu ma setax jara. Hu semgħa leħen jgħidlu, “Pawlu, għalfejn qed tippersegwetani.” Il-leħen kien ta’ Alla li ma kienx qed jieħu gost b’dak li kien qed jagħmel Pawlu. Alla bgħat lil Pawlu għand Ananija biex dan jgħallmu fuq Alla. Il-Konverżjoni ta’ San Pawl
Pawlu tgħallem fuq Alla u sar nisrani. Il-ħbieb li kellu Pawlu ma tantx ħadu gost bih. Għalhekk qabduh u tefgħuh il-ħabs.
Pawlu fi triqtu lejn Ruma Pawlu kellu jidher quddiem il-qorti ta’ Ruma, peress li huwa kien Ruman. Flimkien ma priġunieri oħra huma bdew vjaġġ twil minn Damaskus għall-Ruma fuq ġifen kbir.
Il-Ġifen maħkum minn maltempata Huma u sejrin lejn Ruma, il-ġifen gie maħkum minn maltempata kbira. In-nies ta’ fuq il-ġifen bdew jibżgħu ħafna għax ħasbu li kienu se jgħerqu.
Pawlu jagħmlilhom kuraġġ Lill-Pawlu deherlu anġlu tal-Mulej. Dan qallu li huma kienu se jsalvaw kollha. Qalilhom ukoll li kellhom jsibu Gżira viċin. Din il-Gżira kienet Malta.
Il-Gżira Il-ġifen tkisser meta ħabat ma sikka li kienet ftit bogħod mill-art. In-nies li kien hemm fuq il-ġifen għamu sal-blat tal-gżira li kienetviċin. Il-Gżira kien jisimha Malta. Il-Maltin ta’ dak iż-żmien għenu ħafna lil Pawlu u lil sħabu.
San Pawl u l-Lifgħa Pawlu ġabar ftit ħatab biex jagħmel ħuġġieġa kbira, u b’hekk ikunu jistgħu jisħnu. Mill-ħatab ħarget lifgħa li daret m’ id Pawlu. Pawlu kien pront farfar il-lifgħa minn idu. Il-lifgħa ma għamlet l-ebda ħsara lil Pawlu.
Il-Maltin baqgħu mistgħaġba Il-Maltin stagħġbu meta raw li l-lifgħa ma għamlet l-ebda ħsara lil-Pawlu. Kien hemm min ħaseb li Pawlu kien xi alla. Oħrajn ħasbu li kien xi qattiel.
San Pawl f’Malta San Pawl dam 3 xhur f’Malta. Hu għallimna fuq Alla. Għalhekk aħna nsejħulu Missierna San Pawl. Bis-saħħa ta’ San Pawl aħna sirna poplu nisrani. GRAZZI SAN PAWL.
Sib it-tajba • Pawlu kien għaddej ( biż-żiemel, bil-karozza) meta kellmu Alla. • Pawlu kien minn (Ruma, Malta). • Pawlu kien sejjer Ruma (bl-ajruplan, ġifen)
Sib it-tajba • Il-baħar kien (bnazzi, imqalleb). • Lill-Pawlu deherlu (ajruplan, anġlu). • Il-Gżira li ħabtu magħha kienet (Sqallija, Malta).
Biex tibda ____an Pawl ____ ifen ____rar ____żira ____alta ____altempata ____ifgħa ____uma